Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi żdied bʼ1.6 fil-mija bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2023.
L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-Kummerċ bl-ingrossa (7.0 fil-mija). Wara dan, kien hemm żidiet fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (6.7 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (6.0 fil-mija), fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (3.9 fil-mija), fit-Trasport u l-ħażna (1.5 fil-mija) u fil-Kummerċ bl-imnut (0.7 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-fatturat tal-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (0.2 fil-mija), tal-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (1.8 fil-mija) u tal-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (4.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2023, l-għadd taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3) u l-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) żdiedu bʼ0.2 fil-mija u 1.7 fil-mija, rispettivament. Min-naħa l-oħra, is-sigħat maħduma (Tabella nru 7) naqsu bʼ0.6 fil-mija.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Sena għal sena, fit-tielet kwart tal-2023, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi żdied bʼ1.5 fil-mija wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol. Kienu rreġistrati żidiet fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (18.8 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (16.6 fil-mija), fl-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (15.3 fil-mija), fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (11.8 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (9.4 fil-mija), fit-Trasport u l-ħażna (9.3 fil-mija), fil-Kummerċ bl-imnut (6.4 fil-mija) u fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (0.3 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-Kummerċ bl-ingrossa (14.4 fil-mija) (Tabella nru 2).
L-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u salarji gross (Tabella nru 6) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bʼ4.0 fil-mija, 7.7 fil-mija u 4.3 fil-mija, rispettivament, fuq it-tielet kwart tal-2022.
Ċart nru 1. Il-fatturat annwali tas-servizzi aġġustat bil-jiem tax-xogħol
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Additional Tables and Charts
Methodological Notes
NACE Section/ Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours Worked | Wages and Salaries |
---|---|---|---|---|---|
G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 54.1 | 33.0 | 30.5 | 26.5 |
G45 | Motor trade | 3.4 | 2.7 | 2.2 | 1.8 |
G46 | Wholesale trade | 33.1 | 11.4 | 12.9 | 13.0 |
G47 | Retail trade | 17.6 | 19.0 | 15.3 | 11.7 |
H | Transportation and storage | 10.6 | 11.1 | 12.7 | 16.5 |
I | Accommodation and food services activities | 6.4 | 18.8 | 17.6 | 13.4 |
J | Information and communication | 9.6 | 7.9 | 9.7 | 13.6 |
L | Real estate activities | 3.1 | 1.8 | 1.3 | 1.4 |
M | Professional, scientific and technical activities | 9.7 | 11.6 | 11.1 | 13.5 |
N | Administrative and support services activities | 6.5 | 15.8 | 17.1 | 15.1 |
7. More information relating to this news release may be accessed at:
8. References to this news release are to be cited appropriately.
9. A detailed news release calendar is available online.

- Meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2022, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ1.5 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (18.8 fil-mija).
- In-numru taʼ persuni impjegati, il-pagi u s-salarji gross, u s-sigħat maħduma żdiedu bʼ4.0 fil-mija, 7.7 fil-mija u 4.3 fil-mija, rispettivament.
- Meta mqabbel mat-tliet xhur taʼ qabel, il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ1.6 fil-mija.