Home » Il-Vjolenza Domestika: 2022
Is-servizzi mmirati lejn il-vittmi tal-vjolenza domestika
Meta mqabbel mal-2020, l-għadd taʼ persuni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi taʼ għajnuna rigward il-vjolenza domestika żdied bʼ6.2 fil-mija: minn 2,919 għal 3,100. Fl-2022, 70.1 fil-mija tal-persuni li kienu qegħdin jużaw servizzi bħal dawn użaw servizz wieħed, 21.1 fil-mija użaw żewġ servizzi, u 8.7 fil-mija użaw tlieta jew aktar servizzi (Tabella nru 1; Ċart nru 1).
Perjodu taʼ referenza: 2020-2022
No Data Found
Noti:
1. Iċ-ċifri jirreferu għall-għadd kollu taʼ persuni individwali li kienu qegħdin jużaw is-servizzi matul iż-żmien taʼ referenza (ara Tabella nru 1; in-noti metodoloġiċi nri 3 u 5).
2. Is-Servizzi inklużi: Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita (2021, 2022), Dar Emmaus (2022), Il-Milja, it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) (Aġenzija Appoġġ), Victim Support Malta (2021, 2022), id-Dipartiment tal-Pulizija, Għabex, u s-Servizzi tas-Saħħa tal-Emerġenza.
Tabella nru 2 tagħti tagħrif dwar il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi varji fʼdan il-qasam. Il-każijiet magħdudin fi ħdan u bejn is-servizzi jistgħu jinvolvu lill-istess persuna għal aktar minn darba. Fl-2022, bħas-snin taʼ qabel, is-servizzi ewlenin użati mill-persuni li kienu qegħdin iġarrbu l-vjolenza domestika kienu t-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ (2,093 każ reġistrat) u d-Dipartiment tal-Pulizija (2,046 rapport individwali). Ix-xelters (inkluż Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Dar Emmaus, Għabex u Il-Milja) ittrattaw 173 każ, filwaqt li l-għaqda volontarja Victim Support Malta kellha 70 każ fis-sena taʼ referenza. Is-Servizzi tas-Saħħa tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali taʼ Għawdex irreġistraw 69 każ matul l-2022 (Tabella nru 2).
Perjodu taʼ referenza: 2022
No Data Found
1Ix-xelters jinkludu Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Dar Emmaus, Għabex, u Il-Milja. Ara n-nota metodoloġika nru 1.
Nota: Il-każijiet individwali huma rreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizz kull darba li xi ħadd jidħol fis-servizz matul is-sena taʼ referenza. Għaldaqstant, iċ-ċifri jinkludu persuni li jkunu użaw is-servizzi aktar minn darba.
Tabella nru 3 taqsam il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi tal-vjolenza domestika bil-gruppi tal-età taʼ dawk li jkunu użaw is-servizz. Fl-2022, aktar minn nofs il-każijiet kollha rreġistrati mas-servizzi varji kienu jinvolvu persuni li kellhom bejn it-30 u d-49 sena (52.5 fil-mija) (Ċart nru 2). Il-biċċa l-kbira, jew 84.4 fil-mija, kienu jinvolvu persuni taʼ nazzjonalità Maltija, mentri 13.8 fil-mija tal-każijiet kienu jinvolvu persuni taʼ nazzjonalità mhux Maltija (Tabella nru 4).
Perjodu taʼ referenza: 2022
No Data Found
1Ix-xelters jinkludu Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Dar Emmaus, Għabex, u Il-Milja. Ara n-nota metodoloġika nru 1.
Nota: Il-każijiet individwali huma rreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizz kull darba li xi ħadd jidħol fis-servizz matul is-sena taʼ referenza. Għaldaqstant, iċ-ċifri jinkludu persuni li jkunu użaw is-servizzi aktar minn darba.
Is-servizzi mmirati lejn l-aggressuri fil-vjolenza domestika
Ħarsa lejn l-għadd waħdani tal-persuni li kienu qegħdin jużaw is-servizzi mmirati lejn l-aggressuri turi li 268 individwu użaw wieħed jew aktar servizzi fl-2022 – 245 raġel u 23 mara (91.4 fil-mija u 8.6 fil-mija rispettivament) (Ċart nru 4). Matul l-2022, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole ttratta 141 każ marbut ma’ vjolenza domestika, filwaqt li l-programm ‘Stop!’ ra 100 każ – il-maġġoranza tal-każijiet ittrattati minn dawn iż-żewġ servizzi kienu jinvolvu persuni ta’ bejn it-30 u d-49 sena (64.7 fil-mija u 68.0 fil-mija rispettivament). Il-każijiet kollha li kienu mmaniġġjati mis-servizz ‘Child to Parent Violence’ offrut mill-Aġenzija Appoġġ (31 każ) kienu taħt it-30 sena (Tabella nru 6).
Perjodu taʼ referenza: 2022
No Data Found
Nota: Is-servizzi mmirati lejn l-aggressuri huma magħmulin mill-programm ‘Stop!’ u s-servizz ‘Child to Parent Violence’ tal-Aġenzija Appoġġ u d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole. Ara n-nota metodoloġika nru 1.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Il-Furjana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |
Map 1. Number of individual cases registered with the Domestic Violence Unit at Aġenzija Appoġġ by district of residence of service user (rate per 1,000 resident population): 2022
Map 2. Number of individual cases registered with the Police Department by district of incident (rate per 1,000 resident population): 2022
Notes:
1. Individual cases are recorded by the service provider each time a person accesses the service during that reference year. Therefore figures include persons making use of services more than once.
2. Data recorded by the Domestic Violence Unit at Aġenzija Appoġġ includes the district of residence of the service user.
3. Data recorded by the Police Department includes the district of incident reported.
4. Rates are based on mid-year population estimates which may be subject to revision.