Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet

Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet taʼ Data Smackdown

Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kompetizzjoni Ewropea tal-Istatistika (ESC) fis-sena akkademika 2023/2024.

Data Smackdown kienet il-fażi nazzjonali tal-kompetizzjoni, u r-rebbieħa mxew għal fażi Ewropea biex irrappreżentaw lil Malta fl-ESC. 

Fil-15 taʼ April, l-NSO għamel iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet biex jagħti ġieħ lill-istudenti li ġew fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet post tal-kompetizzjoni Data Smackdown. Iċ-Ċerimonja saret fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, Il-Belt Valletta.

Ir-riżultati waslu wara konsiderazzjoni bir-reqqa mill-ġudikanti tagħna.
 
Kull tim li ħa sehem wera ħila kbira.
 
Ir-riżultati kienu kif ġej:

Kategorija A: Skejjel post-Sekondarji

L-1el Post: NUGGETS, Kulleġġ San Alwiġi

It-2ni Post: STATGIRLS, Ġ.F. Abela Junior College

It-3et Post: STATCOMP, Kulleġġ San Alwiġi

Kategorija B: Skejjel Sekondarji

L-1el Post: GAMMA, Kulleġġ Santu Wistin

It-2ni Post: PARABOLA, Kulleġġ San Martin

It-3et Post: MIKAEL, Skola San Mikiel

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content