Ingħaqad mat-Tim Tagħna!
L-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta (MSA) toffri opportunitajiet indaqs fit-tħaddim tan-nies.
Il-mili ta’ postijiet vakanti fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), il-fergħa operattiva tagħha, isir skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-MSA speċifikament għall-grad fejn ikun hemm il-postijiet vakanti.
Ir-reklutaġġ isir bi proċess ta’ għażla mmexxi minn bord tal-għażla maħtur għal dan l-għan mill-MSA. L-applikanti prospettivi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.
Li niġbdu lejna u nħaddmu nies bi sfondi, ħiliet u kapaċitajiet diversi huwa ta’ importanza kbira biex inserrħu rasna li l-ħtiġijiet tekniċi u amministrattivi tal-lum u taʼ għada, kemm tal-MSA kif ukoll tal-NSO, ikunu milħuqa. Aqra aktar dwar il-Politika tagħna ta’ Reklutaġġ.
Bħalissa, m’hemmx postijiet vakanti. Jekk jogħġbok, erġa’ żurna ħin ieħor.
