Home » L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Jannar-Ġunju tal-2023
Aċċidenti mhux fatali
Rekords amministrattivi juru li, fl-ewwel sitt xhur tas-sena, 1,062 persuna kienu milqutin bʼaċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti ġraw fil-qasam tal-Manifattura (14.0 fil-mija). 143 jew 13.5 fil-mija oħra ġraw fil-qasam tat-Trasport u l-ħażna, filwaqt li l-Attivitajiet marbuta mas-saħħa umana u ħidma soċjali kklejmjaw 131 jew 12.3 fil-mija każ ieħor (Tabella nru 1). 32.8 fil-mija taʼ dawk milqutin kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum jew aktar laħqu t-18.5 fil-mija (Tabella nru 2).
Fil-perjodu taʼ riferenza, il-biċċa l-kbira tal-aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jolqtu persuni fʼxogħlijiet elementari. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa (Tabella nru 3). Fejn jidħlu l-etajiet, 29.6 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-35 u l-44 sena (Tabella nru 4). Fiż-żmien mifli minn din l-istqarrija, 72.3 fil-mija taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin (Tabella nru 5).
Kważi terz (30 fil-mija) tat-tweġġigħ fuq ix-xogħol kien jaffettwa d-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha (Tabella nru 6). Il-ġrieħi u t-tweġġigħ superfiċjali, u t-tfekkik kienu l-aktar tipi komuni taʼ tweġġigħ, u ammontaw għal 666 and 308 każi, rispettivament (Tabella nru 7).
Fl-ewwel nofs tal-2023, 30.0 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol ġraw fʼintrapriżi bʼ500 impjegat jew aktar (Tabella nru 9).
Fis-sena 2022, kienu rrappurtati 845 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata taʼ aċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Manifattura; segwita mill-Kostruzzjoni u t-Trasport u l-ħażna (Tabella nru 11).
Aċċidenti fatali
Bejn Jannar u Ġunju 2023, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat aċċident fatali wieħed. Fl-istess żmien ta sena qabel kien hemm disat imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.
2009-2022
No Data Found
Districts classification
Southern Harbour
Bormla; Il-Fgura; Il-Furjana; Ħal Luqa; Ħaż-Żabbar; Il-Kalkara; Il-Marsa; Raħal Ġdid; Santa Luċija; L-Isla; Ħal Tarxien; Valletta; Il-Birgu; Ix-Xgħajra.
Northern Harbour
Birkirkara; Il-Gżira; Ħal Qormi; Il-Ħamrun; L-Imsida; Pembroke; San Ġwann; Santa Venera; San Ġiljan; Is-Swieqi; Ta’ Xbiex; Tal-Pietà; Tas-Sliema.
South Eastern
Birżebbuġa; Il-Gudja; Ħal Għaxaq; Ħal Kirkop; Ħal Safi; Marsaskala; Marsaxlokk; L-Imqabba; Il-Qrendi; Iz-Żejtun; iz-Żurrieq.
Western
Ħad-Dingli; Ħal Balzan; Ħal Lija; Ħ’Attard; Ħaż-Żebbuġ; L-Iklin; L-Imdina; L-Imtarfa; Ir-Rabat; Is-Siġġiewi.
Northern
Ħal Għargħur; Il-Mellieħa; L-Imġarr; Il-Mosta; In-Naxxar; San Pawl Il-Baħar.
Gozo and Comino
Il-Fontana; Għajnsielem and Comino; L-Għarb; L-Għasri; Il-Munxar; In-Nadur; Il-Qala; San Lawrenz; Ta’ Kerċem; Ta’ Sannat; Ir-Rabat; Ix-Xagħra; Ix-Xewkija; Iż-Żebbuġ.