Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Settembru tal-2023
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Settembru tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼSettembru tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €231.6 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €321.8 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €614.8-il miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €383.2 miljun. Dan juri tnaqqisiet taʼ €91.6 miljun u €1.4 miljun fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqisiet ewlenin fil-valur tal-importazzjoni kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€69.6 miljun) u fl-Ikel (€18.3-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€10.7-il miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€7.4 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Kimika (€8.7 miljuni), fl-Ikel (€4.9 miljuni), u fl-Oġġetti semi-manifatturati (€4.2 miljuni). (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Settembru tal-2023
Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija naqas bʼ€589.0 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq it- €3,121.5 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,348.1 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€3,226.5 miljun. Dan irrappreżenta tnaqqisiet taʼ €614.3-il miljun u €25.4 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). It-tnaqqis fl-importazzjoni kien irrekordjat l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€457.9 miljun), fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€146.4 miljun) u fil-Kimika (€76.3 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€37.9 miljun) u fl-Ikel (€27.9 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€176.6 miljun), fil-Kimika (€36.8 miljun) u fl-Oġġetti semi-manifatturati (€9.8 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€161.8 miljun), fl-Ikel (€20.1 miljun), u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€12.6-il miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (53.8 fil-mija) u mill-Asja (20.0 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (38.7 fil-mija) u l-Asja (14.4 fil-mija). L-akbar żieda ġiet mill-Ġermanja (€226.6 miljun), mentri l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€191.4 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€297.2 miljun), mentri dik lejn Franza kellha l-akbar tnaqqis (€165.0 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Settembru tal-2023
FʼSettembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €148.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €184.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €411.8-il miljun u €263.6 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 8.9 fil-mija fl-ewwel waħda u tnaqqis taʼ 1.3 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Settembru tal-2023
Fl-ewwel disa’ xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€115.1-il miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€1,744.6 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bʼ5.3 fil-mija u bi 3.9 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €3,906.1 miljuni u €2,161.5 miljun (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Settembru 2023
No Data Found
Settembru 2023
No Data Found
1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.