FAQs

Is-sit tal-NSO

L-istatistika fis-sit tal-NSO hija msawwra f’seba’ temi li jinqasmu f’aktar attivitajiet statistiċi speċifiki. Għaldaqstant, taqsimiet bħal ‘Stqarrijiet tal-Aħbarijiet’, ‘Pubblikazzjonijiet’, ‘Għejun u Metodi’ u ‘Viżwali’ huma qabelxejn irranġati skont it-tema tal-informazzjoni tal-istatistika maħruġa.

Data fuq medda ta’ snin hija disponibbli mid-database online tal-NSO, l-iStatDB, jew mill-‘Indikaturi Magħżula’. Ħolqa għall-iStatDB, tinsab fit-tarf tal-homepage jew taħt il-buttuna tal-‘Prodotti Statistiċi’ filwaqt li kaxxa għall-‘Indikaturi Magħżula’ tinsab f’nofs il-homepage.

Iva. Dawn li ġejjin huma l-faċilitajiet disponibbli għall-viżwalizzazzjoni fis-sit u li malajr jistgħu jintlaħqu mill-kaxxa tal-‘viżwalizzazzjoni’ f’tarf il-homepage.

 

  • STATAMAP turi statistika f’forma grafika (mappi) u tippermetti d-data viżwali sabiex tkun adatta għall-ħtiġijiet individwali. STATAMAP tinsab fil-‘Prodotti Statistiċi’.
  • L-infografiċi jagħtu rappreżentazzjoni viżwali tal-istatistika u qegħdin fis-sit skont it-tema.

 

.

Obbligi Legali

L-NSO għandu s-saħħa mogħtija lilu mill-Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta – Kap 422 tal-liġijiet ta’ Malta, li jiġbor tagħrif għall-istatistika uffiċjali. Bħala riżultat, l-individwi, il-familji u l-entitajiet magħżula għandhom obbligu legali li jwieġbu u jagħtu t-tagħrif mitlub lill-NSO. Dan joħloq obbligu legali u għaldaqstant huwa mħares minn Artiklu Sitta tar-Regolamenti Ġenerali tal-Ħarsien tad-Data.

Barra minn hekk, il-GDPR tħalli eċċezzjonijiet għad-dritt tas-suġġett tad-data li joġġezzjona, li jintesa, li jkollu aċċess għad-data, ir-rettifika u t-tħassir, u t-trażżin tal-ipproċċessar, f’każ ta’ data li tkun miġbura għall-għan ta’ statistika. Dan jippertmetti ‘l NSO li jiġbor u jaħdem fuq data bil-għan li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-produzzjoni tal-istatistika.

L-NSO huwa marbut li jiżgura li fil-ħidma kollha tiegħu, inkluż il-ġbir tad-data, jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-individwu, familja u/jew entità u kull tagħrif li jkun ippubblikat ma jistax jikxef l-identità tagħhom la direttament u lanqas indirettament sakemm ma jkunx kiseb il-permess mingħandhom minn qabel.

L-uffiċjali kollha tal-istatistika li jaħdmu fl-NSO jieħdu l-ġurament tas-segretezza hekk kif ordnat mill-Att tal-MSA. Dan il-ġurament ipoġġi aktar responsabbiltà legali fuq l-uffiċjali tal-istatistika sabiex jagħmlu użu kif imiss mit-tagħrif li jkollhom quddiemhom.

Hija politika tal-NSO li qabel ma jagħmel kuntatt ma’ individwi u familji magħżula fil-kampjuni, tintbagħat ittra ta’ notifika b’tagħrif meħtieġ dwar l-istħarriġ u l-proċess tal-ġbir tad-data.

Fil-każ ta’ stħarriġ wiċċ imb wiċċ, l-Intervistaturi tagħna jċemplulek sabiex jagħmlu appuntament sewwa miegħek li matulu jsir l-istħarriġ. F’ħafna mill-każijiet, l-intervisti wiċċ imb wiċċ isiru fid-dar tiegħek jew x’imkien ieħor li jkun addattat għall-ġbir tal-informazzjoni (eż. l-uffiċċju tal-NSO jew il-post tax-xogħol tiegħek).

L-intervistaturi kollha tagħna huma mogħtija tikketta li tagħrafhom bħala intervistaturi tal-NSO, u li għandha tkun murija qabel issir l-intervista wiċċ imb wiċċ.

Stħarriġiet tal-NSO

L-INTRASTAT huwa sistema li tieħu u tirrekordja tagħrif dwar il-kummerċ fost il-pajjiżi tal-UE. Is-sistema tal-INTRASTAT li, hija amministrata mill-NSO, tagħti pjattaforma lill-kummerċjanti kollha f’Malta sabiex jiddikjaraw il-prodotti importati minn u esportati lejn l-Istati Membri tal-UE. Din is-sistema hija użata ukoll minn entitajiet Nazzjonali differenti (bħad-Dipartiment tal-VAT), sabiex jingħata servizz wieħed sħiħ lill-kummerċjanti meta dawn ikollhom jissottomettu tagħrif dwar il-kummerċ tagħhom jew jiġu għal permessi meħtieġa.

L-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol huwa tiftixa li ssir fost il-familji bil-għan li jinkiseb tagħrif dwar is-suq tax-xogħol u problemi li għandhom x’jaqsmu miegħu. Il-metodu jinvolvi sensiela ta’ intervisti personali. F’Malta, l-LFS isir b’mod kontinwu u juża kampjun ta’ 3,200 familja kull tliet xhur. L-LFS ikopri l-persuni kollha li jkunu joqogħdu f’dar privata u jħalli barra lil dawk li jkunu joqogħdu fi djar kollettivi  bħal djar tal-kura u sptarijiet. Id-definizzjonijiet u l-metodoloġija użati fl-LFS huma l-istess fil-pajjiżi kollha tal-UE.

L-istatistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (SILC) hija tiftixa li ssir kull sena fost persuni li joqogħdu fi djar privati. Is-SILC huwa l-għajn ta’ referenza għal statistika komparattiva fuq it-tqassim tad-dħul, il-faqar relattiv u l-esklużjoni soċjali fost l-Istati Membri tal-UE. Bis-saħħa tas-SILC, tagħrif kwantitattiv ta’ min joqgħod fuqu dwar il-faqar relattiv, l-esklużjoni soċjali, it-tiċħid materjali u l-kundizzjonijiet tad-djar fejn jgħammru n-nies huwa maħruġ.

Din it-tiftixa hija magħrufa bħala EU-SILC fl-Unjoni Ewropea. Kienet mibdija formalment fl-2004 u nfirxet fl-2005 biex tkopri l-Istati Membri kollha tal-UE25, flimkien man-Norveġja u l-Iżlanda. Malta kien wieħed mill-pajjiżi li beda s-SILC fl-2005.

It-TOURSTAT huwa stħarriġ kontinwu li jiġbor tagħrif dwar it-tluq tat-turisti. Dwar it-tluq bl-ajru, l-istħarriġ isir fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta permezz ta’ sensiela ta’ intervisti personali. It-tagħrif dwar it-tluq bil-baħar jinġabar mill-Port tal-Kruċieri fil-Belt Valletta, dejjem b’intervisti personali. Iż-żewġ friegħi tal-istħarriġ tat-TOURSTAT huma miżjuda bir-reġistri amministrattivi.

  • It-turiżmu lejn Malta jirreferi għal żjarat minn viżitaturi li ma jkunux residenti tal-pajjiż.
  • It-turiżmu ‘l barra jirreferi għal żjarat minn residenti ta’ pajjiż f’pajjiżi oħrajn.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content