Kodiċi ta’ Prattika

Bl-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, il-Eurostat u u l-istituti tal-istatistika tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu l-NSO, intrabtu ma’ approċċ wiesa’ li jeħodhom lejn statistika ta’ kwalità għolja. Il-Kodiċi jibni fuq tifsira komuni tal-kwalità fl-istatistika f’kull qasam tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Huwa jieħu approċċ olistiku, li jvarja mill-governanza u materji istituzzjonali sal-proċessi tal-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika.

Il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea kien adottat għall-ewwel darba mill-Kumitat tal-Programm Statistiku (SPC) fl-2005. Il-Kodiċi kien irrivedut mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) fl-2011 u l-2017; l-ESSC approva uffiċjalment l-aħħar reviżjoni fis-16 ta’ Novembru 2017.

Il-Kodiċi rivedut fih ħmistax-il prinċipju li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent istituzzjonali, il-proċessi u l-prodott tal-istatistika. Il-Kodiċi jimmira sabiex jiżgura li l-istatistika magħmula ġewwa l-ESS tkun siewja, f’waqtha, u ta’ reqqa, u li toqgħod għall-prinċipji tal-indipendenza professjonali, imparzjalità u oġġettività. Ġabra ta’ indikaturi li juru l-aħjar prattiki u standards għal kull prinċipju tagħti gwida u riferenza fit-twettiq tal-Kodiċi.​

Code of practice2
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.