Aċċessibbiltà

Stqarrija dwar l-Aċċessibbiltà

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jagħraf s-siwi li jkun żgurat li s-sit elettroniku jkun jista’ jintlaħaq minn kulħadd u huwa marbut li jagħmel il-kontenut aċċessibbli għal kull min jużah u jtejjeb l-esperjenza tagħhom fl-użu tiegħu. Qed naħdmu il-ħin kollu biex intejbu l-istruttura, il-kontenut u n-navigazzjoni tas-sit tagħna biex inkunu naqblu aktar mal-Linji Gwida dwar l-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web u l-ħtiġijiet u r-rakkomandazzjonijiet l-oħra kollha dwar l-aċċessibbilità mitlubin mill-politiki tal-Gvern ta’ Malta dwar l-ICT (GMICT).

Is-sit elettroniku tagħna, nso.gov.mt, fil-biċċa l-kbira jżomm mal-istandards ta’ aċċessibbiltà u jaqbel mal-WCAG 2.1 livell AA.

Dawk li jsibu xi diffikultà meta jkunu qed jinnavigaw fis-sit elettroniku tagħna huma ġentilment mitlubin ikellmu lit-Taqsima tal-Komunikazzjoni u Tixrid għall-għajnuna.

Limitazzjonijiet taʼ aċċessibbiltà fiżika

Minħabba limitazzjonijiet taʼ aċċessibbiltà fiżika fil-bini tagħna tal-Belt Valletta, persuni bi problemi taʼ mobilità huma ġentilment avżati jikkuntattjaw l-uffiċċju minn qabel ħalli nkunu nistgħu noffru għażliet oħra taʼ servizz, bħal għajnuna online.

Feedback u għajnuna

L-NSO jilqa’ l-feedback tagħkom dwar l-aċċessibbiltà tas-sit elettroniku u l-għodod diġitali tagħna. Jekk jogħġobkom, għidulna b’kull diffikultà li tistgħu tiltaqgħu magħha u aħna ngħinukom.

Taqsima: Komunikazzjoni u Tixrid

Telefown: +356 2599 7219

Indirizz elettroniku: [email protected]

Din l-istqarrija kienet aġġornata fid-29 ta’ April 2025.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.