Home » L-Akkwakultura: 2022
Iċ-ċensiment li jsir kull sena fost l-entitajiet li joperaw fl-industrija lokali tal-akkwakultura u tat-trobbija tat-tonn wera li, matul l-2022, il-produzzjoni kollha ġġenerata minn din l-attività ekonomika kibret bi €92.4 miljun, jew 40.7 fil-mija, fuq dik irreġistrata fl-2021 biex laħqet iċ-ċifra ta’ €319.4 miljun. Barra minn hekk, il-konsum intermedju tal-industrija, li jirrappreżenta l-ispejjeż operattivi ewlenin li għamlu l-istess operaturi, tela’ bʼ€91.1 miljun, jew 61.8 fil-mija, fuq dak irreġistrat sena qabel għal total ta’ €238.4 miljun. Dan wassal biex il-valur miżjud gross tal-industrija żdied marġinalment bʼ1.7 fil-mija għal €81.0 miljun.
Id-deprezzament tal-assi tal-industrija naqas bʼ€0.2 miljun jew 4.8 fil-mija għal total ta’ €4.9 miljuni; filwaqt li n-nefqa sħiħa fuq il-pagi u s-salarji tal-impjegati tagħhom żdiedet bʼ€1.0 miljun, jew 9.9 fil-mija, sabiex laħqet il-€11.7-il miljun. Meta tnaqqsu l-ispejjeż mid-dħul tagħha, l-industrija nstabet li kisbet qligħ operattiv nett ta’ €64.4 miljun (Tabella nru 1, Ċarts nri 1 u 2).
€ miljun
No Data Found
Nota: Id-differenza bejn il-linji turi l-valur miżjud gross.