Home » Il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Biedja: 2022
Ċifri proviżorji dwar il-valur tal-produzzjoni milħuq mis-settur agrikolu f’Malta matul l-2022 juru żieda ta’ 10.7 fil-mija fuq l-2021 għal total ta’ €135.5 miljun; filwaqt li l-konsum intermedju, li jinkludi firxa ta’ spejjeż mħallsa mis-settur, żdied bi 15.6 fil-mija għal total ta’ €84.4 miljun. B’hekk, il-valur miżjud gross żdied bi 3.6 fil-mija biex laħaq it-total ta’ €51.1 miljun. Barra minn hekk, l-ispiża marbuta mad-diprezzament tal-kapital fiss imħaddem mis-settur iċċaqalqet ʼil fuq b’0.1 fil-mija għal total ta’ €6.9 miljuni, filwaqt li n-nefqa totali fuq il-pagi mħallsa mill-azjendi agrikoli għall-impjieg tal-ħaddiema żdiedet b’9.8 fil-mija u laħqet is-€6.0 miljuni.
Meta mqabbla mal-għajnuna finanzjarja mqassma matul is-sena taʼ qabel, l-għajnuna totali li ngħatat kemm mill-programmi ffinanzjati mill-UE kif ukoll mill-fondi tal-Gvern imħallsa lil dan is-settur naqset b’16.8 fil-mija għal €23.5 miljun. Għaldaqstant, il-qligħ operattiv nett tas-settur naqas b’5.4 fil-mija għal €61.7 miljun. Barra minn hekk, meta jitqies id-dħul nett negattiv ta’ €1.0 miljun li hu marbut mal-użu taʼ proprjetà u li kien imħallas mill-azjendi agrikoli matul l-2022, id-dħul intraprenditorjali nett li ġie rreġistrat minn dan is-settur naqas b’5.5 fil-mija għal €60.6 miljun (Tabella nru 1 u Ċarts nri 1 u 2).
Iż-żieda msemmija hawn fuq fil-valur tal-produzzjoni agrikola ġiet prattikament mill-attivitajiet agrikoli kollha taʼ dan is-settur. Fil-fatt, il-prodotti miksuba minn attivitajiet sekondarji tal-biedja, prodotti taʼ ħaxix u frott, prodotti miksuba mill-annimali kif ukoll prodotti tal-laħam żdiedu b’16.4, 11.2, 10.6 u 9.5 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 2 u Ċart nru 3).
Min-naħa l-oħra, il-konsum intermedju rreġistrat mis-settur, li jiġbor fih firxa ta’ spejjeż mħallsa mill-azjendi agrikoli, irreġistra spejjeż ogħla fuq it-tkabbir ta’ ħaxix u frott, il-magħlef tal-bhejjem, spejjeż varji kif ukoll spejjeż marbuta mal-użu tal-enerġija u fjuwil taʼ 30.2, 16.1, 14.4 u 2.1 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 3 u Ċart nru 4).
fʼeluf taʼ ewro
No Data Found
No Data Found
No Data Found
No Data Found
1. The data published in this release is based on the methodologies for the Economic Accounts for Agriculture and Forestry (EAA/EAF 97, Rev. 1.1).
2. Data on the generated output of agriculture is collected from a number of sources. The civil abattoir provides monthly slaughtering statistics by type of animal, while the private slaughterhouses supply data on the volume and value of slaughtered poultry. The principal fruit and vegetable markets provide data on the volume and wholesale value of the produce harvested by the farmer, the Rural Development Department provides administrative data on the activity of wineries, whereas the Agriculture and Rural Payment Agency provides data on subsidies. Separately, the NSO collects statistical data through an annual survey on the quantity and value of tomatoes picked for processing, while it also makes use of other available data sources for the estimation of some other specific variables in this release.
3. Data on intermediate consumption is based on compilations whose sources are administrative records and input price indices that are collected on a quarterly basis from the retail businesses that cater for the agricultural sector.
4. The Economic Accounts and the other economic indicators published in this release refer to a complete calendar year.
5. The data in this release is provisional and subject to revision. Updates are carried out annually in respect of a rolling two-year period.
6. Definitions:
● Output represents the total value of agricultural produce generated through agricultural activity over an entire calendar year period.
● Intermediate consumption represents the value of specifically classified goods and services used as inputs in agricultural production processes, with the exception of some specific items which, by methodology, are classified elsewhere.
● Gross value added of the agricultural activity is the value of output less intermediate consumption by all the agricultural holdings before deducting any incurred gross fixed capital consumption (i.e. depreciation of fixed assets).
● Net entrepreneurial income measures the net operating surplus of the agricultural holding with the addition of any net property income (i.e. after adding and deducting any transactions such as rents and interest).
7. More information relating to this news release may be accessed at:
8. References to this news release are to be cited appropriately.
9. A detailed news release calendar is available online.