L-Istruttura tal-Organizzazzjoni

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttur Ġenerali huwa l-Kap tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għandu r-rapreżentazzjoni legali tiegħu. L-Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta  tas-sena Elfejn jagħmel dispożizzjoni għal din il-pożizzjoni f’Artiklu 9.

Staff

L-NSO huwa l-fergħa eżekuttiva tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta li jieħu l-mandat tiegħu mill-Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta, Kap. 422 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-NSO huwa mmexxi mid-Direttur Ġenerali u huwa magħmul minn ħames Direttorati: l-Istatistika tal-Ekonomija, l-Istatistika tal-Kummerċ, l-Istatistika Soċjali, il-Kapaċità tad-Data, u s-Servizzi Korporattivi. L-ewwel tliet direttorati huma responsabbli mill-oqsma tal-istatistika. Id-Direttorat tal-Kapaċità tad-Data għandu r-responsabbiltà li jgħin lit-taqsimiet fl-immaniġġjar tad-data u fi problemi ta’ metodoloġija, filwaqt li jgħin ‘l Uffiċċju jilħaq livell ogħla ta’ effiċjenza f’termini ta’ pproċessar u infrastruttura tal-IT.  Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi jagħti appoġġ laterali lit-taqsimiet kollha f’materji li jkollhom x’jaqsmu mar-riżorsi umani, il-finanzi, l-ipprokurar u l-amministrazzjoni. Ħames taqsimiet jirrapportaw lid-Direttur Ġenerali, filwaqt li l-uffiċċju tiegħu jissorvelja u jittratta materji tat-taqsimiet tekniċi u l-funzjonijiet orizzontali.

Mappa ġerarkika tal-organizzazzjoni għall-NSO tidher hawn.​​ 

Id-Direttur Ġenerali

• Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali
• Affarijiet Internazzjonali u Żvilupp Sostenibbli
• Uffiċċju Legali

Id-Direttorat tal-Istatistika tal-Ekonomija

• Metodi, Standards u Kontijiet tas-Setturi tal-Kontijiet Nazzjonali
• Produzzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali
• Finanzi Pubbliċi
• Bilanċ tal-Pagamenti
• Kummerċ Internazzjonali 
• Statistika tal-Prezzijiet

Id-Direttorat tal-Istatistika tan-Negozju, Settorali u Reġjonali

• Statistika tan-Negozju Strutturali
• Reġistru tan-Negozji, Riċerka u Innovazzjoni
• Statistika tan-Negozju fuq Żmien Qasir
• Ambjent, Biedja u Sajd 
• Regjonali, Geospazjali, Enerġija u Trasport 

Id-Direttorat tal-Istatistika Soċjali

• Kundizzjonijiet tal-Għajxien, t-Turiżmu u l-Kultura
• Suq tax-Xogħol u Soċjetà tal-Informazzjoni 
• Popolazzjoni u Migrazzjoni
• Statistika tal-Kriminalità u l-Edukazzjoni

Id-Direttorat tar-Riżorsi tad-Data, IT, Metodoloġija

• Teknoloġija tal-Informazzjoni 
• Sigurtà tal-Informazzjoni
• Metodoloġija u Kwalit​à
• Immaniġġjar tad-Data​

Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi

• Riżorsi umani u Żvilupp tal-Istaff
• Ipprokurar, Appoġġ, u Riżorsi
• Saħħa u Sigurtà u Maniġment tal-Appoġġ Amministrattiv
• Komunikazzjoni u Tixrid

Id-Direttorat tal-Finanzi

• Budget, Immaniġġjar tal-Finanzi u Kontroll 

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content