Impenn ta’ Fiduċja

Fis-17 ta’ Mejju 2018, il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta approva l-Impenn ta’ Fiduċja fl-Istatistika. B’dan id-dokument, il-Gvern intrabat li jappoġġja b’mod sħiħ l-iżvilupp tas-Sistema Maltija tal-Istatistika, speċjalment il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika skont il-ħmistax-il prinċipju tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea.

L-Impenn ta’ Fiduċja (CoC) jista’ jitqies bħala dikjarazzjoni li l-Gvern se jkun qed jagħmel dak kollu li jista’ biex jiżgura t-twettiq tal-prinċipji fundamentali li fuqhom hija msejsa l-istatistika pubblika. L-Impenn taʼ Fiduċja jfisser li l-Gvern, b’mod partikulari:

  • ikompli jħares l-indipendenza professjonali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika;
  • jgħin ‘l Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex iżomm u jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;
  • jagħti riżorsi xierqa u biżżejjed għall-produzzjoni ta’ statistika siewja u ta’ kwalità għolja;
  • jagħti s-saħħa ‘l Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex ikollu aċċess għad-data minn għejun amministrattivi u oħrajn, bil-ħsieb li jkun irrazzjonalizzat il-piż fuq dawk mitluba jwieġbu; u
  • jiżgura li d-drittijiet ta’ dawk mitluba jwieġbu jkunu rrispettati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħarsien tat-tagħrif.

Tista’ taqra u tniżżel l-Impenn ta’ Fiduċja fl-Istatistika u d-Dikjarazzjoni taċ-Ċittadin hawn: 

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content