Home » Id-Dħul mit-Taxxi: 2022
Id-dħul mit-taxxa żdied b’€503.2 miljuni fuq is-sena ta’ qabel sabiex laħaq total ta’ €5,098.7 miljun. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 86.7 fil-mija tad-dħul totali tal-gvern ġenerali miġbur fl-2022.
It-taxxi diretti ammontaw għal €2,285.2 miljun, li jagħmlu 44.8 fil-mija tad-dħul kollu mit-taxxa. Dan wera żieda ta’ €203.2 miljuni meta mqabbel mal-2021. Il-komponent primarju f’din il-kategorija tibqa’ t-Taxxa fuq id-Dħul Individwali, li żdiedet b’€232.8 miljun, filwaqt li t-Taxxa fuq il-Profitti tal-Korporazzjonijiet, għall-kuntrarju, naqset bi €38.3 miljun fuq is-sena ta’ qabel.
It-taxxi indiretti ammontaw għal €1,822.8 miljun, żieda ta’ €224.2 miljun meta mqabblin mal-2021. Dan huwa ekwivalenti għal 35.8 fil-mija tad-dħul totali mit-taxxa. F’din il-kategorija, it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kienet ta’ €1,189.5 miljun, li b’hekk uriet żieda ta’ €188.8 miljun meta mqabbla mal-2021. Barra minn hekk, it-Taxxi fuq il-Prodotti ammontaw għal €513.5-il miljun, li b’hekk urew żieda ta’ €14.4-il miljun fuq is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għal dħul ogħla mit-taxxa ġġenerat mid-dazji fuq id-dokumenti u l-konsum tas-sigaretti. Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fit-taxxa tas-sisa imposta fuq iż-żejt mhux maħdum1. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni ammontaw għal €92.4 miljun, u rreġistraw żieda ta’ €15.4-il miljun fuq is-sena ta’ qabel.
Il-kontribuzzjonijiet soċjali2 mħallsin mill-ħaddiema, minn min iħaddem, kif ukoll minn dawk li jaħdmu għal rashom u dawk qiegħda, ammontaw għal 19.4 fil-mija tad-dħul kollu mit-taxxa fl-2022, u telgħu għal €990.6 miljun. Dan wera żieda ta’ €75.8 miljun meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-piż globali tat-taxxi jirrappreżenta l-ammont totali ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali, murijin bħala perċentwal tal-Prodott Domestiku Gross (PDG). Fl-2022, il-piż totali tat-taxxi ta’ Malta naqas għal 29.6 fil-mija tal-PDG mit-30.1 fil-mija tal-PDG irrappurtat fl-2021. Iċ-ċifri juru piż medju tat-taxxa ta’ madwar 30.6 fil-mija għall-perjodu bejn l-1995 u l-2022. Dan jimplika li l-andament fil-ġbir tat-taxxa kien relattivament konsistenti matul dawn is-snin, b’varjazzjonijiet madwar din il-medja, inklużi valuri li jvarjaw minn livell baxx ta’ 25.5 fil-mija sa 34.0 fil-mija. (Tabella nru 2, Ċart nru 1).
No Data Found
Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, it-taxxi diretti (li jinkludu t-taxxi kapitali) kienu jagħmlu 13.3 fil-mija tal-PDG, meta mqabblin mas-sehem tat-taxxi indiretti li kien ta’ 10.6 fil-mija. Sadattant, is-sehem tal-kontribuzzjonijiet soċjali kien ta’ 5.8 fil-mija tal-PDG, li juri tnaqqis ta’ 0.2 punti perċentwali meta mqabbel mal-2021 (Tabella nru 2, Ċart nru 2).
bħala persentaġġ tal-PDG
No Data Found
It-Taxxa fuq id-Dħul bil–qasam istituzzjonali tal-ESA 2010
Fl-2022, it-Taxxa fuq id-Dħul miġbura mill-Gvern Ġenerali mill-unitajiet domestiċi ammontat għal 65.8 fil-mija tat-total, li huwa ekwivalenti għal €1,440.2 miljun, Sadattant, il-kontribuzzjonijiet mill-Korporazzjonijiet mhux Finanzjarji u mill-Korporazzjonijiet Finanzjarji ammontaw għal 24.2 fil-mija u 9.6 fil-mija, rispettivament.
F’termini assoluti, iż-żieda ta’ €196.2 miljun mit-Taxxa fuq id-Dħul fuq l-2021 kienet ġejja l-aktar minn dħul akbar mingħand l-unitajiet domestiċi (€233.5 miljun), kif ukoll żidiet mit-Taxxa fuq id-Dħul mingħand il-Korporazzjonijiet mhux Finanzjarji (€80.8 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis mit-Taxxa fuq id-Dħul minn Korporazzjonijiet Finanzjarji (€118.8-il miljun) (Tabella nru 4).
Taxxi tal-ambjent
Fl-2022, id-dħul kollu mit-taxxi ambjentali tela’ b’€10.6 miljuni sabiex laħaq il-€287.2 miljun. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 5.6 fil-mija tad-dħul kollu miġbur mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali, kif ukoll 1.7 fil-mija tal-PDG. It-taxxi fuq l-enerġija (li jinkludu taxxi fuq il-fjuwils tat-trasport) żdiedu b’€7.0 miljuni, u kienu jikkostitwixxu l-akbar sehem ta’ taxxi ambjentali, u li jiffurmaw 50.3 fil-mija ta’ din il-kategorija. Ir-raġuni ewliena għal din iż-żieda tista’ tkun attribwita għal dħul akbar mill-permessi ta’ skemi ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (+ €15.0-il miljun). Wara dan, kien hemm id-dħul iġġenerat mit-Taxxi fuq it-Trasport bi 38.6 fil-mija u t-Taxxi fuq it-Tniġġis bi 11.1 fil-mija (Tabella nru 5).
1Aktar tagħrif jinstab fil-Lista Nazzjonali tat-Taxxa ta’ Malta (Tabella nru 6).
2Ara n-nota metodoloġika nru 4.
1. All data in this news release is in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States.
2. Total tax revenue is made up of taxes received by the Central Government (S.1311) (which consists of Government Ministries and Departments and the Extra Budgetary Units) and the EU Institutions (S.212). The taxes that are reported represent ‘ultimately received’ tax revenues including the ‘own’ taxes paid to the EU.
3. The tax-to-GDP ratio measures the overall tax burden as the total amount of taxes and social contributions as a percentage of GDP. GDP figures for 2019-2022 are in line with the latest GDP news release no. 158/2023 published on 4 September 2023.
4. The Social Contributions figure includes also the Imputed Social Contributions (D.612). These represent the counterpart to social benefits paid directly by employers to their employees or former employees and other eligible persons. In Malta’s case, these refer to Treasury Pensions.
5. An environmental tax is a tax whose tax base is a physical unit (or a proxy of it) of something that has a proven, specific negative impact on the environment, and which is defined in the European System of Accounts (ESA 2010). The environmental taxes feature in Taxes on Products (D.214), Other Taxes on Production (D.29) and Other Current Taxes (D.59).
6. Revenues from VAT, Income Tax and Social Security Contributions are recorded using the time-adjusted cash method. Following a study undertaken by NSO in 2008, Eurostat approved a time adjustment of t+1 for VAT and t+2 for Income Taxes and Social Security Contributions.
7. For additional information on the taxes in Malta refer to the “Taxes in Europe” database which contains, for each individual tax, information on its legal basis, assessment base, main exemptions, applicable rate(s), economic and statistical classification, as well as the revenue generated by it. The “Taxes in Europe” database is the European Commission’s online information tool covering the main taxes in force in the EU Member States (IP/07/662). The system contains information on around 650 taxes, as provided to the European Commission by the national authorities. Access is free for all users at: http://ec.europa.eu/taxation_customs/tedb/splSearchForm.html
8. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision. Figures may not add up due to rounding.
9. More information relating to this news release may be accessed at:
10. References to this news release are to be cited appropriately.
11. A detailed news release calendar is available online.