Home » In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2023
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Bejn Jannar u Ġunju 2023, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq is-€680.6 miljun, 8.4 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€34.9 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€17.6-il miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq il-€548.5 miljun, li huwa żieda taʼ 6.8 fil-mija fuq l-2022. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda taʼ €19.9-il miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ 1,134 persuna li bdew jieħdu l-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€8.4 miljuni) u l-Pensjonijiet tar-Romol (€6.7 miljuni). Iż-żieda fl-infiq kienet kemxejn ikkumpensata bit-tnaqqis taʼ €0.1 miljun fil-Benefiċċji Oħra (Tabella nru 2).
Fi tmiem Ġunju 2023, €132.1 miljun marru fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 15.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel. Iż-żidiet kienu rreġistrati fil-kategoriji kollha tal-benefiċċji, bl-ikbar zidiet ikunu fil-Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg (€4.3 miljuni), l-Allowance Tat-Tfal (€2.9 miljuni), u l-Allowance Supplementari Sħiħa (€2.9 miljuni) (Tabella nru 3).
Meta mqabbel mal-2022, €27.4 miljun aktar kienu minfuqin fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bejn April u Ġunju 2023, sabiex laħqu it-€321.4 miljun. In-nefqa Kontributorja telgħet bi €19.0-il miljun, bl-akbar żieda tkun irreġistrata fil-Pensjonijiet tal-Irtirar (€11.1-il miljun). Barra minn dan, l-infiq fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji żdied bi €8.4 miljuni, bl-akbar żidiet jidhru fil-Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg (€2.0 miljuni), l-Allowance Supplementari Sħiħa (€1.7 miljun) u l-Allowance tat-Tfal (€1.6 miljun) (Tabelli nri 4 u 5).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Matul l-ewwel sitt xhur tal-2023, l-akbar għadd ta’ benefiċjarji Kontributorji kien irreġistrat fil-Pensjoni ta’ Żewġ Terzi (57,750). Dan il- benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji, b’1,134 pensjonant addizzjonali meta mqabbel mal-2022. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju għal Mard (2,462) (Tabella nru 2).
L-Allowance tat-Tfal kellu l-ogħla numru ta’ riċevituri mhux kontributorji fl-ewwel sitt xhur tas-sena, bi 43,041 familja jirċievu dan il-benefiċċju. Il-Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg irreġistra l-akbar żieda fil-benefiċjarji bʼ16,494, filwaqt li l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien osservat fl-Assistenza għal Mard (396) (Tabella nru 3).
Fit-tieni kwart tal-2022, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,071) u l-Allowance tat-Tfal (42,072) kienu l-aktar benefiċċji Kontributorji u Mhux Kontributorji rċevuti, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).
Jannar-Ġunju fl-ewro
No Data Found
Jannar-Ġunju 2023
No Data Found
Jannar-Ġunju 2023
No Data Found