Home » L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2022
Fl-2022, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema b’total ta’ 23 skrin u b’kapaċità ta’ 3,910 postijiet bilqiegħda (Tabelli nri 1 u 2). Minn dawn is-sitt teatri taċ-ċinema, tnejn kienu jinsabu f’Għawdex.
Is-sena li għaddiet kienu murijin total ta’ 376 titlu ta’ films f’27,189 wirja, u għaldaqstant dan jammonta għal medja ta’ 72 wirja għal kull film (Tabella nru 4). Għal wiri ta’ dawn il-films, is-swali taċ-ċinema rreġistraw udjenza ta’ 460,244. Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 15,159 entratura b’total ta’ dħul gross li laħaq il-€85,478 f’505 wirjiet. Min-naħa l-oħra, produzzjonijiet barranin, li minbarra l-films tradizzjonali kienu jinkludu wkoll iċ-ċinema tal-avvenimenti, kellhom 445,085 entratura b’total ta’ dħul gross li ammonta għal €3,299,633 f’26,684 wirja (Tabella nru 4a).
Matul l-2022, l-udjenzi taċ-ċinema kellhom għażla ta’ 376 titlu differenti ta’ films, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu films fittizji. Dawn il-films ġibdu lejhom aktar minn 77.4 fil-mija tal-entraturi kollha (Tabella nru 8).
L-aktar films popolari kienu ‘Minions: The Rise of Gru’, ‘Top Gun: Maverick’ u ‘Jurassic World: Dominion’ li rreġistraw 7.1 fil-mija, 6.1 fil-mija u 5.9 fil-mija tal-entraturi kollha, rispettivament (Tabella nru 9).
F’termini ta’ klassifikazzjoni tal-età, il-biċċa l-kbira tal-films murija fis-swali taċ-ċinema kienu kklassifikati bħala “12A” u “15”. Fil-fatt, 44.9 fil-mija tal-films ipprojettati fl-2022 kienu kklassifikati bħala “12A”, filwaqt li 29.3 fil-mija kienu kklassifikati bħala “15” (Tabella nru 10). Min-naħa l-oħra, 3.5 fil-mija biss tal-projezzjonijiet kienu kklassifikati bħala “18” (Tabella nru 10).
Is-sena li għaddiet, 52.9 fil-mija tal-films ipprojettati damu bejn 76 u 120 minuta (Tabella nru 11). Il-wirjiet tal-tip “Live/Encore”, inklużi opri, balletti, u teatru, kellhom l-itwal ħin b’medja ta’ 161 minuta. Min-naħa l-oħra, id-dokumentarji u l-animazzjoni kellhom l-iqsar ħinijiet ta’ dewmien biż-żewġ ġeneri jdumu ħin medju ta’ 78 minuta (Ċart nru 6). B’riferenza għan-numru ta’ ħaddiema, instab li s-sena l-oħra s-swali taċ-ċinema kienu qegħdin iħaddmu medja ta’ 95 persuna, li minnhom il-maġġoranza kienu mqabbda fuq bażi part-time (Tabella nru 12).
per cent
No Data Found
No Data Found
A cinema establishment is defined as a fixed commercial business installation primarily engaged in the commercial projection of cinematographic audio-visual works (in 35mm and/or digital format using a minimum of 1.3K resolution), through a regular film programming schedule and ticketing system.
2. Information in this news release was obtained through a survey carried out among all active cinema establishments in Malta and Gozo during reference year 2022.
3. In this survey:
● a film title refers to a single film that is screened across the various cinema establishments;
● a film show, also includes feature films; short films; opera, ballet and theatre performances broadcasted from foreign theatres; music concerts broadcasted from abroad; and art exhibitions on screen etc.;
● a screening refers to the number of times a film title is shown in the Maltese Islands irrespective of the cinema establishment which projects it.
4. Film details were verified with the Europa Cinemas and IMDB websites.
5. The survey is dependent on the information provided to the NSO by respondents. While every effort has been made to minimise the extent of under-reporting, the NSO is not responsible for inaccuracies that may emerge as a result of such under-reporting.
6. Totals may not add up due to rounding.
7. The data in this release should be considered as final, although minor revisions may be necessary subject to further provision of data.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. For further assistance, please submit your query through our online request form.