L-istatistika tal-popolazzjoni u l-istatistika tal-PDG ras għal ras fil-livell NUTS 3 mhumiex qed jiġu mogħtijin f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet minħabba n-nuqqas temporanju ta’ serje kronoloġika tal-popolazzjoni li tirriżulta minn reviżjonijiet marbuta maċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u d-djar tal-2021. Ir-reviżjonijiet tal-popolazzjoni u t-tiġdid tas-serje kronoloġika mistennija jkunu aċċessibbli fl-ewwel kwart tal-2024.
Il-Profil tal-Valur Miżjud Gross (VMG) Reġjonali
Fl-2022, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat €15,454.5 u €658.9 miljun rispettivament; li jirrifletti żidiet korrispondenti ta’ 15.3 u 14.8 fil-mija fuq l-2021 (Tabella nru 1). Ċarts nri 1 u 2 juru analiżi tal-kontribuzzjonijiet għall-VMG nazzjonali bl-industrija (A*10/11) u r-reġjun (NUTS 3).
Ċart nru 1. Sehem ir-reġjuni għall-VMG (B.1g) bl-industrija A-*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)
No Data Found
Nota: Tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2 li jidhru fʼdin iċ-ċart jinsabu hawn.
Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali tal-VMG reġjonali (B.1g) bl-industrija A*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)
No Data Found
Nota: Tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2 li jidhru fʼdin iċ-ċart jinsabu hawn.
Ir-reġjun taʼ Malta
Fl-2022, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fil-VMG . L-oqsma tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) irreġistraw l-akbar tkabbir bi 43.1 fil-mija fuq l-2021 u kienu jirrappreżentaw l-akbar biċċa mill-VMG bi 18.8 fil-mija. L-oqsma li jinkludu l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġ (Taqsimiet tan-NACE M u N) ikkontribwew għat-tieni l-akbar sehem tal-VMG (16.4 fil-mija). Dawn l-oqsma rreġistraw tkabbir ta’ 15.0 fil-mija fil-VMG meta mqabblin mal-2021 (Tabella nru 1, Ċart nru 3).
Ċart nru 3. Is-sehem perċentwali mogħti mill-industrija A*10/11 u r-reġjuni (NUTS 3) lill-VMG
No Data Found
Nota: Tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2 li jidhru fʼdin iċ-ċart jinsabu hawn.
Ir-reġjun ta Għawdex u Kemmuna
Fl-2022, il-maġġoranza tal-industriji rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, bl-eċċezzjoni tal-industriji tal-Agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) u l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K). L-oqsma tal-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) kienu jirrappreżentaw l-akbar sehem tal-VMG b’24.5 fil-mija u rreġistraw żieda ta’ 6.1 fil-mija fuq l-2021. L-industriji li jinkludu l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) kienu jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sehem tal-VMG b’21.2 fil-mija u rreġistraw tkabbir ta’ 38.1 fil-mija fuq l-2021 (Tabella nru 1, Ċart nru 3).
Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali
Fl-2022, il-PDG fʼtermini nominali fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat taʼ €16,717.4 u €712.7-il miljun rispettivament, li jikkorrispondu għal 95.8 u 4.1 fil-mija tal-PDG nazzjonali fʼtermini nominali.
L-Impjiegi
Fl-2022, l-industriji kollha fir-reġjun ta’ Malta rreġistraw żidiet fl-impjiegi meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. L-akbar żidiet perċentwali rriżultaw fl-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġ (Taqsimiet tan-NACE M u N); u tal-Kostruzzjoni (Taqsima tan-NACE F), li rreġistraw tkabbir ta’ 14.2 u 11.8 fil-mija rispettivament (Tabella nru 3).
Kważi l-industriji kollha fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna rreġistraw żidiet fl-impjiegi matul l-2022, għajr għal tnaqqisa fil-qasam tal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K). L-industrija relatata mal-Agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) żammet l-istess ammont ta’ impjiegi bħall-2021. L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attività ekonomika relatata mal-kostruzzjoni (Taqsima tan-NACE F) bʼrata ta’ tkabbir 12.7 fil-mija (Tabella nru 3).
Methodological Notes
1. All data in this news release is in line with the European System of Accounts (ESA 2010) (ISBN 978-92-79-31242-7) and the manual on Regional Accounts Methods (ISBN 978-92-79-32357-7). The European System of National and Regional Accounts is an internationally compatible accounting framework for a systematic and detailed description of a total economy (whether this is a region, a country, or a group of countries), its components, and its relations with other total economies. Regional accounts are a regional specification of the corresponding accounts of the total economy.
2. The estimates of the national Gross Value Added (GVA) correspond to the news release Gross Domestic Product: Q2/2023 – NR158/2023 for 2018 and Gross Domestic Product: Q3/2023 – NR214/2023 for 2019-2022.
3. GVA estimates in this news release are based on the Production Approach. The estimates of regional GVA at basic prices using the Production Approach is equivalent to the difference between output at basic prices and intermediate consumption at purchasers’ prices of industries physically located in each of the respective regions. Regional GDP is defined as regional GVA plus taxes less subsidies on products. Regional GDP is not a measure of income or financial well-being but strictly relates to the economic activity prevailing in a particular region.
NUTS 0 | NUTS 1 | NUTS 2 | NUTS 3 | |
MALTA | MT | MT0 | MT00 | |
Malta | MT001 | |||
Gozo and Comino | MT002 | |||
Extra-Regio | MTZ | MTZZ | MTZZZ |
L-istatistika tal-popolazzjoni u l-istatistika tal-PDG ras għal ras fil-livell NUTS 3 mhumiex qed jiġu mogħtijin f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet minħabba n-nuqqas temporanju ta’ serje kronoloġika tal-popolazzjoni li tirriżulta minn reviżjonijiet marbuta maċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u d-djar tal-2021. Ir-reviżjonijiet tal-popolazzjoni u t-tiġdid tas-serje kronoloġika mistennija jkunu aċċessibbli fl-ewwel kwart tal-2024.

- Stimi għall-2022 jindikaw li l-kontribut tar-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna għall-PDG nazzjonali kien jammonta għal 4.1 fil-mija.
- Fl-2022, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta u, Għawdex u Kemmuna żdied bi 15.3 fil-mija u 14.8 fil-mija, rispettivament, fuq l-2021.
- Meta mqabbla mar-reġjun ta’ Malta, l-ekonomija ta’ Għawdex u Kemmuna hija kkaratterizzata minn proporzjon ogħla ta’ attivitajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; u l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q)