Kif issibna

Direzzjonijiet

L-NSO jista’ jintlaħaq minn tliet rotot li huma mfissra hawn taħt (Ara r-rotot ikkuluriti fil-mappa ta’ Google Earth).

             L-ewwel triq bil-mixi: Mill-Funtana ta’ Tritonilinja ħadra

Mill-Funtana ta’ Tritoni li tinstab f’bieb il-Belt, imxi tul it-terminus tal-karozzi tal-linja bis-swar fuq in-naħa tax-xellug tiegħek. Meta tasal f’tarf il-binarji tar-rotot tal-karozzi tal-linja għandek issib mina bi grada ħadra (din tkun miftuħa matul il-jum). Għaddi l-mina sabiex tasal f’tarf il-Ġnien Herbert Ganado. Fin-naħa tax-xellug, issib it-tieni mina żgħira (immarkata bħala d-daħla għall-War Rooms ta’ Lascaris), imxi tul din il-mina billi tinżel it-turġien lejn żona miftuħa fejn hemm id-daħla għat-tielet mina. Imxi tul din l-aħħar mina u ssib l-NSO eżatt kif toħroġ minnha fuq in-naħa tal-lemin.

             It-tieni triq bil-mixi: Mill-Funtana ta’ Tritoni / Bieb il-Beltlinja blu

Minn bieb il-belt bil-Funtana ta’ Tritoni warajk, imxi minn ħdejn il-bini tal-Parlament il-ġdid u s-sit tat-teatru l-imwaqqaʼ. Dur fuq il-lemin għal Triq In-Nofsinhar u imxi t-triq kollha ‘l fuq lejn il-Berġa ta’ Kastilja. Ibqa’ miexi tul il-pjazza lejn il-Barrakka ta’ Fuq. Idħol fi Triq Sant’ Orsla kantuniera mad-Dipartiment tal-Informazzjoni; ħu l-ewwel kisra fuq il-lemin, aqsam Triq il-Batterija u inżel it-turġien lejn l-NSO. 

             Bil-karozza: Mill-Monument tal-Gwerra fil-Floriana – linja ħamra/oranġjo

Dur ir-roundabout tal-Monument tal-Gwerra fil-Floriana, ħu r-raba’ rotta għal Triq San Franġisk, dur fuq ix-xellug għal Triq Vilhena u erġa’ dur fuq ix-xellug u inżel mit-Telgħa tal-Kurċifiss. Kompli għaddej dritt, suq tul il-kors ta’ Xatt ta’ Lascaris u Xatt il-Barriera bil-baħar fuq in-naħa tal-lemin tiegħek. Idħol fi Triq il-Lvant u suq sal-kantuniera bejn Triq il-Lvant u s-Sur ta’ Santa Barbara.

L-ewwel għażla (linja ħamra): Kompli suq tul Triq il-Lvant sakemm toħroġ mill-Victoria Gate. Hekk kif tasal hemm, dur għal Triq Ġnien is-Sultan u aqbeż il-Qasam tad-Djar. Ipparkja u idħol mill-bieb fuq il-lemin tal-parkeġġ. L-NSO jista’ jintlaħaq billi titla’ t-turġien fuq ix-xellug. 

It-tieni għażla (linja oranġjo): Minn Triq il-Lvant dur lejn is-Sur ta’ Santa Barbara, ibqa’ tiela sakemm issib il-parkeġġ fit-tarf nett fejn tagħlaq it-triq. Bil-mixi, inżel it-turġien lejn id-daħla tal-NSO.  

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.