Home » Il-Prodott Domestiku Gross: L-Ewwel Kwart tal-2023
Fl-ewwel kwart tal-2023, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bi 3.1 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022.
Il-PDG deflator żdied b’5.8 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022. Dan jirrapreżenta tnaqqis ta’ 0.3 punti perċentwali mir-rata mkejla fl-aħħar kwart tas-sena 2022.
2022Q1 | 2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | ||
Gross domestic product (nominal) | € 000's | 3,941,975 | 4,197,860 | 4,423,285 | 4,359,476 | 4,300,749 |
Gross national income (nominal) | € 000's | 3,689,810 | 3,844,800 | 4,069,963 | 4,009,154 | 4,046,779 |
Gross domestic product (deflator) | 2015=100 | 115.5 | 118.7 | 120.4 | 120.5 | 122.2 |
Gross domestic product per capita (nominal) | € | 7,517 | 7,955 | 8,306 | 8,102 | 7,928 |
Gross national income per capita (nominal) | € | 7,036 | 7,286 | 7,642 | 7,451 | 7,460 |
rati taʼ tkabbir, fʼtermini reali, sena għal sena
No Data Found
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Fl-ewwel kwart tal-2023, il-VMG kiber bi 3.7 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022.
Il-kontribut tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) u tal-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) għall-VMG f’termini reali kien wieħed pożittiv b’figuri ta’ 3.4 punti perċentwali u 0.3 punti perċentwali, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellhom sehem negattiv taʼ 0.1 punti perċentwali.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għal dawn l-oqsma: l-Attivitajiet taʼ servizzi amministrattivi u taʼ sostenn (15.4 fil-mija), l-Attivitajiet taʼ akkomodazzjoni u ta’ servizzi tal-ikel (43.4 fil-mija) u l-Informazzjoni u komunikazzjoni (5.9 fil-mija).
rati taʼ tkabbir, fʼtermini reali, sena għal sena
No Data Found
2022Q1 | 2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | ||
Gross value added | pp | 8.3 | 9.9 | 7.5 | 6.1 | 3.4 |
Agriculture & fishing | pp | 0.1 | 0.3 | -0.2 | 0.1 | -0.1 |
Industry | pp | -0.3 | 0.0 | 0.7 | 1.1 | 0.3 |
Services | pp | 8.5 | 9.5 | 7.0 | 4.9 | 3.1 |
Taxes less subsidies on products | pp | 0.0 | -0.3 | -1.8 | -1.0 | -0.2 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem negattiv taʼ 2.2 punti perċentwali fuq it-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Għall-kuntrarju, id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 5.4 punti perċentwali.
Fl-ewwel kwart tal-2023, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bi 2.5 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut kemm għal żidied tal-Konsum finali privat kif ukoll tal-Gvern ġenerali b’rati taʼ 3.2 fil-mija u 1.1 fil-mija, rispettivament.
Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross naqset bʼ16.5 fil-mija fʼtermini reali. Dan it-tnaqqis hu attribwit l-aktar għal anqas investiment fit-tagħmir tat-Trasport.
L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi, fʼtermini reali, niżlu bi 3.0 fil-mija u bʼ6.6 fil-mija, rispettivament.
rati taʼ tkabbir, fʼtermini reali, sena għal sena
No Data Found
2022Q1 | 2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | ||
Final consumption expenditure | pp | 4.5 | 8.0 | 3.6 | 2.6 | 1.5 |
Private | pp | 4.8 | 5.7 | 3.4 | 2.9 | 1.3 |
Government | pp | -0.3 | 2.3 | 0.2 | -0.3 | 0.2 |
Gross capital formation | pp | 4.2 | 4.2 | 6.6 | 8.3 | -3.8 |
Fixed assets | pp | 4.7 | 4.2 | 6.5 | 8.3 | -3.8 |
Inventories and valuables | pp | -0.4 | 0.0 | 0.1 | 0.1 | 0.0 |
Exports of goods and services | pp | 13.7 | 12.0 | 14.6 | 2.3 | -5.1 |
Imports of goods and services | pp | 14.2 | 14.7 | 19.3 | 8.2 | -10.5 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mal-ewwel kwart tal-2022, iż-żieda taʼ €358.8 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula minn żidiet ta’ €149.4 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, €117.3 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross, u €92.1 miljun fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
rati taʼ tkabbir, fʼtermini nominali, sena għal sena
No Data Found
2022Q1 | 2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | ||
Compensation of employees | pp | 3.6 | 4.5 | 3.9 | 5.4 | 3.8 |
Agriculture & fishing | pp | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
Industry | pp | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.5 |
Services | pp | 3.2 | 4.1 | 3.4 | 5.0 | 3.2 |
Gross operating surplus and mixed income | pp | 7.6 | 9.0 | 8.4 | 7.1 | 3.0 |
Taxes less subsidies on production | pp | 0.9 | 2.1 | -0.4 | -0.9 | 2.3 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Id-DNG f’termini nominali għall-ewwel kwart tal-2023 huwa stmat li jammonta għal €4.0 biljun.
Ir-reviżjonijiet li ġejjin
It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (Supply and Use Tables) għas-sena 2018 se jiġu integrati fil-PDG, kemm f’termini nominali kif ukoll reali, fl-istqarrija li jmiss li se toħroġ fid-29 ta’ Awwissu 2023. Dawn iċ-ċifri se jkunu riveduti għall-perjodu bejn l-ewwel kwart tal-2018 u l-ewwel kwart tal-2023.