L-NSO kien inwaqqaf bis-saħħa ta’ Att XXIV tas-sena Elfejn dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta u ħa post l-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika mill-1 ta’ Marzu 2001. L-Għaxar Taqsima tal-Att tistabbilixxi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Uffiċċju, li jinkludu l-ġbir, l-ikkompilar, it-tislit u l-ħruġ tal-istatistika uffiċjali li għandha x’taqsam mad-demografija, s-soċjetà, l-ambjent, l-ekonomija u l-attivitajiet u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ Malta.
