News Releases

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: It-Tieni Kwart tal-2023
NR133/2023
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Lulju 2023
Fit-tieni kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-225,313.

Fit-tieni kwart tal-2023, żaru Malta 98 vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ erbgħa meta mqabblin mal-istess perjodu sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-186,149. Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,299 passiġġier, 953 aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 50.9 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 16.9 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 12.6 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-110,562, li minnhom 50.5 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 24.8 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 54.0 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (34.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kellhom bejn l-40 u d-59 sena (33.7 fil-mija) (Tabella nru 1).

JannarĠunju 2023

Fl-ewwel nofs tas-sena, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq il-297,299, li 56.2 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 159,945, jew 53.8 fil-mija, tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn l-40 u d-59 sena, u laħqu l-100,437 (33.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn is-60 u d-79 sena, li laħqu 94,554 (31.8 fil-mija) (Tabella nru 2).

Kien hemm 119-il żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel sitt xhur tal-2023, bʼmedja taʼ 2,498 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-125 żjara u medja taʼ 1,300 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2022 (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri

No Data Found

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
4. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2021 2022 2023
April-June 0 22,383 36,533
January-June 0 24,118 40,234

5. Definitions:
  • Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
  • Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
  • Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
  • Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
  • Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
  • Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
 
6. More information relating to this news release may be accessed at the following link.
 
7. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced accordingly.
 
8. A detailed news release calendar is available online.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: It-Tieni Kwart tal-2023
NR133/2023
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Lulju 2023
Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,
  • Fit-tieni kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 225,313.
  • Fl-istess perjodu, 98 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma tnaqqis taʼ erbgħa meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • L-Italja u l-Ġermanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE fit-tieni kwart tal-2023.
  • Il-passiġġieri nisa kienu jlaħħqu 121,641 u kienu jagħmlu 54.0 fil-mija tat-traffiku kollu.
  • L-akbar għadd taʼ passiġġieri, jew 34.8 fil-mija, kienu jagħmlu parti mill-grupp taʼ età taʼ bejn s-60 u d-79 sena.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content