News Releases

L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2022
NR097/2023
Data tal-Ħruġ: 1 taʼ Ġunju 2023
Fi tmiem l-2022, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali laħaq id-€9,003.4 miljun, jew 53.4 fil-mija tal-PDG, li huwa żjieda taʼ €739.5 miljun fuq l-2021.

Fis-sena 2022, il-qasam tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellu l-akbar sehem fid-Dejn tal-Gvern bʼ60.4 fil-mija. Dan kien segwit mill-Bqija tad-Dinja bʼsehem taʼ 22.0 fil-mija. Is-sehem fid-dejn tal-Istituzzjonijiet li jservu lid-djar mingħajr għan taʼ qligħ (NPISH) kien ilaħħaq il-15.7 fil-mija, li huwa tnaqqis taʼ 7.6 punti perċentwali meta mqabbel mad-dejn li kellhom fl-2019. Il-qasam tal-Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji kellu 1.9 fil-mija tad-dejn. Bejn l-2019 u l-2022, il-qasam tal-Bqija tad-Dinja kellu l-akbar żjieda fiż-żamma tad-dejn tal-Gvern, bʼżjieda taʼ 6.9 punti perċentwali (Tabella nru 1).

Ċart 1. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali

It-titoli tad-dejn, li jinkludu l-Istokks tal-Gvern taʼ Malta u l-Kambjali tat-Teżor, huma l-istrument tad-dejn preferut mill-Gvern, bʼ€7.7 biljun, jew 85.1 fil-mija, tad-dejn kollu fl-2022. Strumenti oħrajn tad-dejn huma s-Self u l-Munita bʼ9.6 fil-mija u bʼ5.3 fil-mija, rispettivament. L-akbar żjieda kienet irreġistrata fit-Titoli tad-Dejn (€820.9 miljun), li hija qabelxejn marbuta mal-ħlas tan-nefqiet tal-Baġit, ikluż il-ħlas għall-miżuri ta’ għajnuna għall-Enerġija u l-ħlas sabiex jittaffew l-effetti tal-Pandemija tal-Covid-19 (Tabella nru 2).

Ċart 2. Detenturi tad-dejn bil-qasam istituzzjonali (%)

No Data Found

Ċart 3. Id-dejn bl-istrument finanzjarju (%)

No Data Found

Ċart 4. Id-dejn nominali mqabbel mad-dejn tas-suq

€ miljuni

No Data Found

Kważi d-dejn kollu li l-Gvern għandu jagħti qiegħed fil-munita nazzjonali (Tabella nru 3).

L-ispiża apparenti tad-dejn, li hija r-rata tal-imgħax applikabbli fuq id-dejn nominali kollu, kienet taʼ 1.9 fil-mija fl-2022, meta mqabbla mat-3.3 fil-mija fl-2019. Il-qies tal-ispejjeż tas-self jirrifletti r-rati tal-imgħax fiż-żmien meta jkun sar it-tislif, u minħabba li d-dejn huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu għal żmien twil, dan l-indikatur mhux sensittiv għar-rati tal-imgħax taʼ dan iż-żmien (Tabella nru 4). 

Għall-2022, il-valur tas-self tal-Gvern fis-suq huwa stmat li jiswa mat-€8.4 biljun, meta mqabbel mal-valur nominali taʼ €9.0 biljun. Filwaqt li d-dejn nominali żdied bʼ€739.5 miljun, id-dejn bil-prezz tas-suq naqas bʼ€734.2 miljun minħabba l-inflazzjoni għolja u ż-żjidiet fir-rati tal-imgħax li ġew warajha (Tabella nru 5).

Fis-sena miflija minn din l-istqarrija, l-istruttura taż-żmien tad-dejn skont il-maturità inizjali turi li €2.8 biljun, jew 31.4 fil-mija, tad-dejn kien ħareġ bʼmaturità taʼ bejn 15 u 30 sena. Wara dan, kien hemm id-dejn li jagħlaq fi żmien taʼ minn sena sa ħames snin (16.2 fil-mija), taʼ minn ħames snin sa sebaʼ snin (13.9 fil-mija), taʼ minn sebaʼ sa għaxar snin (13.6 fil-mija), taʼ minn għaxra sa ħmistax-il sena (10.3 fil-mija), taʼ inqas minn sena (10.3 fil-mija) u taʼ aktar minn tletin sena (4.3 fil-mija) (Tabella nru 6).

Id-dejn sħiħ tal-2022, kien baqagħlu medja taʼ tmien snin u erbaʼ xhur sabiex jagħlaq, li huma sebaʼ xhur anqas minn dak fl-2021 u xahrejn anqas minn dak fl-2019. Fl-2022, il-biċċa l-kbira tad-dejn, €2.3 biljun, kien baqagħlu bejn sena u ħames snin sabiex jagħlaq. Warajh, kien hemm dak bʼmaturità taʼ bejn sebgħa u għaxar snin (€1.8 biljun) u dak taʼ anqas minn sena (€1.3 biljun) (Tabella nru 7).

Ċart 5. Id-dejn bil-maturità inizjali u bʼdik li baqagħlu

€ miljuni

No Data Found

Fl-2022, il-garanziji tal-Gvern fuq is-self kienu jlaħħqu l-€1.2 biljun, jew 6.9 fil-mija tal-PDG. Dan huwa tnaqqis taʼ €50.1 miljun fuq l-2021. L-akbar għadd taʼ garanziji tal-Gvern kienu maħruġin għall-qasam tal-Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji, li kienu jgħoddu 61.8 fil-mija tal-garanziji kollha. L-oqsma tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji, tal-Bqija tad-Dinja, u tal-NPISH ingħataw 34.4, 3.0 u 0.7 fil-mija taʼ dawn il-garanziji, rispettivament.  Il-garanziji tal-Gvern huma obbligazzjonijiet kontinġenti għal dak li jistaʼ jinqalaʼ, u għalhekk ma humiex inklużi mad-dejn tal-Gvern (Tabella nru 8).

Iċ-ċifri tad-dejn tal-Gvern li qed jiġu rrappurtati fʼdin l-istqarrija jaqblu man-notifika tal-EDP taʼ April 2023 kif maħruġa fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet Nru 067/2023 bid-data tal-21 taʼ April.

Ċart 6. Il-benefiċjarji tal-garanziji tal-Gvern bil-qasam istituzzjonali

No Data Found

Methodological Notes

1. This release presents Government debt in line with the methodology defined in the Maastricht Treaty (Article 104). The basic conceptual reference framework for this exercise is the ESA 2010 Manual on Government Deficit and Debt (2019 edition) which is in turn based on the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010). This compliance with the reference framework allows for the international comparability of the data.

2. General Government Sector (S.13 sector according to the ESA 2010 definitions) is made up of the Central Government Sector (S.1311) and the Local Government Sector (S.1313). The Central Government Sector includes the Budgetary Central Government, made up of Government Ministries and Departments and the Extra Budgetary Units (EBUs).

3. Figures in the tables presented may not add up due to rounding.

4. Data may be subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts 

Metadata

Statistical Database

Eurostat Statistical Database

6. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced.

7. A detailed news release calendar is available online.

 
 
L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2022
NR097/2023
Data tal-Ħruġ: 1 taʼ Ġunju 2023
Euro,Coin,With,National,Flag,Of,Malta,On,The,Euro
  • Fi tmiem l-2022, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali laħaq id-€9.0 biljun, jew 53.4 fil-mija tal-PDG.
  • Il-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellhom l-akbar sehem fid-Dejn tal-Gvern (60.4 fil-mija). Warajhom kien hemm il-Bqija tad-Dinja (22.0 fil-mija) u l-Istituzzjonijiet li jservu lid-djar mingħajr għan taʼ qligħ (NPISH) (15.7 fil-mija).
  • L-istrument tad-dejn preferut mill-Gvern huma t-titoli tad-dejn, bʼ85.1 fil-mija.
  • Il-valur tas-self tal-Gvern fis-suq huwa stmat mat-€8.4 biljun.
  • Fl-2022, l-ispiża apparenti tad-dejn kienet rata taʼ 1.9 fil-mija.
  • Id-dejn baqagħlu medja taʼ tmien snin u erbaʼ xhur sabiex jagħlaq.
Str_Gen_Gov_Debt 2022
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content