News Releases

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: It-Tieni Kwart tal-2023
NR185/2023,
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Ottubru 2023
Fit-tieni kwart tal-2023, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit ta’ €4.4 miljuni.

Business,Analyst,Checking,In,Financial,Statement,For,Audit,Internal,Control

Il-kontijiet mhux finanzjarji taʼ kull tliet xhur (t/l-4)

Bejn April u Ġunju taʼ din is-sena, id-dħul kien ta’ €1,729.9 miljun, li huwa żieda ta’ €235.3 miljun meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2022. Dan kien ġej l-aktar minn żidiet fit-Taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid (€149.9 miljun), fl-Output tas-suq (€69.2 miljun) u fil-Kontribuzzjonijiet soċjali netti riċevibbli (€22.8 miljun) (Tabella nru 2).

Fl-istess żmien, in-nefqa sħiħa ammontat għall-€1,734.3 miljun, li hija żieda taʼ €150.8 miljun fuq l-istess perjodu fl-2022. L-akbar żidiet kienu rreġistrati fil-Benefiċċji soċjali u trasferimenti soċjali fʼgħamla ta’ oġġetti (€46.7 miljun), segwiti mill-Konsum Intermedju (€43.9 miljun), mis-Sussidji pagabbli (€29.7 miljun), mill-Formazzjoni tal-kapital gross (€15.0 miljun) u mid-Dħul mill-Proprjetà Pagabbli (€10.8 miljuni). Mill-banda l-oħra, kien hemm tnaqqis fit-Trasferimenti kurrenti pagabbli (€14.7-il miljun) (Tabella nru 3).

Saru aġġustamenti lid-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern sabiex din tinqaleb għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti (accruals) u bʼhekk tkun taqbel mal-ħtiġijiet tal-ESA 2010. Fit-tieni kwart tal-2023, dawn l-aġġustamenti ġabu tnaqqis taʼ €118.6-il miljun fid-defiċit tal-Fond Konsolidat (Tabella nru 4).

Ċart nru 1. Id-dħul u n-nefqa tal-Gvern Ġenerali

fʼmiljuni taʼ ewro

No Data Found

Il-Kontijiet Finanzjarji taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-1)

Bʼrabta mat-tranżazzjonijiet finanzjarji tal-assi, fit-tieni kwart tal-2023, il-Munita u d-depożiti u l-Kontijiet oħra riċevibbli żdiedu bʼ€606.4 miljuni u €160.7 miljun, rispettivament. B’kuntrast, l-Ekwità u l-ishma ta’ fondi ta’ investiment żdiedu b’€1.3 miljun (Tabella nru 7).

Meta jitqiesu t-tranżazzjonijiet finanzjarji f’obbligazzjonijiet, l-ogħla żieda kienet irreġistrata fil-Kontijiet oħra pagabbli (€875.1 miljun). Warajhom, kien hemm it-Titoli ta’ dejn għal żmien qasir (€32.4 miljun) u s-Self fit-tul (€1.7 miljun). B’kuntrast ma’ dawn, kien irreġistrat tnaqqis fit-Titoli ta’ dejn fit-tul (€137.6 miljun) u fil-Munita u depożiti (€17.4-il miljun) (Tabella nru 8).

Id-Dejn taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-4)

Fl-aħħar taʼ Ġunju, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali laħaq id-€9,161.1 miljun, jew 50.7 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross (PDG)1. Din hija żieda taʼ €565.7 miljun fuq l-istess trimestru tal-2022, li kienet ġejja l-aktar mid-Dejn tal-Gvern Ċentrali li kien jammonta għal €9,159.1 miljun. Il-Munita u d-Depożiti laħqu l-€455.1 miljun, li huma tnaqqis taʼ €112.1-il miljun meta mqabblin maʼ Ġunju tal-2022. Dan jinkludi l-muniti tal-ewro maħruġa fʼisem it-Teżor, li huma meqjusa bħala piż għall-Gvern Ċentrali, u l-iStokk 62+ ta’ Tifdil tal-Gvern li kienu jġibu t-€354.7 miljun. It-Titoli ta’ dejn fit-tul żdiedu bʼ€775.1 miljun, filwaqt li t-Titoli tad-Dejn għal żmien qasir naqsu bʼ€107.8 miljuni, rispettivament. Barra minn hekk, is-self fit-tul żdied b’€10.4 miljuni, filwaqt li s-Self għal żmien qasir kellu żieda taʼ €0.1 miljun. Id-dejn tal-Gvern lokali kien ta’ €2.0 miljuni (Tabella nru 9).

Ċart nru 2. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali

fʼmiljuni taʼ ewro

Fl-aħħar taʼ Marzu 2023, id-dejn garantit mill-Gvern Ġenerali ammonta għal €1,164.1 miljun, li huwa daqs 6.4 fil-mija tal-PDG1. B’hekk, kien hemm tnaqqis taʼ €26.4 miljun meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2022 (Tabella nru 9).

1Maħdum fuq is-somma tal-PDG ta’ kull tliet xhur għall-aħħar erba’ kwarti.

Methodological Notes

1. All data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States.

2. General Government Sector (S.13 sector according to the ESA2010 definitions) is made up of the Central Government Sector (S.1311) and the Local Government Sector (S.1313). The Central Government Sector includes the Budgetary Central Government, made up of Government ministries and departments and the Extra Budgetary Units (EBUs).

3. As a general rule, ESA 2010 states that all financial assets and liabilities are to be valued using current market prices on the date to which the balance sheet relates. Changes between opening and closing stocks may also include other economic flows which are not due to financial transactions. The other economic flows are broken down into revaluations in financial assets and liabilities, and other changes in the volume of financial assets and liabilities. The other economic flows data can be found in the excel version of this news release.

4. The deficit calculated from the non-financial accounts (B.9) should be consistent with the deficit measured from the financial accounts (B.9f) however, differences arise due to different sources and estimations.

5. Quarterly General Government Debt (Table 9) may not be consistent with the reported government liabilities in the Quarterly Financial Accounts for General Government (QFAGG) (Table 6). They differ because of the different valuation rules: government liabilities are reported at market value, whereas government debt is reported at nominal value excluding accrued interest. In Table 9, General Government debt is in line with Maastricht debt provisions, at the end of the period indicated. All aggregates are consolidated between the different sub-sectors of General Government. The government guarantees reported in Table 9 are on debt instruments. Government guarantees include guarantees granted by the EBUs but exclude government guarantees provided to EBUs. There are two types of guarantees: one-off (individual and large amounts) and standardised (issued in large numbers, for fairly small amounts and identical terms).

6. The figures for taxes on production and imports are treated differently between the compilation of the GDP and the General Government Sector accounts. In the latter an adjustment is made for the payment of the EU own resources on import duties.

7. The European Financial Stability Facility (EFSF) was established on 7 June 2010 for the purpose of providing stability support to Euro Area Member States (EAMS). The EFSF finances such support by issuing or entering into bonds, notes, commercial paper, or other financing arrangements. The operations are backed by guarantees of the EAMS on the basis of an agreed ‘adjusted contribution key’. On 27 January 2011, Eurostat decided that the debt issued by the EFSF for each support operation must be rerouted to the public accounts of the EAMS providing guarantees, proportionately to their contribution key. Therefore, the recording of such flows will impact the gross government debt (as defined in the Maastricht Treaty) but not the net debt. In addition, all revenue/expenditure streams (interest, margins and service fees) will be recorded in the General Government accounts, resulting in a positive impact on the deficit/surplus of the EAMS.

8. The GDP used in the fiscal ratios is calculated using the sum of the quarterly GDP for the last four quarters. Source of GDP data: News Release 158/2023 dated 04 September 2023.

9. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision. Figures may not add up due to rounding.

10. t/t-4 refers to the change over the corresponding quarter in the previous year.
       t/t-1 refers to the change over the previous quarter.

11. More information relating to this news release may be accessed at:

12. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced.

13. A detailed news release calendar is available online.

 
Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: It-Tieni Kwart tal-2023
NR185/2023
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Ottubru 2023
Business,Analyst,Checking,In,Financial,Statement,For,Audit,Internal,Control
  • Fit-tieni kwart tal-2023, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit ta’ €4.4 miljuni.
  • Meta mqabblin mat-trimestru korrispondenti tal-2022, id-dħul sħiħ żdied b’€235.3 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet b’€150.8 miljun.
  • Fi tmiem it-tieni kwart tal-2023, id-dejn tal-Gvern Ġenerali kien ta’ €9,161.1 miljun, li hija żieda ta’ €565.7 miljun fuq l-istess żmien fl-2022.
  • Fl-aħħar ta’ Ġunju 2023, id-dejn garantit mill-Gvern ammonta għal €1,164.1 miljun, li hija żieda ta’ €26.4 miljun meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2022.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content