News Releases

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru tal-2023
NR189/2023
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Ottubru 2023
Paper,People,Under,Hands,In,Gesture,Of,Protection.,Concept,Of
  • Fl-aħħar taʼ Settembru tal-2023, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet €791.2 miljun, li hija żieda taʼ 7.4 fil-mija fuq l-2022.
  • Żieda taʼ 1,501 pensjonant taż-Żewġ Terzi kienet l-imbuttatura ewlenija għaż-żieda rrapurtata fil-Benefiċċji Kontributorji.
  • In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji laħqet €189.2 miljun, 15.0 fil-mija ogħla mill-2022.
  • L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjonijiet taż-Żewġ Terzi (58,820).
  • Total taʼ 44,016-il familja ħadu l-Allowance tat-Tfal sa l-aħħar taʼ Settembru tal-2023.
In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru tal-2023
NR189/2023
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Ottubru 2023
Fl-ewwel disaʼ xhur tal-2023, in-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali telgħet bi €78.9 miljun meta mqabbla mal-2022.

Paper,People,Under,Hands,In,Gesture,Of,Protection.,Concept,Of

In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Bejn Jannar u Settembru 2023, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq id-€980.4 miljun, 8.7 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€54.2 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€24.7 miljun) (Tabella nru 1).

L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq is-€791.2 miljun, li huwa żieda taʼ 7.4 fil-mija fuq l-2022. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €32.2 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ 1,501 persuna li bdew jieħdu l-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€12.4-il miljun) u l-Pensjonijiet tar-Romol (€9.5 miljuni) (Tabella nru 2).

Fi tmiem Settembru 2023, €189.2 miljun marru fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 15.0 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. Iż-żidiet kienu rreġistrati fil-kategoriji kollha tal-benefiċċji, bʼdawk ewlenin ikunu l-Benefiċċju Sħiħ taʼ Waqt l-Impjieg (€6.1 miljuni), l-Allowance Supplementari Sħiħa (€5.3 miljuni) u l-Allowance Tat-Tfal (€3.5 miljuni) (Tabella nru 3).

Meta mqabbel mal-2022, intefqu €26.4 miljun aktar fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bejn Lulju u Settembru 2023, bin-nefqa totali tilħaq il-€299.8 miljun. In-nefqa Kontributorja telgħet bi €19.3-il miljun, bl-akbar żieda tkun irreġistrata fil-Pensjonijiet tal-Irtirar (€12.2-il miljun). Barra minn dan, l-infiq fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji żdied bʼ€7.1 miljuni, bl-akbar żidiet jidhru fl-Allowance Supplementari Sħiħa (€2.4 miljuni) u fil-Benefiċċju Sħiħ taʼ Waqt l-Impjieg (€1.7 miljun), (Tabelli nri 4 u 5). 

Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali

Matul l-ewwel disaʼ xhur tal-2023, l-akbar għadd ta’ benefiċjarji Kontributorji kien irreġistrat fil-Pensjoni ta’ Żewġ Terzi (58,820). Dan il- benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji, b’1,501 pensjonant iżjed meta mqabbel mal-2022. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (4,661) (Tabella nru 2).

L-Allowance tat-Tfal kellu l-ogħla numru ta’ riċevituri mhux kontributorji, bʼ44,016 familja jirċievu dan il-benefiċċju. Il-Benefiċċju taʼ Waqt l-Impjieg irreġistra l-akbar żieda fil-benefiċjarji bʼ16,358, filwaqt li l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien osservat fl-Allowance Supplementari (466) (Tabella nru 3).

Fit-tielet kwart tal-2023, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,378) u l-Allowance tat-Tfal (42,186) kienu l-aktar benefiċċji Kontributorji u Mhux Kontributorji rċevuti, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).

Ċart nru 1. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Jannar-Settembru fʼmiljuni tal-ewro

No Data Found

Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1

Benefiċċji Kontributorji

Jannar-Settembru 2023

No Data Found

Benefiċċji Mhux Kontributorji

Jannar-Settembru 2023

No Data Found

1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. Expenditure data provided in this news release is extracted from the administrative records of the Social Security Department, and is based on the Government’s Consolidated Fund.
 
2. Beneficiaries data is obtained from the Department of Social Security’s Unique Beneficiaries Report.
 
3. In 2022, a complete revamp of the In-Work Benefit (IWB) was carried out by the Income Support and Compliance Division, with  payments now being made to all eligible parents irrespective of application status. Payments are made in arrears, hence the reporting period for reference year N is being covered by payments made between April of year N to March of year N+1. Due to the differences in reporting methods between the data sources listed in Notes 1 and 2, and to maintain consistency in line with the restructuring performed, from 2023 the Unique Beneficiaries Report has been used to extract both the expenditure and beneficiaries data for the IWB.
 
4. For every benefit, the corresponding beneficiaries reflect any person who has received the benefit at least once during the reference period. The number of beneficiaries may not be aggregated since persons obtaining two or more different benefits during the same period are listed once under each benefit. Furthermore, it should also be noted that the annual number of beneficiaries is not equal to the sum of the quarters since beneficiaries obtaining the same benefit in more than one quarter are only counted once.
 
5. The functions provided in charts 2 are in line with the European System of Integrated Social Protection Statistics (ESSPROS) Manual 2022 Edition (ISBN 978-92-76-58596-1). This methodology is mandatory for all EU Member States. A detailed breakdown of which benefits are classified under each function is provided in the Social Security Benefits Glossary that can be accessed from the ‘Sources and Methods’ link listed in note 8.
 
6. Expenditure data is not normally subject to revision, while beneficiaries data may be revised. As of 2023, latest figures for the IWB are to be taken as provisional and subject to revision.
 
7. Figures may not add up exactly due to rounding.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 
9. References to this news release are to be cited appropriately.
 
10. A detailed news release calendar is available online.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content