Home » L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: L-Ewwel Kwart tal-2023
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tas-servizzi naqas bʼ1.1 fil-mija bejn l-aħħar kwart tal-2022 u l-ewwel kwart tal-2023.
L-akbar żjieda dehret fl-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (23.1 fil-mija). Wara dan, kien hemm żjidiet fl-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (14.6 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (8.0 fil-mija), fit-Trasport u ħażna (4.5 per cent), fil-Kummerċ bl-imnut (2.6 per cent), u fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (1.1 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-fatturat tal-kummerċ bl-ingrossa (21.7 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (8.9 per cent), u fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (4.4 fil-mija (Tabella nru 1).
Bejn r-rabaʼ kwart tal-2022 u l-ewwel kwart tal-2023, l-għadd ta’ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) żdiedu bi 2.8 fil-mija, 3.6 fil-mija u 2.3 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Sena għal sena, fl-ewwel kwart tal-2023, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi żdied bi 15 fil-mija wara l-aġġustar għall-għadd ta’ jiem tax-xogħol. Kienu rreġistrati żjidiet fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (42.3 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (35.4 fil-mija), fit-Trasport u l-ħażna (18.6 fil-mija), fil-Kummerċ bl-ingrossa (17.2 fil-mija), fil-Kummerċ bl-imnut (10.5 fil-mija), fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (9.2 fil-mija), fl-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (6.9 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (6.4 fil-mija) u fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (2.4 fil-mija) (Tabella nru 2).
L-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u salarji gross (Tabella nru 6) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bʼ7.3 fil-mija, 12.1 fil-mija u 6.5 fil-mija, rispettivament, fuq l-ewwel kwart tal-2022.
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
NACE Section/ Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours Worked | Wages and Salaries |
---|---|---|---|---|---|
G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 54.1 | 33.0 | 30.5 | 26.5 |
G45 | Motor trade | 3.4 | 2.7 | 2.2 | 1.8 |
G46 | Wholesale trade | 33.1 | 11.4 | 12.9 | 13.0 |
G47 | Retail trade | 17.6 | 19.0 | 15.3 | 11.7 |
H | Transportation and storage | 10.6 | 11.1 | 12.7 | 16.5 |
I | Accommodation and food services activities | 6.4 | 18.8 | 17.6 | 13.4 |
J | Information and communication | 9.6 | 7.9 | 9.7 | 13.6 |
L | Real estate activities | 3.1 | 1.8 | 1.3 | 1.4 |
M | Professional, scientific and technical activities | 9.7 | 11.6 | 11.1 | 13.5 |
N | Administrative and support services activities | 6.5 | 15.8 | 17.1 | 15.1 |
7. More information relating to this news release may be accessed at:
8. References to this news release are to be cited appropriately.
9. A detailed news release calendar is available online.