Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Marzu 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMarzu 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €327.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €211.4-il miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €676.4 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €349.4 miljun. Dan juri żieda taʼ €100.1 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €15.5-il miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żidiet ewlenin fl-importazzjoni kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€68.8 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€55.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fl-Ikel (€21.9 miljun), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€20.1 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€13.3-il miljun), filwaqt li kien hemm żidiet fl-esportazzjoni tal-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€30.6 miljun) u l-Kimika (€12.0-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Marzu 2024
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, id-defiċit twessaʼ bʼ€77.0 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel sabiex laħaq it-€811.4-il miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €1,967.2 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€1,155.8 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €143.3 miljun u €66.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€83.5 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€69.9 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€106.5 miljuni) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€26.3 miljun). Mill-banda l-oħra ġie rreġistrat tnaqqis fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€44.1 miljun) u fl-Ikel (€25.2 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull tliet xhur
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (58.0 fil-mija) u mill-Asja (22.9 fil-mija), filwaqt li l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (33.6 fil-mija) u l-Amerka taʼ Fuq u Ċentrali (14.8 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet minn Spanja (€66.5 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mir-Renju Unit irreġistrat l-akbar tnaqqis (€78.6 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€133.7 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€15.2-il miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Marzu 2024
FʼMarzu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €200.0 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €172.6 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €422.3 miljun u €222.3 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqisiet taʼ 4.0 fil-mija u 16.8 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Marzu 2024
Fl-ewwel tliet xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€116.4-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq is-€622.5 miljun. L-importazzjoni żdiedet bi 2.1 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 12.1 fil-mija u ammontaw għal €1,275.8 miljun u €653.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull tliet xhur
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Marzu 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Marzu 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
16. A detailed news release calendar is available online.
17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
18. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2024

- FʼMarzu 2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €327.1 miljun.
- FʼMarzu 2024, l-importazzjoni żdiedet bʼ€100.1 miljun u l-esportazzjoni naqset bi €15.5-il miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel tlett xhur tal-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet l-€1,141.9 miljun (58.0 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Marzu 2024 irreġistrat żieda ewlenija minn Spanja (€66.5 miljun) u tnaqqis ewlieni mir-Renju Unit (€78.6 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel tlett xhur tal-2024, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€133.7 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn il-Ġermanja (€15.2-il miljun).
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2024

to do
to do
to do
to do