HBS FAQs

L-Istħarriġ tal-Infiq tad-Djar: FAQs

DWAR L-ISTĦARRIĠ
Għal xiex jiswaʼ l-Istħarriġ dwar l-Infiq tad-Djar (HBS)?

L-HBS huwa mmexxi mill-NSO maʼ djar privati fʼMalta u Għawdex. Dan l-istħarriġ jgħinna nifhmu kif intom tonfqu, tfaddlu, u tikkunsmaw. Billi taqsmu magħna d-drawwiet tal-infiq tagħkom tkunu qed tgħinu biex isiru deċiżjonijiet siewja dwar il-ħarsien soċjali u t-tkabbir ekonomiku.

Għan ewlien tal-HBS huwa l-aġġornament tal-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI), li jkejjel it-tibdil fil-prezzijiet u l-effett tal-inflazzjoni fuq il-baġits tal-familji. Ir-riżultati huma meħtieġa għall-ippjanar, il-politika, u monitoraġġ.

Id-djar sa jkunu mitlubin jagħtu tagħrif dwar l-għamla, id-demografija, l-impjiegi, id-dħul, l-infiq, l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet tal-akkomodazzjoni, l-oġġetti tal-konsum li jservu fit-tul (bħalma huma l-vetturi), u oġġetti oħra finanzjarji u taʼ nfiq tad-dar. Id-data sa tkun miġbura bi kwestjonarju ewlieni u djarju taʼ ġimagħtejn.

Fʼkaż taʼ diffikultà, inti ġentilment mitlub tfittex l-għajnuna mingħand l-Intervistatur mogħti lid-dar tiegħek. Jekk tkun teħtieġ aktar għajnuna, tistaʼ tkellem lit-Taqsima tal-Ġbir tad-Data bʼemail [email protected] jew telefown 25997380 (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-09:00 sat-15:00).

Il-Parteċipazzjoni hija taʼ bilfors?

Iva. Il-parteċipazzjoni fl-HBS hija taʼ bilfors kif stipulat bl-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika taʼ Malta, 2000.

Il-parteċipanti tal-HBS huma magħżulin bil-polza. Dawn huma djar privati li huma magħmulin minn membri li jkollhom status taʼ resident (li jgħixu, jew għandhom ir-rieda li jgħixu, Malta għall-perjodu taʼ mill-inqas 12-il xahar). 

Djar fil-kampjun sa jirċievu ittra uffiċjali li tgħarrafhom li jkunu ngħażlu biex jieħdu sehem. Barra minn hekk, wieħed mill-Intervistaturi tagħna sa jikkuntattjakom biex jagħtikom tagħrif dwar l-istħarriġ u jagħmel appuntament magħkom biex imexxih.

Kull dar sa tkun mogħtija żewġ djarji, li jkopru perjodu taʼ ġimagħtejn, li fihom jitniżżel l-infiq regolari. L-intervistatur mogħti lil dar partikulari għandu jagħtiha t-tagħrif kollu meħtieġ dwar kif għandhom jimtlew dawn id-djarji. Huwa fʼidejn id-dar li tara lil min sa tafda biex timla u tagħti t-tagħrif meħtieġ.

Il-parteċipazzjoni mhix imsejsa fuq iċ-ċittadinanza, imma fuq l-istatus taʼ residenza. Id-data sa tkun mitluba mingħand djar privati li jingħażlu bil-polza, li l-membri tagħhom ikollhom status taʼ residenti (li jgħixu, jew għandhom ir-rieda li jgħixu, Malta għall-perjodu taʼ mill-inqas 12-il xahar).

Id-data sa tinġabar bi kwestjonarju ewlieni u djarju taʼ ġimagħtejn.

Wieħed mill-Intervistaturi tagħna sa jikkuntattja lid-dar biex jagħti tagħrif dwar l-istħarriġ u jagħmel appuntament magħkom. Fl-ewwel viżta, l-Intervistatur jagħti żewġ djarji lid-dar, wieħed għal kull ġimgħa taʼ riferenza, u jfissrilkom kif għandhom jimtlew. Id-djarji huma mistennija jimtlew mill-membri tad-dar, għad illi l-intervistaturi sa jgħinu lid-djar skont il-ħtieġa. L-Intervistatur mogħti lid-dar tagħkom sa jżurkom għat-tieni darba biex jara li d-djarju jkun qed jimtela sewwa u jagħmlilkom il-kwestjonarju ewlieni. L-Intervistatur sa jżurkom għat-tielet darba, fi tmiem il-perjodu taʼ ġimagħtejn, biex jiġbor id-djarji.

Matul il-ġbir tad-data għall-kwestjonarju ewlieni, li sa jimtela mill-Intervistaturi, id-djar sa jkunu mitluba jagħtu tagħrif dwar l-għamla, id-demografija, l-impjiegi, id-dħul, l-infiq, l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet tal-akkomodazzjoni, l-oġġetti tal-konsum li jservu fit-tul (bħalma huma l-vetturi), u oġġetti oħra finanzjarji u taʼ nfiq tad-dar tagħhom.

Fid-djarji, id-djar parteċipanti huma mitlubin jirrappurtaw l-infiq tagħhom ġurnata bʼġurnata, u nfiq ieħor li jinqalaʼ, fuq perjodu taʼ ġimagħtejn. L-għan ewlien tad-djarji huwa li jinġabar it-tagħrif tal-prodott bħall-prezz, il-kwantità fiżika, u l-postijiet tax-xiri. Id-djar parteċipanti għandhom iniżżlu x-xiri kollu tal-jum fid-djarji matul il-perjodu taʼ ġimgħatejn li jibda fl-ewwel Tnejn tal-perjodu taʼ riferenza. Għal dan il-għan, is-sena li matulha qed isir dan l-istħarriġ hija maqsuma fʼperjodi taʼ ġimagħtejn. Bʼhekk, kull ġimgħa, grupp taʼ djar sa jkun qed jibda l-biċċa xogħol tiegħu filwaqt li grupp ieħor ikun qed itemma.

Jekk jogħġobkom, evitaw l-użu taʼ likwidu taʼ korrezzjoni. Fʼkaż taʼ entraturi ħżiena fid-djarju, bħal oġġetti li jitniżżlu ħażin (jew fil-jum ħażin jew fit-taqsima, jew żbalji fid-deskrizzjoni, il-prezz, il-kwantità, jew il-piż), l-entratura l-ħażina għanda tinqataʼ u titniżżel l-entratura t-tajba kif imiss.

Bħala apprezzament tal-ħin u r-responsabbiltà li d-djar parteċipanti jkunu ħadu biex jagħtu t-tagħrif mitlub, huma sa jingħataw €50.

Kif ħa tkun imħarsa d-data tiegħi?
Il-ħarsien tad-data hija prijorità għall-NSO. Id-data kollha miġbura sa tintuża biss għall-ħtiġijiet tal-istatistika uffiċjali u sa tkun imħarsa skont il-politiki interni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea. Barra minn hekk, id-data tinxtered u tkun ippubblikata f’forma aggregata mingħajr riskju ta’ identifikazzjoni tad-dar jew tal-individwu. L-istaff tal-NSO u l-intervistaturi kollha tal-istħarriġ jingħataw ġurament ta’ segretezza. Barra minn hekk, l-aċċess għad-data huwa fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien u għalhekk il-ħaddiema tal-NSO m’għandhomx aċċess għad-data tal-unitajiet domestiċi.

 

Jekk ikollok dubju, inti tistaʼ titlob lill-Intervistatur biex jaqralek in-numru taʼ riferenza li jidher fl-ittra uffiċjali li tkun irċevejt. Barra minn hekk, inti tistaʼ tkellem lit-Taqsima tal-Ġbir tad-Data bit-telefown fuq 25997380 (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-09:00 sat-15:00) biex tivverifika s-sors taʼ min ikun ċempillek.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.