Home » Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: L-Ewwel Kwart tal-2023
Permessi tal-bini residenzjali u djar approvati
Matul l-ewwel tliet xhur tal-2023, l-għadd ta’ permessi tal-bini maħruġin kien ilaħħaq l-496. Bʼkollox, dawn jissarfu f’2,540 dar ġdida (Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, kien hemm tnaqqis taʼ 18.6 fil-mija fʼdawn il-permessi, filwaqt li l-għadd taʼ postijiet ġodda approvati naqas bʼ20.7 fil-mija. Il-permessi mgħoddija kellhom medja taʼ 5.1 postijiet ġodda (Ċart nru 1).
Note: Għajnsielem and Comino are classified as one locality. However, no building permits were approved in Comino.
It-Tip taʼ djar approvati
Il-biċċa l-kbira tal-postijiet approvati fl-ewwel tliet xhur tal-2023 kienu flattijiet (1,819); warajhom kien hemm il-penthouses (393), il-meżonetti (224), it-terraced houses (74) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (30) (Tabella nru 1). Il-flattijiet ammontaw għal 71.6 fil-mija tal-postijiet residenzjali kollha approvati (Ċart nru 2).
1 Djar “Oħrajn” jinkludu bangalows, djar tal-irziezet u vilel.
L-Ewwel Kwart - 2023
No Data Found
Id-Distretti tad-djar ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, l-għadd taʼ djar ġodda approvati fʼMalta u Għawdex u Kemmuna naqas bi 18.9 fil-mija u 29.0 fil-mija, rispettivament. L-akbar numru taʼ postijiet ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana (599), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (270) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tad-djar approvati2
L-akbar numru taʼ djar ġodda ġew approvati fʼSan Pawl il-Baħar (178). Wara hemm dawk fin-Naxxar (121), il-Mellieħa (120), Ħal Balzan (111) u Birkirkara (100) (Ċart nru 3).
2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bl-għadd taʼ postijiet ġodda approvati tidher fit-Tabella rispettiva tagħhom.
Nota: It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondamenti.
L-Ewwel Kwart - 2023
No Data Found
Districts classification
Southern Harbour
Valletta, Il-Birgu, L-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, Il-Fgura, Il-Furjana, Il-Kalkara, Ħal Luqa, Il-Marsa, Raħal Ġdid,
Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ix-Xgħajra.
Northern Harbour
Ħal Qormi, Birkirkara, Il-Gżira, Il-Ħamrun, L-Imsida, Pembroke, Tal-Pieta’, San Ġiljan, San Ġwann,
Santa Venera, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Ta’ Xbiex.
South Eastern
Iż-Żejtun, Birżebbuġa, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaskala, Marsaxlokk, L-Imqabba, Il-Qrendi, Ħal Safi,
Iż-Żurrieq.
Western
L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi, Ħ‘Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, L-Iklin, Ħal Lija, Ir-Rabat, L-Imtarfa.
Northern
Ħal Għargħur, Il-Mellieħa, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, San Pawl il-Baħar.
Gozo and Comino
Ir-Rabat, Għawdex, Il-Fontana, Għajnsielem and Comino, L-Għarb, L-Għasri, Ta’ Kerċem, Il-Munxar,
In-Nadur, Il-Qala, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija, Iż-Żebbuġ.
Key | ||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Floriana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan | |||
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann | |||
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz | |||
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar | |||
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat | |||
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija | |||
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera | |||
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema | |||
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi | |||
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex | |||
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien | |||
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra | |||
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija | |||
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra | |||
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex | |||
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq | |||
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |