News Releases

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: It-Tielet Kwart tal-2023
NR209/2023
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2023
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Ottubru 2023
Fit-tielet kwart tal-2023 kienu approvati bʼkollox 1,827 residenza ġdida. Dan l-ammont juri tnaqqis taʼ 12.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning. Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp li jkun ġej fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul it-tielet kwart tal-2023, inħarġu 384 permess tal-bini għal total ta’ 1,827 residenza ġdida (Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, kien hemm tnaqqis taʼ 13.9 fil-mija fʼdawn il-permessi kif ukoll tnaqqis taʼ 12.7 fil-mija fin-numru taʼ residenzi ġodda approvati. Il-permessi mgħoddija kellhom medja taʼ 4.8 residenzi ġodda (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): It-Tielet Kwart tal-2023
Map1 Q3_2023

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

Ċart nru 1. Il-Permessi għall-bini residenzjali u r-residenzi ġodda approvati, biż-żmien

It-Tip taʼ residenzi approvati1

Il-biċċa l-kbira tar-residenzi approvati fit-tielet kwart tal-2023 kienu appartamenti (1,337); warajhom kien hemm il-penthouses (276), il-meżonetti (141), it-terraced houses (61) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (12) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 73.2 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bangalows, farmhouses u vilel.

Ċart nru 2. It-taqsim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip

It-tielet kwart - 2023

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bʼ6.5 fil-mija, mentri dak fʼGħawdex u fʼKemmuna naqas bʼ35.5 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (528), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (160) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati2

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda ġew approvati fʼSan Pawl il-Baħar (222). Warajhom, hemm dawk fil-Mosta (110), fʼBirkirkara (107), fʼĦal Qormi (85) u fʼTas-Sliema (82) (Ċart nru 3).

2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fit-Tabella tagħha.

Ċart nru 3. Ir-residenzi ġodda approvati, bil-lokalità

It-tielet kwart - 2023

Methodological Notes

1. The data source of this news release is the Maltese Planning Authority. It includes approved building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4.  More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
 
For further assistance please submit your query through the online request form.
 
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: It-Tielet Kwart tal-2023
NR209/2023
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2023
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Ottubru 2023
A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning.
  • Fit-tielet kwart tal-2023, inħarġu 384 permess tal-bini għal total taʼ 1,827 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bi 12.7 fil-mija.
  • L-appartamenti ammontaw għal 73.2 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (222) kien irreġistrat fʼSan Pawl il-Baħar.
Graphical Illustration of MALTA by NUTS Classification

Districts classification

Southern Harbour
Valletta, Il-Birgu, L-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, Il-Fgura, Il-Furjana, Il-Kalkara, Ħal Luqa, Il-Marsa, Raħal Ġdid,
Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ix-Xgħajra.

Northern Harbour
Ħal Qormi, Birkirkara, Il-Gżira, Il-Ħamrun, L-Imsida, Pembroke, Tal-Pieta’, San Ġiljan, San Ġwann,
Santa Venera, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Ta’ Xbiex.

South Eastern
Iż-Żejtun, Birżebbuġa, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaskala, Marsaxlokk, L-Imqabba, Il-Qrendi, Ħal Safi,
Iż-Żurrieq.

Western
L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi, Ħ‘Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, L-Iklin, Ħal Lija, Ir-Rabat, L-Imtarfa.

Northern
Ħal Għargħur, Il-Mellieħa, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, San Pawl il-Baħar.

Gozo and Comino
Ir-Rabat, Il-Fontana, Għajnsielem and Comino, L-Għarb, L-Għasri, Ta’ Kerċem, Il-Munxar,
In-Nadur, Il-Qala, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija, Iż-Żebbuġ.

Graphical Illustration of MALTA by LAU 2 Classification

District-map
Key
1 Valletta 18 Floriana 35 Marsaskala 52 San Ġiljan
2 L-Imdina 19 Il-Fontana 36 Marsaxlokk 53 San Ġwann
3 Il-Birgu 20 Il-Gudja 37 Il-Mellieħa 54 San Lawrenz
4 L-Isla 21 Il-Gżira 38 L-Imġarr 55 San Pawl Il-Baħar
5 Bormla 22 Għajnsielem and Comino 39 Il-Mosta 56 Ta' Sannat
6 Ħal Qormi 23 L-Għarb 40 L-Imqabba 57 Santa Luċija
7 Ħaż-Żebbuġ 24 Ħal Għargħur 41 L-Imsida 58 Santa Venera
8 Ħaż-Żabbar 25 L-Għasri 42 Il-Munxar 59 Tas-Sliema
9 Is-Siġġiewi 26 Ħal Għaxaq 43 In-Nadur 60 Is-Swieqi
10 Iż-Żejtun 27 Il-Ħamrun 44 In-Naxxar 61 Ta' Xbiex
11 Ir-Rabat, Għawdex 28 L-Iklin 45 Raħal Ġdid 62 Ħal Tarxien
12 Ħ'Attard 29 Il-Kalkara 46 Pembroke 63 Ix-Xagħra
13 Ħal Balzan 30 Ta' Kerċem 47 Tal-Pieta' 64 Ix-Xewkija
14 Birkirkara 31 Ħal Kirkop 48 Il-Qala 65 Ix-Xgħajra
15 Birżebbuġa 32 Ħal Lija 49 Il-Qrendi 66 Iż-Żebbuġ, Għawdex
16 Ħad-Dingli 33 Ħal Luqa 50 Ir-Rabat, Malta 67 Iż-Żurrieq
17 Il-Fgura 34 Il-Marsa 51 Ħal Safi 68 L-Imtarfa
Residential Building Permits Q3 2023-01
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content