Home » Il-Prodott Domestiku Gross: It-Tieni Kwart tal-2023
Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) għat-tieni kwart tal-2023 jinkludi reviżjoni ad hoc fl-istatistika tal-kontijiet nazzjonali. Reviżjonijiet ad hoc jirriżultaw l-aktar mill-inkorporazzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ dejta li jieħdu post l-istimi li jkun hemm b’ċifri aktar b’saħħithom, u titjib fil-metodoloġija, li jista’ jwassal għal tibdiliet aktar sinifikanti minn dawk li jsiru waqt reviżjoni ta’ rutina. Ir-riżultati tal-2018 huma definittivi sa ma ssir reviżjoni tal-parametri referenzjarji.
Minħabba dawn it-tibdiliet, mhux possibli li wieħed iqabbel l-istatistika f’din il-pubblikazzjoni ma’ dik ippublikata qabel.
Fit-tieni kwart tal-2023, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija kiber bi 3.9 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022.
Il-PDG deflator żdied b’5.6 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022. Dan jirrapreżenta tnaqqis ta’ 0.1 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata mkejla fl-ewwel kwart tal-2023.
2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | 2023Q2 | ||
Gross domestic product (nominal) | € 000's | 4,293,967 | 4,499,250 | 4,435,704 | 4,422,667 | 4,710,870 |
Gross national income (nominal) | € 000's | 3,880,546 | 4,072,913 | 3,963,217 | 4,097,927 | 4,278,619 |
Gross domestic product (deflator) | 2015=100 | 118.1 | 120.1 | 120.3 | 121.4 | 124.8 |
Gross domestic product per capita (nominal) | € | 8,137 | 8,449 | 8,244 | 8,152 | 8,662 |
Gross national income per capita (nominal) | € | 7,354 | 7,648 | 7,366 | 7,554 | 7,867 |
growth rates, volume terms, year-on-year
No Data Found
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Matul it-tieni kwart tal-2023, il-VMG kiber b’5.2 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022.
Il-kontribut tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) u tal-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali, kien wieħed pożittiv ta’ 4.0 punti perċentwali u 1.3 punti perċentwali, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellhom sehem negattiv taʼ 0.1 punti perċentwali.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Attivitajiet taʼ servizzi amministrattivi u taʼ sostenn (25.4 fil-mija), l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (15.4 fil-mija) u l-Attivitajiet taʼ akkomodazzjoni u ta’ servizzi tal-ikel (21.8 fil-mija).
growth rates, volume terms, year-on-year
No Data Found
Note: Contributions may not add up due to rounding.
2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | 2023Q2 | ||
Gross value added | p.p. | 10.1 | 6 .8 | 6.4 | 5.1 | 4.8 |
Agriculture & fishing | p.p. | 0.3 | -0.2 | 0.0 | -0.1 | -0.1 |
Industry | p.p. | -0.1 | 0.6 | 1.1 | 0.5 | 1.2 |
Services | p.p. | 9.9 | 6.4 | 5.3 | 4.7 | 3.7 |
Taxes less subsidies on products | p.p. | -0.2 | -2.1 | -1.1 | -0.2 | -1.0 |
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem negattiv taʼ 2.7 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Għall-kuntrarju, id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 6.6 punti perċentwali.
Fit-tieni kwart tal-2023, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bi 2.9 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żieda taʼ 5.9 fil-mija tal-Konsum finali privat. Il-konsum finali tal-Gvern Ġenerali naqas bi 3.8 fil-mija.
Il-Formazzjoni tal-kapital fiss gross naqset bi 18.3 fil-mija fʼtermini reali. Dan it-tnaqqis hu attribwit l-aktar għal anqas investiment fit-tagħmir tat-Trasport.
L-esportazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi, fʼtermini reali, żdiedet bi 2.5 fil-mija, filwaqt li l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi naqset bʼ1.6 fil-mija.
growth rates, volume terms, year-on-year
No Data Found
2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | 2023Q2 | ||
Final consumption expenditure | p.p. | 7.5 | 3.4 | 2.6 | 3.7 | 1.8 |
Private | p.p. | 5.4 | 3.1 | 3.0 | 3.3 | 2.5 |
Government | p.p. | 2.1 | 0.2 | -0.4 | 0.4 | -0.7 |
Gross capital formation | p.p. | 4.6 | 6.8 | 8.7 | -3.8 | -4.5 |
Fixed assets | p.p. | 4.6 | 6.7 | 8.7 | -3.9 | -4.5 |
Inventories and valuables | p.p. | 0.0 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 |
Exports of goods and services | p.p. | 12.0 | 15.5 | 1.6 | -2.6 | 4.2 |
Imports of goods and services | p.p. | 14.2 | 20.9 | 7.7 | -7.8 | -2.3 |
Note: Contributions may not add up due to rounding.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mat-tieni kwart tal-2022, iż-żieda taʼ €416.9 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet dovuta l-aktar għal żidiet ta’ €135.4 miljun fil-Kumpens tal-impjegati u €285.3 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross. Minn naħa l-oħra, ġie rreġistrat tnaqqis taʼ €3.8 miljuni fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
growth rates, nominal terms, year-on-year
No Data Found
2022Q2 | 2022Q3 | 2022Q4 | 2023Q1 | 2023Q2 | ||
Compensation of employees | p.p. | 4.4 | 3.8 | 5.5 | 4.7 | 3.2 |
Agriculture & fishing | p.p. | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
Industry | p.p. | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.5 | 0.4 |
Services | p.p. | 4.0 | 3.3 | 5.1 | 4.1 | 2.7 |
Gross operating surplus and mixed income | p.p. | 9.2 | 7.7 | 7.3 | 4.8 | 6.6 |
Taxes less subsidies on production | p.p. | 2.4 | -0.4 | -1.1 | 1.6 | -0.1 |
Note: Contributions may not add up due to rounding.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Id-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Id-DNG f’termini nominali għat-tieni kwart tal-2023 huwa stmat li ammonta għal €4,278.6 miljun, żieda ta’ €398.1 miljun jew 10.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022.
Aġġornamenti
Informazzjoni ġdida dwar ir-Rata ta’ Referenza Interna (IRR) ġiet użata għall-kalkolu tas-Servizzi ta’ Intermedjazzjoni Finanzjarja Mkejla Indirettament (FISIM). Dan wassal għal reviżjonijiet fil-PDG, fl-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni mill-aspett tal-produzjoni u fin-nefqa tal-konsum finali tal-individwi, f’żewġ oqsma: l-Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra u l-Oġġetti u servizzi mixxellanji.
Aktar tagħrif dwar din ir-reviżjoni ad hoc tinsab hawn: https://nso.gov.mt/wp-content/uploads/Press-information-notice-GDP.pdf
F’Settembru tal-2023, it-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (Supply and Use Tables) tal-2018 se jittellgħu fil-ħolqa li ġejja, kemm f’termini nominali kif ukoll f’termini reali: https://nso.gov.mt/national_accounts/
Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) għat-tieni kwart tal-2023 jinkludi reviżjoni ad hoc fl-istatistika tal-kontijiet nazzjonali. Reviżjonijiet ad hoc jirriżultaw l-aktar mill-inkorporazzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ dejta li jieħdu post l-istimi li jkun hemm b’ċifri aktar b’saħħithom, u titjib fil-metodoloġija, li jista’ jwassal għal tibdiliet aktar sinifikanti minn dawk li jsiru waqt reviżjoni ta’ rutina. Ir-riżultati tal-2018 huma definittivi sa ma ssir reviżjoni tal-parametri referenzjarji.
Minħabba dawn it-tibdiliet, mhux possibli li wieħed iqabbel l-istatistika f’din il-pubblikazzjoni ma’ dik ippublikata qabel.
1. The Gross Domestic Product for the second quarter of 2023 has been subject to an ad-hoc revision in national accounts data. Ad hoc revisions result mostly from the incorporation of new data sources to replace past estimates with more robust figures, and methodological improvements, which may cause more significant changes than those carried out in routine revisions. The results of 2018 are now considered definitive until the next benchmark revision.
Due to these modifications, it is not possible to compare the data in this news release with figures previously published.