Home » Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern: Jannar-April tal-2023
Bejn Jannar u April 2023, id-Dħul Rikorrenti ammonta għal €1,890.8 miljun, €295.6 miljun ogħla mill-€1,595.3 miljun li kien irrappurtat sena qabel. L-akbar żjieda kienet irreġistrata fit-Taxxa tad-Dħul (€179.2 miljun). Warajha, kien hemm l-Għotjiet (€71.9 miljun), it-Taxxa fuq l-Valur Miżjud (€33.0 miljun), is-Sigurtà Soċjali (€15.9 miljun), Bejgħ Ieħor (€14.2 miljun), il-Liċenzji, taxxi u multi (€10.0 miljun), id-Dwana u sisa (€6.0 million), il-Bejgħ taʼ Servizzi (€5.1 miljuni), id-Drittijiet tal-Uffiċċju (€1.1 miljun), ir-Rimborżi (€0.7 miljun) u l-Imgħax fuq self magħmul mill-Gvern (€0.3 miljun). Min-naħa l-oħra, dħul inqas kien irrappurtat taħt il-Bank Ċentrali taʼ Malta (€22.2 miljun), id-Dħul Mixxellanju (€16.3 miljun), id-Dividendi fuq investimenti (€2.6 miljun) u l-Kirjiet (€0.5 miljun).
Fi tmiem April 2023, in-Nefqa Totali laħqet l-€2,083.5 miljun, €99.2 miljun aktar mis-sena ta’ qabel.
Fiż-żmien ta’ riferenza, in-Nefqa Rikorrenti kienet ta’ €1,844.0 miljun, żjieda taʼ €73.9 miljun meta mqabbla mal-€1,770.1 miljun li kienet irrappurtata fl-aħħar taʼ April 2022. Iż-żjieda taʼ €31.0 miljun fil-Kontribuzzjonijiet lill-Entitajiet tal-Gvern kellha l-akbar sehem fʼdin iż-żjieda fin-Nefqa Rikorrenti. Kien hemm kontribuzzjonijiet ogħla, fost oħrajn, għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali (€6.9 miljun), għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (€6.1 miljun), għar-Resource Support and Services Ltd (€5.0 miljun), u għall-Malta Enterprise (€2.9 miljun). Aktar żjidiet kienu rreġistrati fl-Ispiża tal-Operat (€24.5 miljun), fis-Salarji u Pagi (€17.9 miljun), u fil-Programmi u Inizjattivi (€0.4 miljun). L-iżviluppi ewlenin fil-kategorija tal-Programmi u Inizjattivi kienu ż-żjieda fin-nefqa għall-miżuri ta’ għajnuna għall-Enerġija (€51.2 miljun), għall-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (€33.6 miljun), għall-Iskejjel tal-Knisja (€18.2 miljun), għat-Tidwil tat-Triqat u Servizzi Oħrajn (€9.9 miljun), għar-Riżorsi tal-UE (€8.0 miljun) u għall-Karta Tal-linja (€7.7 miljun). Iż-żjieda fin-nefqa kienet ikkompensata l-aktar minn tnaqqis fl-iskemi ta’ għajnuna tal-Pandemija (€82.5 miljun) u l-ħlasijiet għall-Istimolu tal-Ekonomija (€48.1 miljun).
Il-parti tal-imgħax tal-ispejjeż tal-manutenzjoni tad-dejn pubbliku laħqet b’kollox €66.0 miljun, żjieda ta’ €11.2 miljun meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
Bejn Jannar u April 2023, in-nefqa kapitali tal-Gvern ammontat għall-€173.5 miljun, €14.1 miljuni aktar meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022. Din iż-żjieda kienet ġejja minn nefqa akbar fuq is-Sistemi tal-Immaniġġjar tal-Identità Nazzjonali (€7.0 miljun) u Proprjetà, Impjant u Tagħmir (€6.4 miljun).
Id-differenza bejn id-dħul u l-infiq totali wriet defiċit ta’ €192.6 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern fi tmiem April 2023. Meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, kien hemm tnaqqis ta’ €196.4 miljun fid-defiċit. Din id-differenza tirrifletti żjieda fid-Dħul Rikorrenti Totali (€295.6 miljun), li sa ċertu punt kienet ikkompensata minn żjieda fin-nefqa totali, li kienet magħmula min-Nefqa Rikorrenti (€73.9 miljun), mill-Imgħax (€11.2 miljun) u min-Nefqa Kapitali (€14.1 miljun) (Tabella nru 1).
Fl-aħħar taʼ April 2023, id-dejn tal-Gvern Ċentrali laħaq id-€9,163.0 miljun, żjieda taʼ €630.6 miljun meta mqabbel mal-2022. Iż-żjieda rreġistrata fl-Istokks tal-Gvern taʼ Malta (€781.2 miljun) kienet il-kontribut ewlieni għaż-żjieda fid-dejn. Aktar dejn kien irreġistrat ukoll fil-ħruġ tal-muniti tal-Euro fʼisem it-Teżor (€5.1 miljun). Din iż-żjieda fid-dejn kienet parzjalment impattija bit-tnaqqis fl-Istokks taʼ Tifdil 62+ tal-Gvern taʼ Malta (€99.9 miljun), il-Kambjali tat-Teżor (€20.0 miljun) u d-Dejn Barrani (€0.1 miljun). Finalment, investimenti akbar minn fondi tal-gvern fl-Istokks tal-Gvern ta’ Malta wasslu għal tnaqqis ta’ €35.6 miljun fid-dejn (Tabella nru 6).
fʼmiljuni tal-ewro
No Data Found
Jannar-April 2023
No Data Found
Jannar-April 2023
No Data Found
1. Data in this news release is compiled in order to provide users with regular up-to-date information on the Consolidated Fund of Government. Data are sourced as follows:
i. Revenue and Expenditure, and Public Debt Servicing → The Consolidated Fund, the transactions of which are consolidated at the Treasury.
ii. Central Government Debt (excluding EBUs and Local Councils) → Central Bank of Malta and the Treasury.
All allocations provided from the Consolidated Fund are either authorised by Parliament under an Appropriation Act, or are permanently appropriated by Parliament under other relevant legislation. On the other hand, the Treasury Clearance Fund contains all those funds and accounts the expenses in respect of which are initially defrayable out of public funds and are eventually repayable from the Consolidated Fund or other sources.
2. In this release Revenue and Expenditure categories are recorded in accordance with their presentation in the 2023 Financial Estimates.
3. This news release follows the guidelines set out in the European System of Accounts (ESA 2010) Manual on Government Deficit and Debt. Therefore, the difference between the recurrent revenue and expenditure as listed in Table 1 is essentially the cash-based position as far as the Central Government’s Consolidated Fund is concerned. In this respect, financial transactions, such as proceeds from loans, proceeds from sale of financial assets, and revenue from other accounts of Government are not taken into consideration. Likewise, direct loan repayments, contributions to sinking funds, acquisition of equity, as well as transfers into other accounts of Government, are excluded from the total expenditure.
4. The debt position includes the actual debt which is held by Government. On the other hand, any investments made by Government in its own funds are excluded from the total debt. As from December 2007, the Euro coins issued in the name of the Treasury are considered as a currency liability pertaining to the Central Government.
5. Data in this release are subject to revision. Any revisions to the data are carried out at the first opportunity and published accordingly in the subsequent news release.
6. The Enhanced Economic Governance package adopted by the European Parliament and Council in November 2011 included requirements on the collection and dissemination of fiscal data, through the Council Directive 2011/85/EU. The requirements in the government finance statistics domain included a methodological reconciliation table (showing the transition between monthly data used for national policy purposes and ESA-quarterly data used to produce national accounts and EU fiscal surveillance).
c. Other Government Finance Statistics data requirements.
7. Data on Government Expenditure by the Classification of Functions of Government (COFOG) classifies government expenditure data by the purpose for which the funds are used. COFOG data in Table 3 refers to the total expenditure of the Consolidated Fund and is not fully consistent with the General Government sector expenditure by function in ESA 2010 methodology, that is compiled by NSO on an annual basis with a delay of one year. The functions are in line with the COFOG classifications as published in the Government Finance Statistics Manual 2001 (ISBN 1-58906-061-X).
8. Tables 4 and 5 present the Consolidated Fund year to date in ESA 2010 codes according to the EU Council Directive 85/2011 requirements.
9. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical Concepts
Statistical Database
10. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced.
11. A detailed news release calendar is available online.