Home » It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: It-Tielet Kwart tal-2023
It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn Lulju u Settembru 2023, saru total ta’ 11,840 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,977,673 passiġġier (Tabella nru 1). Lulju kien l-aktar xahar imħabbat meta fih saru total ta’ 4,073 vjaġġ jew 34.4 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,711,887 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tielet kwart tal-2023, li hija żieda ta’ 7.6 fil-mija meta mqabbla mal-istess tliet xhur tal-2022. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu — 597,290 jew 34.9 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied b’1.6 fil-mija, b’total ta’ 580,346 (Tabelli nri 2 u 3).
Fit-tielet kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,203, li hija żieda taʼ 0.7 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2022 (Tabella nru 2). FʼLulju kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,104 jew 33.7 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn Jannar u Settembru 2023, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku taʼ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa. Min-naħa l-oħra, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku taʼ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. (Ċarts nri 4 u 5).
No Data Found
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u u l-Belt Valletta
Matul it-tielet kwart tal-2023, saru total ta’ 2,637 vjaġġ li ġarrew total ta’ 265,786 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2022, l-għadd ta’ vjaġġi żdied b’14.9 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bi 33.5 fil-mija. Ix-xahar taʼ Lulju rreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 969 jew 36.7 fil-mija tal-vjaġġi kollha għat-trimestru, filwaqt li Awwissu rreġistra l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 96,202 jew 36.2 fil-mija tal-passiġġieri kollha fit-tielet kwart tas-sena (Tabella nru 7).
Lulju-Settembru
No Data Found
Jannar-Settembru
No Data Found
Jannar-Settembru
No Data Found
Jannar-Settembru
No Data Found
Jannar-Settembru
No Data Found
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
Vessel | Vehicles | Passengers |
---|---|---|
MV Gaudos | 72 | 900 |
MV Malita | 138 | 900 |
MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer)/ 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 04/01/2021-11/02/2021.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos started operating on 13/06/2019.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022 and 18/04/2023-26/04/2023.
4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
Vessel | Passengers |
---|---|
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry Ltd) | 296 |
Your Faith (Gozo Fast Ferry Ltd) | 296 |
Gozo Express (Virtu Ferries Ltd)* | 308 |
San Franġisk (Virtu Ferries Ltd) | 316 |
*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries Ltd) replaced San Pawl (Virtu Ferries Ltd) on 17/05/2022.
5. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
6. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
7. The data is not normally subject to revision.
8. References to this news release are to be cited appropriately.
9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
10. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
11. A detailed news release calendar is available online.