News Releases

L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2022
NR124/2023
Data tal-Ħruġ: 17 taʼ Lulju 2023
Aġġornata: 18 taʼ Lulju 2023
Tagħrif amministrattiv mogħti minn Malta Libraries wera li, fl-2022, it-tislif tal-kotba laħaq is-659,616, li huwa żjieda ta’ 38,414, jew 6.2 fil-mija, fuq is-sena ta’ qabel. Wara t-tnaqqis fit-tislif tal-kotba fl-2020, li kien miġjub mit-tifqigħa tal-pandemija, it-tislif tal-kotba mil-libreriji pubbliċi rreġistra żjieda għat-tieni sena wara l-oħra.

Meta mqabblin mas-sena ta’ qabel, il-libreriji pubbliċi fid-distretti tal-Punent u t-Tramuntana rreġistraw l-akbar żjidiet fit-tislif tal-kotba, bir-rati ta’ 20.0 fil-mija u 19.8 fil-mija rispettivament. FʼGħawdex, il-biċċa l-kbira tat-tislif kien rreġistrat fil-librerija pubblika tar-Rabat bʼ29,061, segwit mil-librerija pubblika tan-Nadur b’17,193 tislifa (Tabella nru 3).

Il-libreriji reġjonali f’Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ kellhom ħafna miż-żjieda fit-tislif tal-kotba fost il-libreriji tad-distrett tal-Punent, b’tali mod li flimkien kellhom aktar minn nofs iż-żjieda f’dan id-distrett fl-aħħar sena. B’riferenza għad-distrett tat-Tramuntana, il-libreriji pubbliċi tal-Mosta u n-Naxxar irreġistraw il-biċċa l-kbira tat-tislif bir-rati taʼ 49.7 fil-mija u 14.7 fil-mija tal-għadd kollu fid-distrett, rispettivament. (Tabella nru 3).

Min-naħa l-oħra, il-libreriji pubbliċi tad-distrett tax-Xlokk irreġistraw tnaqqis ta’ 4.7 fil-mija fit-tislif tal-kotba. Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-akbar tnaqqis fit-tislif tal-kotba mil-libreriji pubbliċi kien irreġistrat fl-Imqabba bʼ27.9 fil-mija. Min-naħa l-oħra, fl-istess distrett kienet irreġistrata żjieda ta’ 52.4 fil-mija fit-tislif mil-librerija pubblika ta’ Ħal Kirkop (Tabella nru 3).

Fl-2022, il-libreriji pubbliċi kisbu 32,124 ktieb, li huwa tnaqqis ta’ 16.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fit-tiksib tal-kotba diġitali li naqsu b’77.4 fil-mija. Warajhom, kien hemm d-donazzjonijiet tal-kotba bi tnaqqis ta’ 16.1 fil-mija. Min-naħa l-oħra, meta mqabblin mas-sena ta’ qabel, il-libreriji pubbliċi rreġistraw żjieda ta’ 14.7 fil-mija fil-ksib tal-kotba permezz tax-xiri (Tabella nru 1).

Fl-2022, il-membri l-ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu l-5,947, liema ċifra hija żjieda ta’ 73.1 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bl-istess mod, is-sehem ta’ persuni taħt l-età ta’ 18-il sena fost il-membri l-ġodda tal-librerija tela’ minn 52.1 għal 56.5 fil-mija (Tabella nru 2).

L-għadd ta’ kotba u rivisti li waslu għand il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta b’depożitu legali laħaq it-881, li huwa tnaqqis ta’ 11.0 fil-mija meta mqabbel mal-2021. Is-sena li għaddiet, in-numru ta’ kotba qabeż in-numru ta’ rivisti (Tabella nru 4).

L-istatistika tal-kummerċ internazzjonali wriet li, is-sena li għaddiet, kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ materjal stampat ta’ kotba u rivisti żdiedu. L-importazzjoni żdiedet b’21.9 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bi 8.2 fil-mija (Tabella nru 5). Fl-istess ħin, it-tagħrif tal-Kontijiet Nazzjonali wera li n-nefqa totali tal-konsum finali privat fuq il-kotba; u l-gazzetti u r-rivisti żdiedet b’10.6 fil-mija u 2.4 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 6).

Ċart nru 1. Il-ksib u t-tislif tal-kotba

Ċart nru 2. Il-membri ġodda tal-libreriji

No Data Found

Ċart nru 3. Is-sħubiji l-ġodda fil-libreriji bil-kategorija (%)

2022

No Data Found

Nota: ‘Oħrajn’ tinkludi Mistednin, Membri tal-istaff u Għalliema.

L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2022
NR124/2023
Data tal-Ħruġ: 17 taʼ Lulju 2023
Aġġornata: 18 taʼ Lulju 2023
Book,Stack,On,Wood,Desk,And,Blurred,Bookshelf,In,The
  • It-tislif totali tal-kotba laħaq is-659,616, li hija żjieda ta’ 38,414, jew 6.2 fil-mija, fuq is-sena taʼ qabel.
  • Il-libreriji pubbliċi fid-distretti tal-Punent u tat-Tramuntana rreġistraw l-akbar żjidiet fit-tislif tal-kotba, b’20.0 fil-mija u 19.8 fil-mija rispettivament.
  • Fl-2022, il-membri l-ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu l-5,947, li hija żjieda ta’ 73.1 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel.
 

Methodological Notes

1. Malta Libraries is the public entity which took over the functions of the Libraries Department in 2011. It is responsible for the Malta and Gozo National Libraries, the Central Public Library, the Regional Libraries, the Branch Libraries and the Gozo Public Libraries.

2. With reference to Table 2, from 2019 the new members in the Intermediate 13-17 age group are calculated by taking into account the enrolment of secondary school students as part of the migration process of school libraries onto the Malta Libraries platform.

3. In Table 5, goods are classified according to the Harmonised System division codes:

● 4901 – Printed books, brochures, leaflets and similar printed matter, whether or not in single sheets.
● 4902 – Newspapers, journals and periodicals, whether or not illustrated or containing advertising material.

4. In Table 6, ‘Miscellaneous printed matter’ includes:

● catalogues and advertising material;
● posters, plain or picture postcards, calendars;
● greeting cards and visiting cards, announcement and message cards;
● maps and globes.

and excludes:

● pre-franked postcards and aerogrammes;
● stamp albums.

5. References to this news release are to be cited appropriately.

6. Statistics in this News Release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation. Due to the pandemic restrictions, libraries were closed between 30th March and 25th June 2020.

During 2021, both Central Public Libraries as well as the Regional and Branch Libraries across Malta and Gozo operated on restricted schedules during the first and second quarter of the year. None of the libraries were closed.

7. A detailed news release calendar is available online.

9. For further assistance, please submit your query through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content