News Releases

Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju tal-2023
NR 118/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Lulju 2023
Data tal-Għeluq: 01 taʼ Lulju 2023
Ċifri proviżorji tal-kummerċ tal-merkanzija juru li, fʼMejju tal-2023, kien irreġistrat defiċit kummerċjali taʼ €334.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €468.5 miljun tal-istess xahar fl-2022.

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Mejju tal-2023 

It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMejju tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €334.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €468.5 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €693.9 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€359.7 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €127.8 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €6.4 miljuni fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fil-valur tal-importazzjoni kienet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€103.8 miljuni), filwaqt li ż-żieda ewlenija kienet irreġistrata fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€9.8 miljuni), fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (€9.4 miljuni), u fil-Makkinarju u tagħmir tat-trasport (€3.6 miljuni), li min-naħa tagħhom, kienu parzjalment ikkumpensati minn tnaqqis fil-Kimiċi (€16.5-il miljun) (Tabella nru 3).

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Mejju tal-2023

Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€61.3 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq l-€1,509.7 miljuni. L-importazzjoni żdiedet bʼ€40.8 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bʼ€20.5 miljun sabiex ammontaw għal €3,261.7 miljun u €1,752.0 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (€31.2 miljun), fl-Ikel (€26.1 miljun), fl-Oġġetti semi-manifatturati (€16.5-il miljun), li min-naħa tagħhom, dawn kienu parzjalment ikkompensati bi tnaqqis fil-Kimika (€37.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€54.6 miljun), u fil-Kimika (€42.8 miljun) li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżidiet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€57.2 miljun) u fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (24.1 miljun) (Tabella nru 3).

Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar

No Data Found

Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (49.5 fil-mija) u mill-Asja (21.3 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (36.7 fil-mija) u l-Asja (15.2 fil-mija).  Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati mir-Renju Unit (€136.7 miljun) u mill-Kanada (€111.6-il miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€190.3 miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€118.0-il miljun) (Tabella nru 4).

Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Mejju tal-2023

FʼMejju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €191.9 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €221.3 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. Fil-valur taʼ €426.6 miljun, l-importazzjoni naqset bʼ6.0 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ0.8 fil-mija sabiex laħqet il-€234.6 miljun, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).

Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Mejju tal-2023

Fl-ewwel ħames xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€105.3 miljuni meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq it-€861.7 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bʼ7.8 fil-mija u bi 3.8 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €2,058.7 miljun u €1,197.0 miljun (Tabella nru 1).

Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Data taʼ kull xahar

No Data Found

Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija

Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel

No Data Found

Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti

Mejju 2023

No Data Found

Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun

Mejju 2023

No Data Found

1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.

Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. Figures presented in this news release are based on register data available as at the cut-off date printed on the front page of this release. These are provisional figures based on information provided by traders and customs declarations on a monthly basis. Regular revisions to monthly and annual trade data may be carried out on a regular basis or as deemed necessary. No estimations are included in these figures to compensate for late or non-response by traders or late documentation of customs declarations.
 
2. Data in this release are based on:

i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and

ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

 3. The Intrastat Supplementary Declaration for the collection of data on trade in goods between the Member States of the EU replaced the Customs Declaration as from 1 May 2004. The requirements of the Supplementary Declaration, which at EU level were introduced as from 1 January 1993, are similar in all the Member States of the EU.
 
4. As from May 2004, with the introduction of the Intrastat Supplementary Declaration as the source document for trade statistics, it was no longer possible to disaggregate total exports into domestic exports and re-exports.
 
5. The ‘Balance of Trade’ is the difference between a country’s exports and imports. A country has a trade deficit if it imports more than it exports; the opposite scenario signifies a trade surplus.
 
6. National concepts differ from the harmonised methodology used by Eurostat, leading to differences between figures in this release and those published by Eurostat. Malta uses the “General Trade” system for dissemination purposes in line with UN recommendations. On the other hand, monthly data sent to Eurostat for both Intra-EU and Extra-EU are compiled according to the “Special Trade” methodology. A more detailed explanation of these two concepts can be found in the “Statistical Concepts” link below (see point 13).
 
7. i. The euro area (Trading Partners) include Austria, Belgium, Croatia (from January 2023), Cyprus, Estonia, Finland, France, Germany, Greece, Ireland, Italy, Latvia (from January 2014), Lithuania (from January 2015), Luxembourg, the Netherlands, Portugal, Slovakia, Slovenia and Spain.
 
ii. The EU (Trading Partners) include Austria, Belgium, Bulgaria, Croatia (from July 2013), Cyprus, Czech Republic (Czechia), Denmark, Estonia, Finland, France, Germany, Greece, Hungary, Ireland, Italy, Latvia, Lithuania, Luxembourg, the Netherlands, Poland, Portugal, Romania, Slovakia, Slovenia, Spain and Sweden. As of 1 February 2020, the United Kingdom is no longer part of the EU. The transition period that was in place – during which nothing changed – ended on 31 December 2020.
 
For reference periods February 2020 onwards, monthly news releases having a country breakdown will carry EU data excluding the United Kingdom. Users are advised to use data with caution when making comparisons since this will result in discrepancies, unless United Kingdom information is removed from previous figures.
 
iii. As from 1 January 2021, following the Withdrawal Agreement (Brexit) between the United Kingdom and the EU, Northern Ireland is to be considered as part of the EU for International Trade purposes.
 
iv. EFTA (European Free Trade Association) countries comprise Iceland, Liechtenstein, Norway and Switzerland.
 
8. As from the publication relating to the January 2021 reference period, the format of the news release changed. The main enhancement was the reporting of statistics which exclude specific chapters, namely Mineral fuels, oils and products (Chapter 27), Aircrafts/spacecrafts and parts thereof (Chapter 88) and Ships, boats and floating structures (Chapter 89). These are categories which are dominated by one-off transactions that could weigh heavily on the overall headline figures. Therefore, while the official figures remain those for total trade, data excluding these specific chapters is, in many cases, more suitable to analyse underlying economic trends.
 
9. In April 2023, the Office launched an exercise aimed at enhancing the coverage, and thus reliability, of trade in goods data. This involved using an administrative source, in particular VAT data, to crosscheck existing data. Contact was made with traders, reminding them of their legal obligation to record intra-EU trade in the Intrastat system, which is resulting in the narrowing of data gaps. To provide users with consistent time series data, whenever possible, data extending back to 2016 is being requested. This process, which is still ongoing, is likely to lead to larger revisions than usual in the short term.
 
10. As from the reference period January 2021, data in Table 3 is based on the Standard International Trade Classification (SITC) Rev.4.
 
11. As from the reference period January 2021, the Caribbean and the Bahamas Islands are included under North and Central America.
 
12. The percentage change for the Balance of Trade between the current month (y) and the corresponding month of the previous year (x), is worked using the formula ((y-x)/abs(x))*100. A negative percentage change in the Balance of Trade means that it has widened (deteriorated), while a positive percentage change means that the Balance of Trade has narrowed (improved).
 
13. More information relating to this news release may be accessed at:
 
 
14. References to this news release are to be cited appropriately.
 
15. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
 
16. A detailed news release calendar is available online.
 
17. For more information on International Trade in Goods visit the International Trade section on the website.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju tal-2023
NR 118/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Lulju 2023
Data tal-Għeluq: 01 taʼ Lulju 2023
Birzebbuga,,Malta,-,May,,2021:,Harbor,With,Cranes,,Ships,And
  • FʼMejju tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €334.1 miljun.
  • FʼMejju tal-2023, l-importazzjoni naqset bʼ€127.8 miljun u l-esportazzjoni żdiedet bʼ€6.4 miljuni.
  • Fl-ewwel ħames xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €1,615.6-il miljun (49.5 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
  • L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Mejju 2023 irreġistrat żieda ewlenija mir-Renju Unit (€136.7 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Kanada (€111.6-il miljun) (Tabella nru 4).
  • Min-naħa l-oħra, fl-ewwel ħames xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€190.3 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€118.0-il miljun) (Tabella nru 4).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content