Home » International Trade in Goods » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Lulju tal-2023
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Lulju tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼLulju tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €410.7 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €817.3-il miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €775.3 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €364.6 miljun. Dan juri tnaqqis kemm fl-importazzjoni u kemm fl-esportazzjoni, li kien taʼ €412.3 miljun u l-€5.6 miljuni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fl-importazzjoni kien l-aktar minħabba l-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€319.1-il miljun) u l-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€79.5 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€68.7 miljun), li kien sa ċertu punt ibbalanċjat bʼżieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€69.8 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Lulju tal-2023
Fl-ewwel sebaʼ xhur tas-sena, id-defiċit fil-kummerċ sħiħ tal-merkanzija ċkien bʼ€537.0 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq l-€2,288.1 miljun. L-importazzjoni ammontat għal €4,755.1 miljun filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€2,467.1 miljun. Dawn jirrapreżentaw tnaqqis taʼ €561.3 miljun u €24.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Importazzjoni anqas dehret fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€386.6 miljun), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€238.8 miljun), u fil-Kimika (€35.6 miljun), li kienu sa ċertu punt ibbilanċjati bʼżidiet fl-Ikel (€48.1 miljun) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€40.1 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisa ewliena kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€167.6 miljun). Din kienet parzjalment ikkompensata bʼżieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€158.3 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (51.5 fil-mija) u mill-Asja (21.1 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (39.1 fil-mija) u l-Asja (14.6 fil-mija). Minn fost il-pajjiżi ewlenin li Malta importat mingħandhom fix-xahar li qed jiġi mifli, l-akbar żieda kienet irreġistrata mir-Renju Unit (€134.4 miljun), filwaqt li l-akbar tnaqqis kien dak ġej mill-Italja (€142.8 miljun). L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€261.5 miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€155.3 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Lulju tal-2023
FʼLulju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi kapitli speċifiċi kien jgħodd €243.7 miljun, kważi fl-istess ilma taʼ dak li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €458.2 miljun u €214.5-il miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 1.6 fil-mija fl-ewwel waħda u żieda taʼ 3.4 fil-mija fit-tieni waħda, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Lulju tal-2023
Fl-ewwel sebaʼ xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi kapitli speċifiċi twessaʼ bʼ€172.3 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€1,375.7 miljun. L-importazzjoni u l-esportazzjoni żdiedu bʼ9.1 fil-mija u bʼ5.1 fil-mija, rispettivament, sabiex laħqu t-€3,027.1 miljun u l-€1,651.4 miljun (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Lulju 2023
No Data Found
Lulju 2023
No Data Found
1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.