Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2024

Fl-ewwel kwart tal-2024, żaru Malta 19-il vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ tnejn meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu t-73,372 (95.8 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 4,030 passiġġier, 602 aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 62.7 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan bi 28.4 fil-mija tal-passiġġieri u dak Spanjol bi 11.3 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq it-28,584, li minnhom 21.9 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 14.5 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 52.4 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (32.4 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (25.9 fil-mija) (Tabella nru 1).
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri
No Data Found
Methodological Notes
Embarkations | 2022 | 2023 | 2024 |
---|---|---|---|
January-March | 1,735 | 3,701 | 3,172 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2024

- Fl-ewwel kwart tal-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq is-76,562, żieda taʼ 6.4 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
- Fl-istess żmien, żaru Malta 19-il vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ tnejn meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel.
- L-Italja u Spanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE.
- Fl-ewwel kwart tal-2024, l-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (32.4 fil-mija).