News Releases

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Settembru tal-2023
NR180/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Ottubru 2023
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Ottubru 2023
FʼSettembru 2023, il-Kuntratti taʼ bejgħ u il-Konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali ammontaw għal 815 u 1,026, rispettivament. Meta mqabblin maʼ dawk irreġistrati fl-istess xahar taʼ sena qabel, dawn iċ-ċifri juru tnaqqis taʼ 23.6 fil-mija fil-kuntratti taʼ bejgħ u żieda taʼ 5.3 fil-mija fil-konvenji.

Real,Estate,Agent,Hand,Over,Property,Or,New,Home,Keys

Din l-Istqarrija tal-Aħbarijiet tippreżenta tagħrif proviżorju dwar tranżazzjonijiet taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali skont id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità tat-taxxa.

Kuntratti taʼ Bejgħ

F’Settembru 2023, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 815, li juri tnaqqis taʼ 23.6 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati sena qabel (Tabella nru 1a, Ċart nru 1). Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq il-€227.8 miljun, tnaqqis taʼ 9.1 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat f’Settembru 2022 (Tabella nru 2a).

Fix-xahar taʼ referenza, 749 jew 91.9 fil-mija tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn xerrejja individwali (familji), filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmula minn kumpaniji (Tabella nru 1b). Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu xerrejja individwali (familji) kien jammonta għal €181.9 miljun, li huwa ekwivalenti għal 79.9 fil-mija tal-valur totali (Tabella nru 2b).

Kuntratti taʼ bejgħ bid-distrett u l-lokalità

F’Settembru 2023, l-akbar għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 261 u 140 kuntratt, rispettivament. L-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent, u fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, bʼ74 u bi 98 kuntratt, rispettivament (Tabella nru 3).

Ċart nru 1. Kuntratti taʼ bejgħ u konvenji rreġistrati

Taʼ kull xahar

No Data Found

L-akbar għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (54), Birkirkara (50) u Marsaskala (40) (Tabella nru 7, Ċart nru 2a). Dawn il-kuntratti kienu jgħoddu għal 17.7 fil-mija tal-kuntratti kollha rreġistrati f’Settembru 2023.

Ċart nru 2a. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼSettembru 2023

Kuntratti taʼ bejgħ

No Data Found

It-tielet kwart tal-2023

Fit-tielet kwart tal-2023, kienu rreġistrati 2,835 kuntratt taʼ bejgħ, li jiġu ekwivalenti għal tnaqqis taʼ 21.1 fil-mija fuq l-istess perjodu taʼ sena ilu (Tabella nru 1a). Il-valur taʼ dawn il-kuntratti niżel bi 8.9 fil-mija sabiex ammonta għal €783.2 miljun (Table nru 2a). L-akbar numri taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼSan Pawl Il-Baħar (224), Birkirkara (138) u Il-Mosta (134) (Table nru 7).

Konvenji

F’Settembru 2023, kienu rreġistrati 1,026 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fʼżieda taʼ 5.3 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel (Tabella nru 4a, Ċart nru 1). Ix-xerrejja individwali (familji) li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 926 jew 90.3 fil-mija, filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji (Tabella nru 4b).

Konvenji bid-distrett u l-lokalità

L-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bi 322 konvenju; segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bin-numru ta’ konvenji jammonta għal 201. Min-naħa l-oħra, l-inqas ammonti taʼ konvenji dehru fid-Distrett tal-Punent, u fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, bʼ86 u bʼ112-il konvenju, rispettivament (Tabella nru 5).

L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (101), L-Imsida (59) u Birkirkara (53) (Tabella nru 9, Ċart nru 2b). Dawn il-konvenji kienu jgħoddu għal 20.8 fil-mija tal-konvenji kollha rreġistrati fʼSettembru 2023.

It-tielet kwart tal-2023

Fit-tielet kwart tal-2023, kienu rreġistrati 3,081 konvenju, żieda taʼ 8.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4a). L-akbar numri taʼ konvenji kienu rreġistrati fʼSan Pawl Il-Baħar (288), L-Imsida (170) u Birkirkara (144) (Tabella nru 9).

Ċart nru 2b. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼSettembru 2023

Konvenji

No Data Found

Additional Tables and Charts

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Settembru tal-2023
NR180/2023
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Ottubru 2023
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Ottubru 2023
Real,Estate,Agent,Hand,Over,Property,Or,New,Home,Keys
  • F’Settembru 2023, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali ammonta għal 815, li juri tnaqqis ta’ 252 kuntratt meta mqabbel ma’ dawk li kienu rreġistrati sena qabel.
  • Fl-istess xahar, kienu rreġistrati 1,026 konvenju, li juru żieda ta’ 52 wieħed meta mqabblin ma’ dawk tas-sena li għaddiet.
  • Meta mqabblin mal-ammonti rreġistrati fl-2022, il-kuntratti ta’ bejgħ naqsu bi 23.6 fil-mija, filwaqt li l-konvenji żdiedu b’5.3 fil-mija.

Methodological Notes

1. This news release presents data on property transactions based on final deeds of sale and promise of sale agreements (‘konvenji’) registered with the tax authority. The qualifier ‘period of registration’ common to the tables refers to such registration. Basing the data on the period when the final deed of sale or promise of sale agreement is registered with the tax authority, rather than when it is signed, is considered to produce more timely information.

2. The scope of this release follows the classification of the administrative data source, and includes only those transactions classified as ‘residential’ by the source. The data presented covers the following property types: airspace, boathouse, bungalow, farmhouse, flat/apartment, garage, garden, house, maisonette, penthouse, plot of land, semi-detached villa, terraced house, ‘terran’, urban tenement, and villa.

3. Excluded are transactions classified as ‘commercial’, comprising of business premises and warehouse/storeroom, and those classified as ‘other’, a category that incorporates car space, field, grave and redemption of ground rent, amongst others.

4. Therefore, deeds/agreements relating to land for residential purposes (‘plot of land’) are included, while those pertaining to land for non-residential purposes (‘field’) are not.

5. Only deeds/agreements relating to the sale of property, which also includes sale by auction (‘subasta’) and sale after assignment of rights, are considered. Therefore, donations and exchanges, amongst others, are not included.

6. In this news release, a promise of sale agreement is accounted for only once, and included at the time of registration with the tax authority. Therefore, if a promise of sale is extended to a later date, that record is excluded from the statistics presented in this news release.

7. In the light of notes 2, 3, 4, 5 and 6, this release must be viewed as a sub-set of all the property transactions and activities registered with the tax authority that take place during a given period.

8. In some cases, more than one property is listed under the same final deed of sale or promise of sale agreement. This release reports the number of registered final deeds of sale and promise of sale agreements, and not the number of properties falling under these deeds/agreements.

9. The residential property transactions considered are not limited to individuals (households), but may also involve other economic agents. Besides individuals, the administrative data source distinguishes between companies, authorities and bodies of persons.

10. The districts, clusters and localities referred to in this news release correspond to the location of the property which has been or shall be purchased, not to the place of residence of the buyer or seller.

11. To achieve consistency, the methodological concepts used are aligned to the extent possible with the House Price Index concepts.

12. Users are reminded of several factors which might inhibit comparability between data on final deeds of sale and promise of sale agreements. These differences include: a) the time lag between promise of sale agreements and final deeds of sale; b) certain property being sold without a promise of sale agreement; and c) some promise of sale agreements falling through before the final contract is signed.

13. Data is provisional and subject to revisions, which may arise following updates in the source data.  

14. More information relating to this news release may be accessed at Classification of Localities by Cluster.             

15. References to this news release are to be cited appropriately.            

16. A detailed news release calendar is available online.

17. For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content