News Releases

Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu tal-2023
NR 080/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Mejju 2023
Cut-Off Date: 01 taʼ Mejju 2023
Ċifri proviżorji tal-kummerċ tal-merkanzija għal Marzu tal-2023 wrew defiċit kummerċjali taʼ €188.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit kummerċjali taʼ €237.1 fl-istess xahar tal-2022.

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Marzu tal-2023

 It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMarzu tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €188.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €237.1 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €537.5 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€349.2 miljun. Dan juri tnaqqis kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni taʼ €50.3 miljun u €1.5 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fil-valur tal-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-Tagħmir tat-Trasport (€79.1 miljun), li kien sa ċertu punt ikkompensat bʼżidiet fl-Ikel (€20.2 miljun), u l-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€13.8-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€24.4 miljun), u fil-Kimika (€15.2-il miljun), li kienu sa ċertu punt ikkompensati bʼżidiet fl-Ikel (€20.7 miljun), u Oġġetti Mixxellanji tal-Manifattura (€15.1-il miljun) (Tabella nru 3).

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Marzu tal-2023

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€106.8 miljuni meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq is-€722.4 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ€89.1 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bi €17.7-il miljun sabiex ammontaw għal €1,794.6 miljun u €1,072.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fl-Ikel (€37.8 miljun), fl-Oġġetti Mixxellanji tal-Manifattura (€17.1-il miljun), u fil-Kimika (€17.0-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu rreġistrati fil-Kimika (€43.8 miljun), u fil-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€36.8 miljun), li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżieda fil-Makkinarju u t-Tagħmir tat-Trasport (€50.9 miljun) (Tabella nru 3).

Ċart 1. Il-Kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ Kull Tliet Xhur

No Data Found

Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (51.6 fil-mija) u mill-Asja (22.9 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (35.7 fil-mija) u l-Asja (22.9 fil-mija).  Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati mar-Renju Unit (€70.3 miljun) u l-Iżrael (€24.1 miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€118.9-il miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€66.8 miljun) (Tabella nru 4).

Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Marzu tal-2023

FʼMarzu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €145.5 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €142.6 miljun li kienu rreġistrati fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €401.4 miljun u €255.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk urew żidiet taʼ 7.3 fil-mija u 10.5 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).

Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Marzu tal-2023

Fl-ewwel tliet xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€121.2 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€490.6 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bi 13.4 fil-mija u bi 3.2 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €1,221.4 miljun u €730.8 miljun (Tabella nru 1).

 

1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.

Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.

Chart 2. Trade in Goods excluding specific chapters1 - Quarterly

No Data Found

Chart 3. Percentage change of Trade in Goods

Over the corresponding month of the previous year

No Data Found

Chart 4. Percentage distribution of total Trade in Goods by major commodity group

March 2023

No Data Found

Chart 5. Percentage distribution of Trade in Goods excluding specific chapters1 by continent/region

March 2023

No Data Found

1 Data excluding Mineral oils, fuels and products (Chapter 27), Aircrafts/spacecrafts and parts thereof (Chapter 88) and Ships, boats and floating structures (Chapter 89). See methodological note 8. Note: Totals may not add up due to rounding.

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. Figures presented in this news release are based on register data available as at the cut-off date printed on the front page of this release. These are provisional figures based on information provided by traders and customs declarations on a monthly basis. Regular revisions to monthly and annual trade data may be carried out on a regular basis or as deemed necessary. No estimations are included in these figures to compensate for late or non-response by traders or late documentation of customs declarations.
2. Data in this release are based on:
  • The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 131 of 2004, and
  • The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
3. The Intrastat Supplementary Declaration for the collection of data on trade in goods between the Member States of the EU replaced the Customs Declaration as from 1 May 2004. The requirements of the Supplementary Declaration, which at EU level were introduced as from 1 January 1993, are similar in all the Member States of the EU.
4. As from May 2004, with the introduction of the Intrastat Supplementary Declaration as the source document for trade statistics, it was no longer possible to disaggregate total exports into domestic exports and re-exports.
5. The ‘Balance of Trade’ is the difference between a country’s exports and imports. A country has a trade deficit if it imports more than it exports; the opposite scenario signifies a trade surplus.
6. National concepts differ from the harmonised methodology used by Eurostat, leading to differences between figures in this release and those published by Eurostat. Malta uses the “General Trade” system for dissemination purposes in line with UN recommendations. On the other hand, monthly data sent to Eurostat for both Intra-EU and Extra-EU are compiled according to the “Special Trade” methodology. A more detailed explanation of these two concepts can be found in the “Statistical Concepts” link below (see point 14).
7. i. Up to 31 December 2014, the euro area (Trading Partners) included Austria, Belgium, Cyprus, Estonia, Finland, France, Germany, Greece, Ireland, Italy, Latvia (from 2014), Luxembourg, the Netherlands, Portugal, Slovakia, Slovenia and Spain. From 1 January 2015, the euro area also includes Lithuania. Trade data for Lithuania is included with the euro area data as from reference month January 2015.
ii. The EU (Trading Partners) include Austria, Belgium, Bulgaria, Croatia (from July 2013), Cyprus, Czech Republic (Czechia), Denmark, Estonia, Finland, France, Germany, Greece, Hungary, Ireland, Italy, Latvia, Lithuania, Luxembourg, the Netherlands, Poland, Portugal, Romania, Slovakia, Slovenia, Spain and Sweden. As of 1 February 2020, the United Kingdom is no longer part of the EU. The transition period that was in place – during which nothing changed – ended on 31 December 2020.
For reference periods February 2020 onwards, monthly news releases having a country breakdown will carry EU data excluding the United Kingdom. Users are advised to use data with caution when making comparisons since this will result in discrepancies, unless United Kingdom information is removed from previous figures.
iii. As from 1 January 2021, following the Withdrawal Agreement (Brexit) between the United Kingdom and the EU, Northern Ireland is to be considered as part of the EU for International Trade purposes.
iv. EFTA (European Free Trade Association) countries comprise Iceland, Liechtenstein, Norway and Switzerland.
8. As from the publication relating to the January 2021 reference period, the format of the news release changed. The main enhancement was the reporting of statistics which exclude specific chapters, namely Mineral fuels, oils and products (Chapter 27), Aircrafts/spacecrafts and parts thereof (Chapter 88) and Ships, boats and floating structures (Chapter 89). These are categories which are dominated by one-off transactions that could weigh heavily on the overall headline figures. Therefore, while the official figures remain those for total trade, data excluding these specific chapters is, in many cases, more suitable to analyse underlying economic trends.
9. In January 2022, the Office launched an exercise aimed at enhancing the coverage, and thus reliability, of trade in goods data. This involved using an administrative source, in particular VAT data, to crosscheck existing data. Contact was made with traders, reminding them of their legal obligation to record intra-EU trade in the Intrastat system, which is resulting in the narrowing of data gaps. To provide users with consistent time series data, whenever possible, data extending back to 2013 is being requested. This process, which is still ongoing, is likely to lead to larger revisions than usual in the short term.
10. As from the reference period January 2021, data in Table 3 is based on the Standard International Trade Classification (SITC) Rev.4.
11. As from the reference period January 2021, the Caribbean and the Bahamas Islands are included under North and Central America.
12. The percentage change for the Balance of Trade between the current month (y) and the corresponding month of the previous year (x), is worked using the formula ((y-x)/abs(x))*100. A negative percentage change in the Balance of Trade means that it has widened (deteriorated), while a positive percentage change means that the Balance of Trade has narrowed (improved).
13. More detailed and disaggregated data not appearing in this release is available in the excel version of this release or upon request from the NSO.
14. More information relating to this news release may be accessed at:
15. References to this news release are to be cited appropriately.
16. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
17. A detailed news release calendar is available online.
18. For more information on International Trade in Goods visit the International Trade section on the website.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu tal-2023
NR 080/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Mejju 2023
Cut-Off Date: 01 taʼ Mejju 2023
Logistics,And,Transportation,Of,Container,Cargo,Ship,And,Cargo,Plane
  • FʼMarzu tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €188.3 miljun.
  • FʼMarzu tal-2023, l-importazzjoni naqset bʼ€50.3 miljun u l-esportazzjoni naqset bʼ€1.5 miljun.
  • Fl-ewwel tliet xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €925.6 miljun (51.6% tal-importazzjoni kollha).
  • L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Marzu 2023 irreġistrat żieda ewlenija mir-Renju Unit (€70.3 miljun) u tnaqqis ewlieni minn Iżrael (€24.1 miljun).
  • Min-naħa l-oħra, fl-ewwel tliet xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€118.9-il miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€66.8 miljun).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content