Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April tal-2023
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: April tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼApril tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €480.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €360.4 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €776.6 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet il-€296.6 miljun. Dan juri żieda taʼ €88.7 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €30.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żieda ewlenija fil-valur tal-importazzjoni kienet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€52.5 miljun), filwaqt li t-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€28.4 miljun). (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-April tal-2023
Fl-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€194.7 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq l-€1,174.0 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ€154.0 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bʼ€40.7 miljun sabiex ammontaw għal €2,551.4 miljun u €1,377.4 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€89.4 miljun), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€24.1 miljun), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€22.9 miljun), fl-Oġġetti semi-manifatturati (€22.7 miljun), u fl-Ikel (€22.2 miljun). Min-naħa tagħhom, dawn kienu parzjalment ikkompensati bi tnaqqis fil-Kimika (€28.7 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€65.2 miljun), u fil-Kimika (€35.8 miljun) li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€50.6 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (48.8 fil-mija) u mill-Asja (22.5 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (36.6 fil-mija) u l-Asja (16.0 fil-mija). Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati minn Franza (€102.2 miljuni) u mill-Greċja (€96.4 miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€148.0 miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€91.7 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: April tal-2023
FʼApril, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €204.4 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €161.7 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €414.5 miljun u €210.1 miljuni, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 11.2 fil-mija fl-ewwel waħda u tnaqqis taʼ 0.5 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-April tal-2023
Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€131.9 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq is-€666.4 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bi 11.1 fil-mija u bi 3.2 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €1,615.9 miljun u €949.5 miljun (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
April 2023
No Data Found
April 2023
No Data Found