Home » L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi: 2022
L-ammont taʼ pannelli fotovoltajċi: 2022
L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħla laħaq it-32,452, li 85.2 fil-mija minnhom kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li 14.8 fil-mija kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port u d-distrett tal-Punent kellhom 37.5 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi b’6,316 u 5,861 installazzjoni, rispettivament. Meta mqabbel mal-2021, l-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħla żdied b’4.9 fil-mija. Iż-żjidiet perċentwali kienu l-ogħla fid-distrett tax-Xlokk (5.7 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett ta’ Għawdex u Kemmuna (4.0 fil-mija) (Tabella nru 1, Mappa nru 1).
Year | National | MALTA | |||||||
NUTS 3 | Malta | Gozo and Comino | |||||||
LAU 1 | Southern Harbour | Northern Harbour | South Eastern | Western | Northern | Gozo and Comino | |||
2020 | 29,241 | 24,848 | 3,805 | 5,666 | 5,001 | 5,319 | 5,057 | 4,393 | |
2021 | 30,925 | 26,318 | 4,030 | 6,024 | 5,313 | 5,585 | 5,366 | 4,607 | |
2022 | 32,452 | 27,661 | 4,223 | 6,316 | 5,615 | 5,861 | 5,646 | 4,791 |
Sors: Ir-Regolatur tal-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma
Is-settur domestiku kien responsabbli għal 93.5 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħla. Min-naħa l-oħra, l-ishma tas-setturi kummerċjali u pubbliċi kienu jilħqu l-5.7 u ż-0.8 fil-mija rispettivament. Il-biċċa l-kbira taż-żjidiet fit-twaħħil tal-pannelli fotovoltajċi ġodda kienu ġejjin mis-settur domestiku. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellu l-ogħla ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħla fis-settur domestiku (Tabella nru 2 u Mapep nri 2 u 3).
No Data Found
L-ewwel tliet mapep juru l-konċentrazzjoni taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja, li fihom data tal-punt fuq ċelloli tal-grilja ta’ 250 m². Ir-rabaʼ mappa turi l-firxa u l-intensità ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi domestiċi għal kull elf ruħ bil-lokalità, u tindika li l-għaxar lokalitajiet fejn l-aktar li kienu mwaħħla pannelli kienu fir-reġjun/distrett ta’ Għawdex u Kemmuna. Meta kienu analizzati r-riżultati skont id-distrett, Għawdex u Kemmuna kellhom medja ta’ 114-il installazzjoni domestika għal kull elf ruħ. Dan kien segwit mid-distretti tal-Punent u tax-Xlokk b’84 u bi 68 installazzjoni, rispettivament. Il-proporzjon l-aktar baxx kien irreġistrat fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port, b’37 installazzjoni għal kull elf ruħ.
Il-produzzjoni tal-enerġija mill-pannelli fotovoltajċi: 2022
Il-kWp totali ammonta għal 221,148.1, li huwa żjieda ta’ 8.3 fil-mija fuq l-2021. Is-settur kummerċjali kellu 52.0 fil-mija tal-kWp totali, segwit minn 45.6 u 2.3 fil-mija fis-setturi domestiċi u pubbliċi, rispettivament. Ir-rata tal-qawwa massima ta’ sistema medja ta’ pannelli fotovoltajċi fis-settur domestiku kienet tilħaq it-3.3 kWp, filwaqt li dik fis-setturi kummerċjali u pubbliċi laħqet it-62.1 u d-19.2 kWp, rispettivament (Tabella nru 3 u Mappa nru 5).
No Data Found
2022
No Data Found
It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2021, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet bi 13.2 fil-mija, u kienet stmata li kellha valur taʼ 289.5 GWh. Il-biċċa l-kbira tal-enerġija kienet iġġenerata mid-distretti tax-Xlokk u tat-Tramuntana fil-livelli ta’ 22.8 u 17.1 fil-mija tal-GWh totali, rispettivament. L-ogħla żjidiet kienu fid-distrett tan-Nofsinhar tal-Port (14.8 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett tal-Punent (9.7 fil-mija) (Tabella nru 4 u Mappa nru 6).
1. The main source of data is the Regulator for Energy and Water Services. Point data showing the location of PV installations was obtained from Enemalta plc.
2. Statistics for years 2021 – 2022 are provisional and may be subject to revision.
3. Definitions:
● Photovoltaic (PV) system: A complete set of components for converting solar radiation into electricity by the photovoltaic process, including the array/s of photovoltaic modules that collect and absorb sunlight for conversion into electricity, inverter/s and associated balance of system components.
● kWp: kilowatt peak – in the solar industry, kilowatt peak means the peak power rating of a panel.
● kWh: kilowatt hour – a unit of energy equal to 1,000 watt-hours. It is normally used as a billing unit for energy delivered to consumers by electricity providers. The units of measurement are as follows:
– kWh: kilowatt hour = 1 thousand watt-hours.
– mWh: megawatt hour = 1 million watt-hours
– GWh: gigawatt hour = 1 billion watt-hours
4. Commercial sector includes industry.
5. Public sector includes institutional households.
6. The term installation refers to a collection of PV panels installed as one PV system.
7. Installation date refers to the date when the PV system is actually connected to the Feed-in Tariffs grid.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced.
10. A detailed news release calendar is available online.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Floriana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |