News Releases

It-Turiżmu Reġjonali: 2022
NR131/2023
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Lulju 2023
L-għadd sħiħ taʼ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna fl-2022 laħaq l-460,514, filwaqt li dawk li żaru r-reġjun taʼ Malta laħqu ż-2,259,454.

Iċ-ċifri mogħtijin fl-ewwel ħames Tabelli ngħataw il-piż tagħhom skont il-popolazzjoni stmata fiċ-Ċensiment tal-2021. Fid-dawl ta’ dan, iċ-ċifri riveduti għall-2021 jieħdu post iċ-ċifri li kienu maħruġin qabel fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet NR 129/2022 tas-26 ta’ Lulju 2022. B’riżultat ta’ din ir-reviżjoni, hemm waqfa temporanja fis-serje. Għalhekk, bħalissa ċ-ċifri ta’ din l-istqarrija ma jistgħux jitqabblu mas-serje kronoloġika li kienet ħarġet qabel.

Ħarsa ħafifa

Fl-2022, l-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew minn barra (persuni mhux residenti fʼMalta u Għawdex) u taʼ turisti domestiċi (residenti fir-reġjun taʼ Malta) li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna laħaq l-460,514 (Tabelli nri 1 u 6). It-turisti domestiċi li żaru Għawdex u Kemmuna laħqu 72.0 fil-mija tad-domanda kollha tat-turiżmu f’dak ir-reġjun. Min-naħa l-oħra, l-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun ta’ Malta laħaq iż-żewġ miljun punt tlieta (2.3m), bit-turisti li ġew minn barra jilħqu it-98.3 fil-mija tat-turisti kollha li żaru r-reġjun taʼ Malta (Ċart nru 1a).

Ċart nru 1a. It-turisti li ġew minn barra u t-turisti domestiċi, bir-reġjun

Ċart nru 1b. L-iljieli mqattgħin mit-turisti li ġew minn barra u mit-turisti domestiċi, bir-reġjun

2.3 million

0.5 million

15.8 million

1.8 million

It-turiżmu domestiku

Fl-2022, it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni kien ta’ 369,000 wasla, tnaqqis ta’ 5.0 fil-mija meta mqabbel mal-2021. Ir-residenti ta’ Malta li vjaġġaw lejn Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 331,455, jew 89.8 fil-mija, tat-total ta’ turisti domestiċi. Il-biċċa l-kbira tat-turisti domestiċi vvjaġġaw għal skopijiet ta’ btala (83.9 fil-mija) u qattgħu bejn 1 u 3 iljieli (81.4 fil-mija) (Tabella nru 1). It-tul medju taż-żjajjar naqas minn 2.8 għal 2.7 meta mqabbel mal-livelli tal-2021 (Tabella nru 1 u Ċart nru 2a). L-iljieli tat-turisti domestiċi laħqu d-996,671, tnaqqis ta’ 7.9 fil-mija fuq l-2021 (Tabella nru 3). In-nefqa kollha mit-turisti domestiċi kienet stmata għal €63.4 miljun, tnaqqis ta’ 25.0 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Ras għal ras, in-nefqa medja kienet ta’ €171.9, jiġifieri tnaqqis ta’ €32.1 meta mqabbla mal-2021 (Tabella nru 5).

Ċart nru 2a. It-turiżmu domestiku bir-reġjun

2021-2022

No Data Found

Ċart nru 2b. L-iljieli mqattgħin mit-turisti domestiċi, bir-reġjun

2021-2022

No Data Found

Ċart nru 3. L-għadd sħiħ taʼ turisti domestiċi u l-iljieli mqattgħin minnhom

It-turiżmu domestiku lejn ir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna

It-turisti domestiċi li marru Għawdex u Kemmuna, u li qagħdu f’akkomodazzjoni mikrija laħqu il-198,738, tnaqqis ta’ 6.5 fil-mija fuq l-2021. Aktar minn nofs iż-żjarat domestiċi f’akkomodazzjoni mikrija (59.9 fil-mija) kienu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni mikrija oħra (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-iljieli tat-turisti domestiċi (63.1 fil-mija) kienu mgħoddijin fʼakkomodazzjoni mikrija, li minnhom 68.9 fil-mija kienu mgħoddijin fʼakkomodazzjoni mikrija oħra (Tabella nru 3).

L-infiq tat-turiżmu domestiku fʼGħawdex u Kemmuna kien stmat għal €57.8 miljun, tnaqqis taʼ 30.0 fil-mija fuq l-2021 (Tabella nru 4).

It-turiżmu domestiku lejn ir-reġjun taʼ Malta

Ir-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li vjaġġaw lejn Malta bħala turisti domestiċi żdiedu minn 27,466 fl-2021 għal 37,545 fl-2022, żieda taʼ 36.7 fil-mija (Tabella nru 1).

Ftit aktar minn nofs (54.5 fil-mija) l-iljieli tat-turiżmu domestiku mir-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li vjaġġaw lejn Malta kienu mgħoddijin fʼakkomodazzjoni mhux mikrija (Tabella nru 3). Fl-2022, l-infiq tat-turiżmu domestiku fir-reġjun taʼ Malta kien stmat għal kważi €5.7 miljuni, żieda taʼ €1.5 miljun fuq l-2021 (Tabella nru 4).

It-turiżmu barrani lejn Malta

Fl-2022, it-turisti li ġew MALTA minn barra żdiedu bʼ1.3 miljun, sabiex laħqu iż-2,286,597 turist. It-turiżmu bʼdestinazzjoni waħdanija (Malta JEW Għawdex) kien jammonta għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi (97.2 fil-mija), mentri l-bqija tal-vjaġġi kienu magħmula minn żewġ destinazzjonijiet, jiġifieri taʼ turisti li żaru kemm Malta kif ukoll Għawdex (Tabella nru 6 u Ċart nru 4).

L-għadd sħiħ tal-iljieli mqattgħin mit-turisti lejn MALTA qabeż is-16.6-il miljun, żieda taʼ 8.2 miljuni fuq l-2021. L-iljieli mqattgħin minn turisti taʼ destinazzjoni waħdanija ammontaw għal 95.9 fil-mija tal-iljieli kollha mqattgħin MALTA. Il-bqija kiienu ljieli taʼ vjaġġi mqattgħin fʼżewġ destinazzjonijiet. L-iljieli turistiċi mqattgħin fir-reġjun taʼ Malta ammontaw għal 94.6 fil-mija tat-total, mentri r-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna laqaʼ 5.4 fil-mija tal-iljieli kollha (Tabella nru 6).

Fl-2022, l-infiq kollu mit-turisti li ġew MALTA minn barra laħaq iż-€2.0 biljuni. L-infiq mit-turisti li ġew minn barra u li qagħdu fʼdestinazzjoni waħda (Malta JEW Għawdex) ammonta għal 96.7 fil-mija tal-infiq kollu (Tabella nru 12).

Ċart nru 4. It-turisti li ġew minn barra, bil-vjaġġ, ir-reġjun u s-sena

No Data Found

Vjaġġi taʼ destinazzjoni waħdanija: Ir-reġjun taʼ Malta

Fl-2022, l-għadd taʼ turisti li ġew minn barra sabiex qagħdu fir-reġjun taʼ Malta biss laħaq iż-2,157,538 turist. Ħafna minnhom kienu fl-età bejn il-25 u l-44 sena (39.8 fil-mija) u ġew mill-Istati Membri tal-UE (70.0 fil-mija) għad illi r-Renju Unit kien is-suq l-aktar bʼsaħħtu (11.6 fil-mija). Aktar minn nofs dawn it-turisti (60.5 fil-mija) vvjaġġaw bʼlinji tal-ajru taʼ prezz baxx, filwaqt li 37.1 fil-mija bʼlinji tal-ajru oħra. It-turisti li żaru Malta għall-ewwel darba kienu jgħoddu 75.8 fil-mija (Tabella nru 7).

Il-biċċa l-kbira taʼ dawn it-turisti qagħdu fʼakkomodazzjoni kollettiva (65.2 fil-mija). L-għadd taʼ ljieli mqattgħin minnhom telaʼ meta mqabbel mal-2021, sabiex laħaq kważi il-15.3-il miljun lejl (Tabelli nri 10 u 11).

L-infiq kollu mit-turisti li ġew minn barra sabiex qagħdu fir-reġjun taʼ Malta biss qabeż il-€1.9 biljun (Tabella nru 12).

Vjaġġi ta’ destinazzjoni waħdanija: Ir-reġun taʼ Għawdex u Kemmuna

L-għadd taʼ turisti li ġew minn barra sabiex qagħdu fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna biss laħaq l-64,687, aktar mid-doppju meta mqabblin mal-2021. Dan ammonta għal 50.1 fil-mija tal-għadd kollu taʼ turisti li waslu fʼGħawdex u Kemmuna minn barra (Tabella nru 6). Il-biċċa l-kbira taʼ dawn it-turisti kienu ġejjin minn Stati Membri tal-UE (56.0 fil-mija), anki jekk ir-Renju Unit kien l-aktar suq bʼsaħħtu (32.4 fil-mija). Ħafna minnhom kienu fl-età taʼ bejn il-25 u l-44 sena (35.9 fil-mija). Vjaġġi li ma kinux taʼ pakkett kienu jgħoddu 87.6 fil-mija tat-turisti li waslu fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna minn barra. Aktar min-nofs it-turisti li żaru r-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna biss, ivvjaġġaw bʼlinji tal-ajru taʼ prezz baxx (57.2 fil-mija) (Tabella nru 8).

Bʼkuntrast mar-reġjun taʼ Malta bħala destinazzjoni waħdanija, il-biċċa l-kbira tat-turisti li żaru r-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna biss, 47.0 fil-mija, qagħdu fʼakkomodazzjoni mikrija oħra. L-iljieli mqattgħin fʼGħawdex u kemmuna bħala destinazzjoni waħdanija minn turisti li ġew minn barra laħqu is-642,635 lejl (Tabelli nri 10 u 11). Fl-2022, it-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar naqas bʼ1.9 iljieli minn 11.8-il lejl għal 9.9 iljieli (Tabella nru 8).

Fl-2022, l-infiq mit-turisti li ġew minn barra sabiex qagħdu fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna biss kien stmat għal €62.4 miljun, żieda meta mqabbel mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 12).

Vjaġġi li inkludew kemm ir-reġjun taʼ Malta u kemm ir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna

Fl-2022, l-għadd taʼ turisti li ġew minn barra sabiex qagħdu kemm fir-reġjun taʼ Malta u kemm fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna laħaq l-64,372. Il-biċċa l-kbira tagħhom kienu fl-età taʼ bejn il-25 u l-44 sena (44.5 fil-mija), żaru MALTA għall-ewwel darba (79.2 fil-mija), u ġew mill-Istati Membri tal-UE (73.8 fil-mija) bl-aktar suq bʼsaħħtu jkun dak Franċiż (19.3 fil-mija). Is-suq tar-Renju Unit ukoll kien wieħed bʼsaħħtu (15.3 fil-mija). Aktar minn nofs dawn it-turisti waslu MALTA bʼlinji tal-ajru taʼ prezz baxx (51.9 fil-mija) (Tabella nru 9).

Il-biċċa l-kbira taʼ dawn it-turisti qagħdu fʼakkomodazzjoni mikrija (89.9 fil-mija). L-għadd taʼ ljieli mqattgħin minn dawn it-turisti żdied, u laħaq is-675,889 lejl. Il-biċċa l-kbira taʼ dawn l-iljieli (41.1 fil-mija) kienu mqattgħin fʼakkomodazzjoni mikrija oħra, waqt li 40.6 fil-mija kienu mqattgħin fʼakkomodazzjoni kollettiva (Tabelli nri 10 u 11). Fl-2022, it-tul medju taʼ dawn iż-żjajjar fiż-żewġ reġjuni laħaq l-10.5 iljieli, tnaqqis taʼ 0.3 lejl meta mqabbel mal-2021 (Tabella nru 9).

L-infiq kollu minfuq mit-turisti li qagħdu fiż-żewġ reġjuni kien stmat għal €67.2 miljun fl-2022. In-nefqa tagħhom li ma kinitx tagħmel parti minn pakkett kienet kważi ogħla bʼħames darbiet meta mqabbla man-nefqa taʼ pakkett. Il-kategoriji kollha tal-infiq irreġistraw żidiet fuq l-2021 (Tabella nru 12).

Ċart nru 5. L-iljieli mqattgħin fir-reġjun taʼ Għawdex/Kemmuna minn residenti taʼ Malta, bit-tip taʼ akkomodazzjoni fl-2022

Ċart nru 6. L-iljieli mqattgħin fir-reġjun taʼ Malta minn residenti taʼ Għawdex/Kemmuna, bit-tip taʼ akkomodazzjoni fl-2022

Ċart nru 7. L-infiq sħiħ, ras għal ras, mit-turisti domestiċi bir-reġjun tad-destinazzjoni u l-kategorija tal-infiq

2022

No Data Found

Additional Tables and Charts

The figures presented in Tables 1-5 were weighted on the population as estimated by the results of the 2021 Census of Population and Housing. In view of this, the revised figures for 2021 supersede the previous figures published in the news release NR 129/2022 of the 26th of July 2022′.  As a result of this revision, there is a temporary break in series. Therefore, currently it is not possible to compare the figures in this news release with the previously published time series.

Methodological Notes

1. The figures presented in Tables 1-5 were weighted on the population as estimated by the results of the 2021 Census of Population and Housing. In view of this, the revised figures for 2021 supersede the previous figures published in the news release NR 129/2022 of the 26th of July 2022′.  As a result of this revision, there is a temporary break in series. Therefore, currently it is not possible to compare the figures in this news release with the previously published time series.

2. This release focuses on domestic and inbound tourism overnight stays. Users should be aware that domestic same-day visits and overnight stays within the same region of origin, such as, day-trips to Gozo and Comino region and weekend breaks in Malta region by Malta residents, are not included within the scope of this news release. Domestic tourism excludes individuals aged 0 to 14 years. Regional flows of inbound tourism exclude same-day visits across regions and classify trips into two components: single centre destination and twin centre destination.

3. In 2014, the National Statistics Office has introduced a new tool to measure National Tourism to satisfy the concepts and definitions as outlined by Eurostat. The collection consists of tourism demand data on domestic and outbound trips as required by Regulation (EC) No. 692/2011 of the European Parliament and of the Council concerning statistics on tourism statistics. The Regulation aims at giving a complete and comprehensive picture of tourism in Europe and allows the comparability of results with other EU member states. Data is collected via a quarterly Computer-Assisted Telephone Interviewing (CATI) survey.

4. In view of the COVID-19 situation, prohibition of non-essential travel between Malta and Gozo came into effect on 3 April 2020 and was lifted on 4 May 2020 (L.N. 118 of 2020: Public Health Act (Cap. 465); Mandatory Non-essential Travel between Malta and Gozo Order, 2020. (https://legislation.mt/eli/ln/2020/118/eng))

5. Inbound tourism trips are collected from an ongoing frontier national survey known as Tourstat. Tourist air departures are collected through a continuous survey carried out at the departure lounge of the Malta International Airport. A two-stage sampling design is used to collect air passengers. In the first stage, alternate days and nights are selected. In the second stage, within each shift, a sample of passengers is selected systematically. Every crossing air passenger is counted and respondents are selected using a pre-defined interval of 1:20, with the exception of July 2020 and the period October to December 2020, where the pre-defined interval was 1:10. Tourist sea departures data is supplemented by administrative data provided by ferry operators. Tourstat measures the number of tourist trips carried out during a reference period. ‘Tourist trips’ differs from the ‘number of tourists’ such that the same person can undertake more than one trip during a reference period.

6. In view of the COVID-19 situation, the Tourstat survey was suspended between 12 March and 30 June 2020. Statistical methods were applied to cover the period from 13 March to 20 March 2020, when scheduled passenger flights were still in operation.

7. Malta International Airport reopened on 1 July 2020. The first group of destinations that reopened for travel comprised: Germany, Austria, Italy, France, Spain, Poland, Cyprus, Switzerland, Iceland, Slovakia, Norway, Denmark, Hungary, Finland, Ireland, Lithuania, Latvia, Estonia, Luxembourg, Czech Republic, Greece and Croatia. Restrictions on all other flight destinations were lifted on 15 July 2020.

8. Owing to the UK’s exit from the European Union (with effect from 01 February 2020), UK data is statistically classified as Non-EU from February 2020.

9. Absolute and percentage changes between one survey estimate and another based on less than 1,500 tourists should be treated with caution and are represented in this news release by means of the dash symbol (-).

10. The monthly passenger departures data published by the Malta International Airport cannot be equated to the number of inbound tourists because the former is inclusive of departing Maltese and transit passengers.

11. Arrivals and nights spent in time-share accommodation are being categorised in ‘Non-rented Accommodation’ instead of ‘Collective Accommodation’ as per Eurostat recommendation. In this regard, there may be minor differences in these statistics and statistics published in tourism supply due to the fact that hotels report time-share accommodation under ‘Collective Accommodation’. 

12. Prior to comparing and interpreting differences between demand-side (based on Tourstat) and supply-side (based on Accomstat) tourism statistics, users are strongly advised to consult concept 15.4 of the NSO’s metadata file.

13. Definitions:

Usual environment: The geographical area, though not necessarily a contiguous one, within which an individual conducts his regular life routines and shall be determined on the basis of the following criteria: the crossing of administrative borders or the distance from the place of usual residence, the duration of visit, the frequency of visit, the purpose of visit.

Resident: A person is considered to be a resident of Malta/Gozo if:

a. S/he has lived for most of the past 12 months in Malta/Gozo;

b. S/he has lived in Malta/Gozo for less than 12 months but intends to return within a year to settle here.

Traveller: A person who moves between different geographic locations, for any purpose and any duration.

Visitor: The three fundamental criteria used to distinguish visitors from travellers are:

a. The trip should be to a place other than that of the usual environment, which would exclude short-distance local transport and commuting, i.e. more or less regular trips between the place of work/study and the place of residence;

b. The stay in the place visited should not last more than twelve consecutive months, beyond which the visitor would become a resident of that place (from the statistical standpoint);

c. The main purpose of the visit should be other than the exercise of an activity remunerated from within the place visited, which would exclude migratory movements for work purposes.

Tourist: A visitor who stays at least one night in a rented and non-rented accommodation in the place/country visited.

Inbound tourism: Comprises the activities of non-resident visitors travelling to Malta (i.e. outside their usual environment) and staying for not more than 12 consecutive months for personal, business or other purposes.

Total nights spent: Nights which a guest actually spends or is registered to spend in a rented accommodation establishment or in a non-rented accommodation.

Average length of stay: The number of nights spent divided by the number of trips during a specified reference period.

Rented accommodation: Consists of the following two sub-categories:

a. Collective accommodation: comprises hotels, guesthouses, hostels, tourist villages, holiday complexes, Bed & Breakfast and campsites.

b. Other rented accommodation: comprises holiday furnished premises (farmhouses, flats and villas), host families, marinas, paid-convents, rented yachts and student dormitories.

Non-rented accommodation: Comprises own private residence (owned dwellings, owned caravans and yachts), staying with friends or relatives (even if charged – includes also friends’ private apartments) and other private accommodation (oil rig, free-convents or timeshare, etc.).

Total expenditure: Refers to the amount that is going to be paid for the acquisition of consumption goods and services, as well as valuables during tourism trips. It includes expenditures by visitors themselves, as well as expenses that are paid for or reimbursed by others. The total expenditure is broken down by the following expenditure items:

a. Package expenditure: refers to the whole amount of money spent on transport, accommodation and other services such as rental of a car, activities or outings during the trip.

b. Non-package expenditure: is the amount of money spent on transport and accommodation reported separately.

c. Other expenditure: is the amount spent on shopping, souvenirs, tickets for concerts or sports events, entrance to museums or zoos and day excursions during a tourism trip. It also includes durables and valuable goods, that is, the amount spent on cars, computers, paintings, jewellery and works of art.

14. The nomenclature of territorial units for statistics (NUTS) provides a single, uniform breakdown of the economic territory of the European Union. The NUTS is the territorial classification for the compilation of regional statistics. The economic territory of a country can be divided into regional territories and the extra-regio territory. For the purpose of regional analysis, MALTA is divided as follows:

NUTS 0 NUTS 1 NUTS 2 NUTS 3
MALTA MTMT0 MT00MT000
      Malta MT001
      Gozo and Comino MT002
      Extra-regional MTZMTZZMTZZZ

The regional territory includes the region that is part of the geographic territory of a country and any free zones, including bonded warehouses and factories under customs control in the region. The extra-regio territory is made up of parts of the economic territory of a country that cannot be attached directly to a single region.

15. Due to the COVID-19 situation the following tourism-related chronology of events happened during 2020 in Malta:

28th FebruaryPeople flying in from Italy, China (including Hong Kong, Singapore, Japan, Iran, South Korea) from 26th February onwards needed to stay in quarantine for 14 days upon arrival.
8th March Flights from/to Milan were suspended.
10th March Flights from/to Italy were suspended.
10th March The last Cruise call.
11th March Flights from/to France, Switzerland, Germany, Spain, were suspended.
11th March People flying in from France, Switzerland, Germany, Spain, needed to stay in quarantine for 14 days upon arrival.
13th March All people flying in from all destinations needed to stay in quarantine for 14 days upon arrival.
18th MarchThe last Virtu' Ferries service for passengers between Malta and Sicily.
21st MarchAll flights from/to all destinations were suspended.
3rd AprilProhibition of non-essential travel between Malta and Gozo.
4th MayRestrictions of non-essential travel between Malta and Gozo were lifted.
1st JulyRe-opening of Malta International Airport.The first group of destinations that reopened for travel comprised: Germany, Austria, Italy, France, Spain, Poland, Cyprus, Switzerland, Iceland, Slovakia, Norway, Denmark, Hungary, Finland, Ireland, Lithuania, Latvia, Estonia, Luxembourg, Czech Republic, Greece and Croatia.
15th JulyRestrictions on all other flight destinations were lifted.
21st AugustFirst cruise liner call since March 2020.

16. More information relating to this news release may be accessed at:

17. References to this news release are to be cited appropriately.

18. For further assistance send your request through our online request form.

19. A detailed news release calendar is available online.

It-Turiżmu Reġjonali: 2022
NR131/2023
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Lulju 2023

Iċ-ċifri mogħtijin fl-ewwel ħames Tabelli ngħataw il-piż tagħhom skont il-popolazzjoni stmata fiċ-Ċensiment tal-2021. Fid-dawl ta’ dan, iċ-ċifri riveduti għall-2021 jieħdu post iċ-ċifri li kienu maħruġin qabel fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet NR 129/2022 tas-26 ta’ Lulju 2022. B’riżultat ta’ din ir-reviżjoni, hemm waqfa temporanja fis-serje. Għalhekk, bħalissa ċ-ċifri ta’ din l-istqarrija ma jistgħux jitqabblu mas-serje kronoloġika li kienet ħarġet qabel.

Happy,Loving,Couple,On,Vacation,In,Malta,,Europe
  • Fl-2022, l-għadd sħiħ taʼ turist li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna laħaq l-460,514. It-turisti domestiċi kienu jammontaw għal 72.0 fil-mija tad-domanda turistika kollha fʼdan ir-reġjun.
  • L-għadd sħiħ taʼ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun taʼ Malta laħqu ż-2,259,454, bit-turisti li ġew minn barra jammontaw għal 98.3 fil-mija tat-turisti kollha li żaru dan ir-reġjun.
  • Matul l-2022, it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni laħaq it-369,000, tnaqqis taʼ 5.0 fil-mija meta mqabbel mal-2021.
  • Għawdex u Kemmuna laqgħu 331,455 turist domestiku, jew 89.8 fil-mija tat-turisti domestiċi kollha. Is-37,545 vjaġġ domestiku li jifdal kienu magħmulin minn residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li żaru r-reġjun taʼ Malta.
  • Fl-2022, it-turisti li ġew MALTA minn barra laħqu ż-2,286,597.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content