Aċċess u Użu mill-ġdid tad-Data

L-NSO jipprovdi aċċess sħiħ għad-data tiegħu ppubblikata kemm għal għanijiet mhux kummerċjali u kemm għal għanijiet kummerċjali, u jinkoraġġixxi l-użu mill-ġdid tagħha. L-użu mill-ġdid tad-data, metadata u l-kontenut tal-paġni tas-sit tal-NSO huwa bla ħlas u suġġett għall-kundizzjonijiet mniżżlin hawn taħt:

• L-NSO huwa indikat bħala s-sors, flimkien mad-data u l-isem tal-pubblikazzjoni kif ġej:

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta, ħareġ JJ/XX/SSSS, l-isem sħiħ tal-pubblikazzjoni.

eż. (għall-istqarrijiet tal-aħbarijiet) Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta, maħruġa 30/06/2023, NR114/2023: Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern: Jannar-Mejju tal-2023.

eż. (għall-pubblikazzjonijiet tal-istatistika) Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta, maħruġ 22/06/2022, Pubblikazzjoni, Statistika Reġjonali MALTA, Edizzjoni tal-2022.


• F’każijiet fejn l-użu mill-ġdid jinvolvi l-modifika, il-personalizzazzjoni u t-traduzzjoni tad-data jew tat-test, dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar lill-utent aħħari tal-informazzjoni;


• L-użu mill-ġdid tad-data jeskludi: il-logos; il-marki kummerċjali; u materjal viżiv jew materjal ieħor identifikat bħala li jappartjeni lil parti oħra għajr l-NSO.

Asset 5@4x
Asset 3@4x
Asset 2@4x
Asset 4@4x
Asset 1@4x
Asset 6@4x
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.