Home » L-Istħarriġ dwar in-Nefqa fuq l-Impjegati minn Min Iħaddem (LCS): 2020
Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tippreżenta dak li nstab fl-Istħarriġ dwar in-Nefqa fuq l-Impjegati minn Min Iħaddem (LCS). Dan l-istħarriġ, li jsir kull erba’ snin mal-intrapriżi, huwa mfassal biex jiġbor tagħrif dwar xʼjonfoq min iħaddem sabiex jimpjega l-ħaddiema (10+ impjegati). Minħabba li l-perjodu ta’ referenza huwa s-sena 2020, it-tagħrif f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet għandu jiġi interpretat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-perjodu ta’ riferenza, huwa stmat li 237,111-il impjegat fil-popolazzjoni mistħarrġa swew €5.5 biljun, bi spiża medja ta’ €1.6 miljun għal kull intrapriża (Tabella nru 3).
Bʼkollox, meta ma jkunux magħdudin l-apprendisti, n-nefqa medja marbuta mat-tħaddim tal-impjegati swiet €13.54 fis-siegħa. Dan jinkludi n-nefqa fuq il-pagi u s-salarji, il-kontribuzzjonijiet soċjali, it-taħriġ vokazzjonali u nefqiet oħra marbutin max-xogħol, bħan-nefqa fuq uniformijiet jew ilbies protettiv. L-aktar rata baxxa fis-siegħa kienet irreġistrata fil-qasam tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, fit-Trasport u l-ħżin, u fl-Akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (€9.25) (Ċart nru 1). Għall-intrapriżi b’aktar minn 250 impjegat, it-tħaddim tan-nies sewa €14.49 fis-siegħa, filwaqt li għal dawk li kienu jħaddmu bejn 10 u 49 impjegat sewa €13.77 fis-siegħa.
Il-qasam tal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kellu l-akbar infiq medju fis-sena għal kull impjegat (€40,568), segwit mil-qasam tal-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (€35,153). L-intrapriżi tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-Trasport u l-ħżin, u tal-Akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel irreġistraw l-inqas nefqiet medji fis-sena għal kull impjegat (€17,039) (Tabella nru 2).
No Data Found
Nota: Id-data teskludi l-appredisti.
No Data Found
Nota: L-Oħrajn (Other) jinkludu n-nefqa fuq it-taħriġ vokazzjonali (0.5 fil-mija) u nefqiet oħra mħallsa minn min iħaddem (0.4 fil-mija).
Il-pagi u s-salarji
Il-pagi u s-salarji ammontaw għall-akbar parti min-nefqa totali fuq it-tħaddim tan-nies, b’sehem ta’ 92.2 fil-mija. Dawn kienu segwiti mill-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem, b’6.9 fil-mija. In-nefqa fuq it-taħriġ vokazzjonali u nfiq ieħor imħallas minn min iħaddem swew 0.5 fil-mija u 0.4 fil-mija, rispettivament (Ċart nru 2, Tabella nru 4).
Is-somma sħiħa tal-pagi u s-salarji mħallsa minn min iħaddem lill-impjegati kollha, mbarra l-apprendisti, laħqet €5.4 biljun, bl-ammont medju mħallas għal kull intrapriża jkun ta’ €1.6 miljun. Is-salarju bażiku fforma l-akbar parti tal-pagi u s-salarji tant li ġabar fih 84.9 fil-mija tan-nefqa sħiħa fuq il-pagi. Bonusijiet u allowances regolari ammontaw għal 6.0 fil-mija tal-pagi u s-salarji, segwiti minn bonusijiet u allowances irregolari, b’5.4 fil-mija. L-inqas nefqa minn fuq pagi u salarji kienet fuq il-perkaċċi, li fl-2020 kienu jifformaw biss 0.9 fil-mija tan-nefqa sħiħa fuq il-pagi (Ċart nru 3, Tabella nru 5). B’91.0 fil-mija, is-salarju bażiku bħala proporzjon mit-total irriżulta li kien l-ogħla fl-Arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni u attivitajiet oħra ta’ servizz (Tabella nru 6).
No Data Found
Nota: Id-data teskludi l-appredisti.
Il-kumpens medju lill-impjegati ras għal ras
Dak li nstab minn dan l-istħarriġ wera li l-kumpens medju lill-impjegati, ras għal ras, kellu rabta diretta u proporzjonali mad-daqs tal-intrapriża. Fil-fatt, il-kumpens lill-impjegati kellu medja taʼ €22,842 għal intrapriżi żgħar (10-49 impjegat), medja taʼ €23,598 għall-intrapriżi taʼ daqs nofsani (50-249 impjegat) u medja taʼ €26,319 għall-intrapriżi kbar (250+ impjegat). L-impjegati fil-qasam tal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kienu jaqilgħu l-akbar kumpens, bʼmedja taʼ €39,727 ras għal ras. Bil-maqlub taʼ dawn, l-aktar kumpens baxx kien irreġistrat għall-impjegati fl-oqsma tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, fit-Trasport u l-ħżin, u fl-Akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (€18,618) (Tabella nru 7).
In-nefqa fuq it-taħriġ vokazzjonali u nefqiet oħra marbutin mat-tħaddim tal-impjegati
In-nefqa sħiħa fuq it-taħriġ vokazzjonali mill-attivitajiet ekonomiċi mdaħħla fʼdan l-istħarriġ kważi laħqet il-€31 miljun, b’57.7 fil-mija tagħhom imħallsa mill-intrapriżi b’250 impjegat jew aktar. L-intrapriżi li ħarġu l-aktar flus għat-taħriġ vokazzjonali kienu dawk fl-oqsma tal-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, li n-nefqa tagħhom laħqet għal 27.4 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Nefqiet oħra, li jinkludu l-ħlas għal uniformijiet u lbies protettiv mogħti lill-impjegati u spejjeż ta’ reklutaġġ, bħan-nefqa fuq reklami ta’ impjiegi f’midja differenti, kienu l-ogħla fl-Amministrazzjoni pubblika u difiża, fl-Edukazzjoni, u fl-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali (24.3 fil-mija), segwiti mill-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi, tekniċi, u mill-Attivitajiet taʼ servizz amministrattivi u ta’ sostenn (19.8 fil-mija). B’kuntrast ma’ dawn, il-qasam tal-Proprjetà immobbli kellu l-inqas infiq ieħor (0.5 fil-mija). Nefqiet oħra mħallsa minn min iħaddem, bħall-ispejjeż tat-taħriġ vokazzjonali, kienu ogħla għall-intrapriżi l-kbar (44.7 fil-mija) meta mqabblin kemm mal-intrapriżi medji (33.0 fil-mija) kif ukoll maʼ dawk żgħar (22.3 fil-mija) (Tabella nru 9).
Is-sussidji fuq il-pagi
It-tagħrif juri li fl-2020 l-SMEs (intrapriżi żgħar u medji) ħadu l-biċċa l-kbira tas-sussidji fuq il-pagi, bʼ75.6 fil-mija jmorru għand intrapriżi bʼ249 impjegat jew inqas. L-intrapriżi tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-Trasport u l-ħżin, tal-Akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel kienu dawk li ħadu l-aktar sussidji, bi 48.9 fil-mija tas-sussidji kollha mogħtija. Bʼ0.4 fil-mija, il-qasam tal-Proprjetà immobbli ħa l-inqas ammont minn dawn is-sussidji (Ċart nru 4, Tabella nru 10).
No Data Found
Nota: Il-persentaġġi jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondamenti.
Is-sigħat tassew maħduma u s-sigħat imħallsa
L-Istħarriġ dwar in-Nefqa fuq l-Impjegati minn Min Iħaddem jiġbor ukoll tagħrif dwar is-sigħat tassew maħduma u s-sigħat imħallsa. L-impjegati ekwivalenti għall-full-time fl-Arti, id-divertiment, ir-rikreazzjoni, u attivitajiet oħra taʼ servizz, u, dawk fil-Manifattura, fil-mijieri u l-barrieri u industriji oħra, ħadmu l-aktar għadd taʼ sigħat fl-2020, bʼmedja taʼ 38 siegħa fil-ġimgħa, mentri s-sigħat tassew maħduma mill-impjegati fl-Amministrazzjoni pubblika u difiża, fl-Edukazzjoni, u fl-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali laħqu t-33 siegħa. L-oqsma tal-Arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni u attivitajiet oħra ta’ servizz, u l-oqsma tal-Manifattura, l-mijieri u l-barrieri u industrija oħra u l-Kostruzzjoni rreġistraw l-ogħla medja taʼ sigħat imħallsa fil-ġimgħa (42 siegħa) (Ċart nru 5, Tabella nru 11).
No Data Found
Nota: Id-data qiegħda għall-impjegati fʼekwivalenti taʼ full-time.
Is-sigħat tassew maħduma u s-sigħat imħallsa – Impjegati full-time
L-impjegati full-time ħadmu medja taʼ 34.2 siegħa fil-ġimgħa. L-akbar għadd taʼ sigħat taʼ sahra fil-ġimgħa għall-ħaddiema full-time kien irreġistrat fil-qasam tal-kostruzzjoni (2.5 sigħat). L-impjegati full-time ħadu medja taʼ 3.9 sigħat leave fil-ġimgħa. Persuni li jaħdmu fl-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni u fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni ħadu l-inqas ammont taʼ leave fil-ġimgħa fl-2020 (3.7 sigħat). Il-Manifattura, l-mijieri u l-barrieri u industrija oħra kellhom l-akbar għadd taʼ sigħat imħallsa fil-ġimgħa li ma kinux maħduma. Il-medja taʼ sigħat imħallsa li ma kinux maħduma fʼdan il-qasam kien taʼ 5.0 sigħat (Tabella nru 12).
Is-sigħat tassew maħduma u s-sigħat imħallsa – Impjegati part-time
Il-medja tas-sigħat fil-ġimgħa maħduma minn impjegati part-time kienet tammonta għal 18.7. Part-timers li jaħdmu fil-Manifattura, fil-minjieri u fil-barrieri u industrija oħra, kif ukoll dawk involuti fil-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, Trasport u ħażna, u Attivitajiet taʼ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, kellhom it-tendenza li jaħdmu l-aktar sigħat taʼ sahra fil-ġimgħa (0.6 sigħat). Ħaddiema part-time tal-Proprjetà immobbli kellhom l-akbar numru medju taʼ sigħat leave fil-ġimgħa (1.9 sigħat), filwaqt li ħaddiema part-time fl-Amministrazzjoni pubblika u difiża, fl-Edukazzjoni, u fl-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali kellhom l-inqas (0.5 sigħat) (Tabella nru 13).
B’kollox, l-għadd ta’ sigħat tassew maħduma laħaq it-88.8 fil-mija tas-sigħat kollha mħallsa. il-bqija tas-sigħat (11.2 fil-mija) kienu sigħat li tħallsu mingħajr ma nħadmu (Ċart nru 6).
No Data Found
1. The Labour Cost Survey is an enterprise-based survey carried out once every four years under EC Regulation No. 1737/2005 and implementing Council Regulation No. 530/1999. The aim of the survey is to obtain information on the costs borne by employers in order to employ staff.
2. The Labour Cost Survey is designed to satisfy the concepts and definitions as outlined by Eurostat, which is the EU Statistical Agency. This allows the comparability of results with other EU Member States and countries. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature statistique des activités économiques dans la Communauté européenne). All economic activities employing 10 or more persons are covered by this survey, except agriculture, forestry and fishing (NACE A), activities of households as employers, undifferentiated goods and services producing activities of households for own use (NACE T) and activities of extraterritorial organisations and bodies (NACE U).
3. Definitions:
Labour costs refer to the total expenditure borne by employers in order to employ staff. They cover wage and non-wage costs less subsidies and include vocational training costs or other expenditures, such as recruitment costs, expenditure for protective clothing, etc.
Wages and salaries include direct remuneration, bonuses, and allowances paid by an employer in cash or in kind to an employee in return for work done. In addition, the definition covers payments for days not worked and remuneration in kind such as food, drink, fuel, company cars, etc.
Social contributions include expenses related to statutory social contributions which are incurred by employers in order to secure the entitlement to social benefits for employees. In addition, such contributions include imputed social contributions incurred by employers, such as non-obligatory social contributions, payments to private health insurance schemes, payments associated with sick leave (if incurred by employers), etc.
Vocational training costs refer to expenditure on services and facilities relating to vocational training. Such costs may involve expenditure for the participation of employees in courses, fees paid to instructors providing training to employees, expenses on teaching aids and tools and small repairs or maintenance of buildings and installations which are used for training purposes.
Subsidies on direct remuneration include all amounts received in the form of subsidies of a general nature intended to refund part or all of the cost of direct remuneration but not intended to cover social-security or vocational training costs. They do not include refunds paid to the employer by social-security institutions or supplementary insurance funds.
Other expenditures paid by the employer include payments for uniforms and protective clothing provided to employees and recruitment costs, such as expenditure on job advertisements in different media.
Contractual hours refer to the hours specified in an employment contract that an employee is required to work within a defined period, typically a week or a month. These hours may vary depending on the terms and conditions of the contract, including full-time or part-time status, and the nature of the work or industry.
Paid hours are defined as the total number of hours for which an employee is compensated by their employer. This includes not only the hours that the employee actually worked, but also any other hours for which they receive compensation, such as vacation leave, public holidays, sick leave, and any other type of paid absence from work.
Actual hours worked are defined as the time spent working by employees. These include the normal working periods as well as overtime. Hours worked exclude vacation leave, public holidays, sick leave and any other type of absence from work for which the employees are paid.
Paid absences refer to hours which are not actually worked by employees but for which remuneration is still provided. Examples include annual holidays/vacation, sick leave hours, public holidays and other paid hours such as hours associated with maternity leave or marriage leave.
Full-time equivalent (FTE) is a measure used to express the total number of hours worked by all employees on a full-time basis. It takes into account part-time employees who are converted into full-time units based on the normal working hours of full-time workers in the organisation.
4. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and methods
Statistical concepts
Metadata
NACE Rev. 2 Classification
5. References to this news release are to be cited appropriately.
6. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
7. For further assistance send your request through our online request form.
8. A detailed news release calendar is available online.