News Releases

Il-Qgħad Irreġistrat: Mejju tal-2023
NR117/2023
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Lulju 2023
FʼMejju tal-2023, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 916, li huma tnaqqis taʼ 45 persuna meta mqabblin mal-istess xahar fl-2022.

Tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li, sena għal sena, fʼMejju 2023 kien hemm tnaqqis taʼ 16-il persuna jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad u tnaqqis taʼ 29 persuna li kienu qegħdin jirreġistraw fit-Tieni Parti tal-istess reġistru (Tabelli nri 5 u 8). It-tnaqqis fir-reġistrar deher fil-biċċa l-kbira tal-gruppi tal-età ħlief fʼdawk taħt l-20 sena. L-irġiel kienu jagħmlu 70.4 fil-mija tan-nies kollha fir-reġistru, filwaqt li n-nisa kienu jifformaw id-29.6 fil-mija l-oħra (Tabella nru 1).

Kemm l-għadd taʼ persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa kif ukoll l-għadd taʼ dawk li kienu ilhom fuq ir-reġistru għal aktar minn sena naqas meta mqabblin mal-istess xahar fl-2022. Min-naħa l-oħra, l-oħrajn li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa żdiedu fl-istess perjodu (Tabella nru 2).

FʼMejju 2023, in-numru taʼ persuni bʼdiżabilità li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 18 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq 224 persuna. L-irġiel kienu jgħoddu 77.7 fil-mija tal-għadd sħiħ taʼ dawk imniżżlin fir-reġistru tal-qgħad bħala persuni bʼdiżabilità (Tabella nru 3).

L-irġiel u n-nisa fuq ir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bi 23.1 fil-mija u 37.3 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 4).

Ċart nru 1. Il-qgħad irreġistrat

No Data Found

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. This news release provides data on the number of persons registering for work with Jobsplus.

The National Statistics Office (NSO) publishes another set of statistics regarding unemployment based on the Labour Force Survey (LFS) on a quarterly basis. When compiling LFS statistics, the NSO adopts the International Labour Organisation (ILO) definition, an internationally agreed definition on unemployment. This definition has also been adopted by Eurostat and is used by all EU Member States. More details regarding the methodology used for the compilation of unemployment statistics from the LFS may be found in quarterly LFS news releases.

Since Jobsplus records and LFS results measure two different facets of unemployment, the resulting figures are not comparable. Users are therefore cautioned that these two sets of statistics should not be used interchangeably.

2. As from the release published on 23 February 2016, annual average results are being worked out using a custom-made application which takes into consideration more data points to work out the mean for the year. This approach may give rise to differences resulting from rounding.

3. In April 2019, the NSO introduced a new set of EU-harmonised indicators on monthly unemployment based on the European Labour Force Survey (EC 577/1998).

4. The monthly unemployment rates from December 2022 do not feature in this release since administrative data on the labour supply from this month onwards are not yet available.

5. ISCO 08 is being used to classify occupations sought by the registered unemployed. For more information, check the Structure of the International Standard Classification of Occupations (ISCO-08).
 

6. Definitions:

Registered unemployment rate: refers to the number of registered unemployed persons, both under Part I and Part II, as a percentage of the sum of the full-time registered employed and the total registered unemployed.

In computing the registered unemployment rates for the purpose of this release, only the full-time registered employed is taken into consideration. Persons employed on a part-time basis are not taken into account in this computation.

Registered unemployment rates are not comparable with LFS unemployment rates due to different sources of data collection. While LFS rates are based on sample survey estimates, registered unemployment rates are based on Jobsplus data (registered unemployment data and registered full-time employed).

Long-term registered unemployment rate: refers to those people who have been registering for work for more than twelve months. The long-term unemployment rate is calculated by working out the number of the long-term unemployed under Part I as a percentage of the labour force.

Part I of the unemployment register: those registering under Part I are either new job seekers who have left school, re-entrants into the labour market or individuals who have been made redundant by their former employers.

• Part II of the unemployment register: those registering under Part II are either workers who have been dismissed from work due to disciplinary actions, left work out of their own free will, refused work or training opportunities or were struck off the register after an inspection by Law Enforcement personnel.

The Labour Supply/Labour Force: for the purpose of this release, the labour supply is the sum of the registered unemployed and the full-time gainfully occupied population (excluding part-time employment).

7. The data on unemployment levels is final and not normally subject to revision.

8. More information relating to this news release may be accessed at:                                         

Statistical Concepts                      

Classification 

9. References to this news release are to be cited appropriately.

10. A detailed news release calendar is available online.

Il-Qgħad Irreġistrat: Mejju tal-2023
NR117/2023
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Lulju 2023
Registered Unemployment: May 2023
  • L-għadd taʼ nies li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fʼMejju 2023 naqas bʼ45 persuna fuq Mejju tal-2022.
  • In-numru taʼ persuni bʼdiżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 18-il persuna fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
  • Kien hemm tnaqqis fir-reġistrar għax-xogħol fil-biċċa l-kbira tal-gruppi tal-età ħlief għall-persuni taħt l-20 sena.
  • Impjiegi taʼ appoġġ klerikali kien ix-xogħol l-aktar imfittex minn dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content