Home » L-Aċċidenti tat-Traffiku: It-Tielet Kwart tal-2023
L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tielet kwart tal-2023 laħaq l-4,351, li huwa żieda taʼ 7.1 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2022. L-akbar numru taʼ aċċidenti ġew irreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,514 każ jew 34.8 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).
It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bi 4.9 fil-mija sabiex niżel għal 427 meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022. Il-persuni midrubin gravi ammontaw għal 115, u kienu magħmulin minn 66 sewwieq, 16-il passiġġier u 33 persuna miexja/ċiklisti/oħrajn. It-tidrib sofrut minn wieħed mis- sewwieqa kien fatali (Tabelli nri 4-6). Matul it-tielet kwart tal-2023, l-imwiet mill-aċċidenti tat-traffiku naqsu b’ħamsa meta mqabblin mal-istess perjodu fl-2022 (Ċart nru 1).
L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (77.4 fil-mija). Barra minn hekk, il-fatalita’ li ġiet ikkawżata mill-aċċident tat-traffiku involviet raġel. Fir-rigward tal-gruppi ta’ età, l-ogħla ammont ta’ diżgrazzji (37.2 fil-mija) involva persuni fil-grupp ta’ età bejn is-26 u l-40 sena (Tabella nru 5).
No Data Found
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (52.7 fil-mija) kien involva karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk l-aċċidenti li kienu jinvolvu l-muturi (36.8 fil-mija) u l-vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (5.2 fil-mija). L-inċident fatali involva ħabta bejn vettura u oħra li ħalliet sewwieq mejjet. L-għadd taʼ ċiklisti li kienu involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħqu tmienja, li ħamsa minnhom indarbu ħafif, tnejn indarbu gravi u wieħed sofra ġrieħi insinifikanti (Tabelli nru 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien jifforma l-akbar numru taʼ tidrib bʼ67.2 fil-mija tat-tidrib kollu li ġara fʼdawn l-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).
Fil-jum tal-Ġimgħa ġraw l-akbar għadd taʼ tidrib bʼ72 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġraw fil-jum tat-Tnejn bʼ692 każ jew 15.9 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew fil-ħin taʼ bejn id-disgħa u nofsinhar (09:00-11:59) bʼ1,002 każijiet jew 23.0 fil-mija tat-total; segwiti minn dawk li ġraw bejn it-tlieta u s-sitta ta’ wara nofsinhar (15:00 – 17:59) bʼ914-il każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn it-tlieta u s-sitta taʼ filgħodu (03:00-05:59) bi 63 każ (Tabella nru 9).
L-ogħla inċidenza taʼ aċċidenti tat-traffiku kienu rreġistrati fʼSan Pawl il-Baħar bʼ254 każ, segwit bʼBirkirkara u Ħal Qormi, bʼ248 u bʼ245 każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).
Taʼ Kerċem, Il-Fontana u San Lawrenz rreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).
Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Lulju-Settembru 2023
Id-distretti kollha irreġistraw żieda fl-aċċidenti tat-traffiku, barra d-distrett tal-Punent, li rreġistra tnaqqis żgħir, meta mqabbel mat-tielet kwart tas-sena ta’ qabel. Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-ogħla żieda perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku fit-toroq bi 11.6 fil-mija, segwit mid-distrett tat-Tramuntana tal-Port b’9.1 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).
Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Lulju-Settembru 2023/2022
Nota: Fid-distrett tal-Punent, it-tnaqqis perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku kien negliġibbli.
July-September 2023
No Data Found
July-September 2023
No Data Found
Note: Percentages may not add up due to rounding
July-September 2023
No Data Found
July-September 2023
No Data Found
1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).
2. Definitions:
a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (Police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (Police and Warden reports).
b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by Wardens and/or the Police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to Insurance Agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no Police or Wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.
c. Insignificant injury is determined by the Police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.
d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
f. UNECE defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.
g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions. For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of Magisterial Inquiry.
3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).
4. Data is subject to revision.
5. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and Methods
Statistical Concepts
LAU Classification
NUTS Classification
6. Statistics in this News Release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
7. References to this news release are to be cited appropriately.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. For further assistance send your request through our online request form.
Districts classification
Southern Harbour
Bormla; Il-Fgura; Il-Furjana; Ħal Luqa; Ħaż-Żabbar; Il-Kalkara; Il-Marsa; Raħal Ġdid; Santa Luċija; L-Isla; Ħal Tarxien; Valletta; Il-Birgu; Ix-Xgħajra.
Northern Harbour
Birkirkara; Il-Gżira; Ħal Qormi; Il-Ħamrun; L-Imsida; Pembroke; San Ġwann; Santa Venera; San Ġiljan; Is-Swieqi; Ta’ Xbiex; Tal-Pietà; Tas-Sliema.
South Eastern
Birżebbuġa; Il-Gudja; Ħal Għaxaq; Ħal Kirkop; Ħal Safi; Marsaskala; Marsaxlokk; L-Imqabba; Il-Qrendi; Iz-Żejtun; iz-Żurrieq.
Western
Ħad-Dingli; Ħal Balzan; Ħal Lija; Ħ’Attard; Ħaż-Żebbuġ; L-Iklin; L-Imdina; L-Imtarfa; Ir-Rabat; Is-Siġġiewi.
Northern
Ħal Għargħur; Il-Mellieħa; L-Imġarr; Il-Mosta; In-Naxxar; San Pawl Il-Baħar.
Gozo and Comino
Il-Fontana; Għajnsielem and Comino; L-Għarb; L-Għasri; Il-Munxar; In-Nadur; Il-Qala; San Lawrenz; Ta’ Kerċem; Ta’ Sannat; Ir-Rabat; Ix-Xagħra; Ix-Xewkija; Iż-Żebbuġ.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Il-Furjana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |