News Releases

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2018
NR164/2023
Data tal-Ħruġ: 18 ta’ Settembru 2023
It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (SUT) juru l-valuri tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti għall-ekonomija nazzjonali mqassma skont it-tip ta’ prodott u industrija. It-tabelli juru l-istruttura tal-ispejjeż tal-produzzjoni, u d-dħul iġġenerat fil-proċess tal-produzzjoni; il-flussi ta’ oġġetti u servizzi magħmula fl-ekonomija nazzjonali; u l-flussi ta’ oġġetti u servizzi bejn l-ekonomija domestika u l-bqija tad-dinja.

Smart,Logistics,And,Transportation.,Concept,,Businessman,Use,Tablet,And,Analyzing

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (SUT) jagħtu stampa dettaljata tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-produzzjoni domestika u l-importazzjoni kif ukoll mill-użu ta’ oġġetti u servizzi għall-konsum intermedju u l-użu finali (konsum, formazzjoni taʼ kapital gross, esportazzjoni). Dawn huma miġbura għal 216-il prodott u 95 industrija.

Għall-għanjiet tal-pubblikazzjoni, intgħażel livell għoli ta’ aggregazzjoni minħabba obbligi ta’ kunfidenzjalità. It-tabelli huma ppreżentati skont il-klassifika tan-NACE fejn l-industriji u l-prodotti huma miġbura f’18-il kategorija (Annessi 1 u 2). Għal skopijiet ta’ riċerka, it-tabelli jistgħu jiġu miftuħa f’44 kategorija.

It-tabella tal-provvista turi s-sors tal-valur totali tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi bil-prezzijiet tax-xerrejja, skont il-prodott, fl-ekonomija Maltija. Fl-2018, is-sehem tal-produzzjoni domestika fil-provvista totali bil-prezzijiet tax-xerrejja kien ta’ 63.6 fil-mija. Is-sehem tal-importazzjoni kien ta’ 33.7 fil-mija, filwaqt li s-sehem tat-taxxi netti (it-taxxi fuq il-prodotti wara li tnaqqas is-sussidji fuq il-prodotti) kien ta’ 2.7 fil-mija (Tabella nru 1).

Ċart nru 1 tagħti aktar dettalji dwar is-sehem tal-produzzjoni domestika u tal-importazzjoni fil-provvista totali, bi prezzijiet bażiċi skont il-prodott.

Ċart nru 1. Il-provvista totali skont il-prezzijiet bażiċi, bil-prodott

No Data Found

It-tabella tal-użu bil-prezzijiet tax-xerrejja turi kif il-provvista ta’ kull prodott intużat fl-ekonomija skont l-użu ewlieni. Il-kategoriji ta’ użu huma l-konsum intermedju, il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi, l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH) u l-gvern ġenerali, il-formazzjoni ta’ kapital gross u l-esportazzjoni (Tabella nru 2).

Ċart nru 2 turi kif il-prodotti bil-prezzijiet tax-xerrejja huma mqassma skont it-tip ta’ użu. Il-provvista ta’ prodotti agrikoli (prodotti A) tintuża l-aktar bħala konsum intermedju ta’ prodotti u servizzi magħmulin lokalment (38.9 fil-mija), bit-tieni u t-tielet l-aktar użu importanti huma l-esportazzjoni (37.9 fil-mija) u l-konsum finali (21.8 fil-mija). L-użu ta’ dawn il-prodotti fil-formazzjoni ta’ kapital gross huwa limitat (1.3 fil-mija).

L-użu ewlieni tal-provvista ta’ prodotti industrijali (prodotti B sa F) huwa wkoll il-konsum intermedju (39.2 fil-mija), bil-bqija mifrux bejn il-konsum finali (23.7 fil-mija), l-esportazzjoni (22.8 fil-mija) u l-formazzjoni ta’ kapital gross (14.3 fil-mija).

Il-provvista tas-servizzi (prodotti G sa U) tintuża l-aktar bħala konsum intermedju (44.0 fil-mija), segwita mill-esportazzjoni (39.3 fil-mija) u l-konsum finali (14.7 fil-mija).  Il-formazzjoni ta’ kapital gross għandha rwol limitat (1.9 fil-mija) (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. L-użu totali skont il-prezzijiet tax-xerrejja, bil-prodott

No Data Found

Tabelli addizzjonali tal-Provvista u l-Użu bil-prezzijiet tas-sena ta’ qabel huma disponibbli online fis-sezzjoni Tabelli ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kompilazzjoni tal-prezzijiet u l-volumi fi ħdan qafas ta’ kontabilità tat-tabelli tal-provvista u l-użu tippermetti li jinkiseb it-tkabbir ekonomiku f’termini reali u l-inflazzjoni fil-livell settorjali tal-ekonomija totali. Barra minn hekk, il-bidliet fil-prezzijiet u t-tkabbir fil-volum jistgħu jiġu derivati għall-prodotti u l-industriji, u l-kategoriji tad-domanda finali. Dan joffri l-opportunità li titwettaq analiżi dettaljata, bħal dik relatata mal-produttività.

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. The Supply and Use Tables (SUT) relate to the reference year of 2018. They are consistent with the main aggregates published in news release 158/2023.

2. The SUT are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness. The SUT for Malta are entirely consistent with the requirements for both current prices and previous year’s prices outlined in the ESA of 2010. The compilation and balancing procedures implemented to produce these tables follow those recommended by the Eurostat Manual of Supply, Use and Input-Output Tables, 2008 edition.
 
The ESA 2010 Transmission Programme requires Member States to compile SUT annually and input-output tables every five years. In Malta, SUT have been calculated for 2000, 2001, 2004, 2008, 2010, 2011, 2013 to 2018 while input-output tables have been calculated for 2010 and 2015. The SUT of 2000, 2001 and 2004 are in a different classification to those compiled for 2008 onwards, and thus are not directly comparable.
 
3. SUT are compiled at a detailed level of 216 products and 95 industries. Industries are classified using the NACE Rev. 2 classification whereas the CPA 2008 classification is used for products. For dissemination purposes, products (by CPA) and industries (by NACE) in SUT tables are each aggregated into 18 categories.
 
Users can access data with a level of aggregation of 64 industries and 64 products from Eurostat’s database or request further details from the National Statistics Office (NSO).
 
4. In order to compile SUT, the NSO makes use of various sources, mainly business surveys conducted by the NSO and other administrative sources. The NSO compiles SUT both at current and previous year’s prices.
 
5. Data for 2018 should be considered as final.
 

6. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. This inventory is the basis for Eurostat’s assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI-based own resources purposes, which is the major source of revenue for the EU budget. The inventory is a reference document that is updated to reflect the latest methodology in place. Reference to the compilation of SUT is available in Chapter 6. The inventory is available on the NSO website.

Users should be informed that the GNI Inventory currently available on the NSO website describes the sources and methods of the ESA 2010 series as published in August 2020. 
 
7. References to this news release are to be cited appropriately.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 
9. For further assistance, please submit your query through our online request form.
It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2018
NR164/2023
Data tal-Ħruġ: 18 ta’ Settembru 2023
Smart,Logistics,And,Transportation.,Concept,,Businessman,Use,Tablet,And,Analyzing
  • Is-sehem tal-produzzjoni domestika fil-provvista totali bi prezzijiet tax-xerrejja kien ta’ 63.6 fil-mija. Is-sehem tal-importazzjoni kien ta’ 33.7 fil-mija, filwaqt li s-sehem tat-taxxi netti (it-taxxi fuq il-prodotti wara li tnaqqas is-sussidji fuq il-prodotti) kien ta’ 2.7 fil-mija.
  • Il-provvista ta’ prodotti agrikoli tintuża l-aktar bħala konsum intermedju ta’ oġġetti u servizzi magħmulin lokalment (38.9 fil-mija), l-esportazzjoni (37.9 fil-mija) u l-konsum finali (21.8 fil-mija).
  • L-użu ewlieni tal-provvista tal-prodotti industrijali huwa wkoll il-konsum intermedju (39.2 fil-mija), bil-bqija jkun mifrux bejn il-konsum finali (23.7 fil-mija), l-esportazzjoni (22.8 fil-mija) u l-formazzjoni taʼ kapital gross (14.3 fil-mija).
  • Il-provvista tas-servizzi tintuża l-aktar bħala konsum intermedju (44.0 fil-mija), segwita mill-esportazzjoni (39.3 fil-mija).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content