Publications

L-Istatistika Reġjonali taʼ MALTA – L-Edizzjoni tal-2024

Data tal-Pubblikazzjoni: 23 ta' Lulju 2024
Taqsira:

Errata Corrige: Sibna żball fʼTabella 5.1.8, li qiegħda fʼpaġna 162, li fiha r-rati taʼ motorizzazzjoni skont ir-reġjun (NUTS 3) u d-distrett (LAU 1) irrapportajnihom bʼmod mhux preċiż. It-testi relatati fʼpaġni 147 u 148 aġġornajniehom ukoll.

Dan id-dokument aġġornajnieh online fid-9 taʼ Jannar 2025 fit-3:30 pm. Żidna addenda fil-verżjoni stampata tad-dokument.

Il-pubblikazzjoni tal-Istatistika Reġjonali taʼ MALTA tingħażel minn oħrajn bħala l-pubblikazzjoni li wieħed għandu jaqra jekk ikun interessat li jiġbor statistika uffiċjali ta’ kwalità għolja fuq livell reġjonali.

Filwaqt li tibni fuq il-ħarġiet taʼ qabilha, l-edizzjoni tal-2024 tipprovdi għarfien metodiku li jitfa’ dawl fuq żviluppi soċjo-ekonomiċi u ambjentali importanti li jsawru lil Malta, Għawdex, u Kemmuna. Kull meta kien possibbli, din l-istatistika ġiet maqsuma bʼdiversi varjabbli soċjo-ekonomiċi, u b’hekk setgħu jsiru paraguni bejn gruppi demografiċi jew setturi ekonomiċi differenti. Barra minn hekk, il-metodoloġija użata biex tinġabar din l-istatistika hija konsistenti mal-edizzjonijiet ta’ qabilha, u b’hekk tippermetti t-tqabbil mas-snin imgħoddija. L-istess bħall-edizzjonijiet taʼ qabel, din il-pubblikazzjoni tkopri tmien oqsma, li huma: id-Demografija, l-Edukazzjoni, is-Suq tax-Xogħol, l-Ekonomija, it-Trasport, it-Turiżmu, il-Biedja u s-Sajd, u r-Riżorsi.

Minbarra kummentarji dettaljati, il-pubblikazzjoni tippreżenta tabelli, ċarts, u mapep, li jgħinu fil-proċess analitiku u jenfasizzaw ukoll is-sejbiet sinifikanti. Noti metodoloġiċi dettaljati huma disponibbli wkoll biex jgħinu lill-qarrejja jifhmu aħjar it-tifsiriet u l-metodi użati għall-kumpilazzjoni ta’ dawn ir-riżultati.

Infographics
Salient Points of Publication:
01 ID-DEMOGRAFIJA

1.1. Popolazzjoni: 2022

… 501,860 u 40,191 persuna kienu joqogħdu fir-reġjuni taʼ Malta, u Għawdex u Kemmuna, rispettivament.

… persuni fl-età taʼ bejn it-30 u d-39 sena kellhom l-akbar sehem mill-popolazzjoni fiż-żewġ reġjuni.

Tibdil fil-popolazzjoni: 2017-2022

… fir-reġjun ta’ Malta, l-ogħla żidiet perċentwali dehru fil-koorti tal-etajiet taʼ bejn it-30 u d-39 sena u l-40 u d-49 sena. Bʼkuntrast, Għawdex u Kemmuna kellhom l-ogħla żidiet perċentwali filkoorti ta’ bejn it-30 u d-39 sena u s-70 u d-79 sena.

… l-akbar żidiet fil-popolazzjoni tal-barranin kienu fʼdawk fl-età taʼ bejn it-30 u d-39 sena fiż-żewġ reġjuni.

… it-tibdil naturali tal-popolazzjoni fir-reġjun taʼ Malta kien pożittiv u bla waqfien sena wara l-oħra, filwaqt li r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kellu rata negattiva ta’ tkabbir naturali tal-popolazzjoni għall-2021 u l-2022.

… fl-2022, il-proporzjon ta’ anzjani mill-popolazzjoni attiva f’MALTA kien ta’ 27.1 fil-mija, u b’hekk hemm bejn wieħed u ieħor erba’ adulti li jaħdmu għal kull persuna li għandha 65 sena jew aktar.

Żwiġijiet: 2022

… kienu rreġistrati 2,546 żwieġ fʼMALTA. Dan juri żieda ta’ 270 żwieġ meta mqabbel mal-2021, b’żieda ta’ 271 żwieġ irreġistrat fir-reġjun ta’ Malta. Kien hemm żwieġ wieħed inqas irreġistrat fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

1.2. Familji: 2022

… l-aktar daqs komuni tal-familja għan-nies li joqogħdu fir-reġjun ta’ Malta kien dak ta’ żewġ persuni, filwaqt li fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien dak ta’ persuna waħda.

… id-dħul disponibbli medju tal-familji kien l-ogħla fid-distrett tax-Xlokk bi €42,855 u l-inqas fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port b’€29,852.

… ir-rati tar-riskju ta’ faqar fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kienu ta’ 16.8 u 15.1 fil-mija, rispettivament.

1.3. Benefiċċji Soċjali

Magħżula: 2022

… il-pensjoni taż-żewġ terzi kellha l-akbar għadd ta’ benefiċjarji mill-għażla tal-benefiċċji soċjali fiż-żewġ reġjuni matul is-snin mgħarbulin.

… fir-reġjun ta’ Malta, in-nefqa ras għal ras fuq il-benefiċċji magħżula kienet l-ogħla fil-lokalitajiet tal-Imdina, Santa Luċija, il-Birgu, l-Isla, il-Belt Valletta, il-Furjana u Bormla fejn in-nefqa ras għal ras kienet akbar minn €2,000 f’kull waħda mil-lokalitajiet. B’kuntrast, in-nefqa ras għal ras kienet inqas minn €1,000 fil-lokalitajiet ta’ San Pawl Il-Baħar, l-Imsida, is-Swieqi, Marsaskala, l-Imtarfa,
Ħal Għargħur, il-Gżira u San Ġiljan.

… fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna, in-nefqa ras għal ras fuq il-benefiċċji magħżula kienet l-ogħla fir-Rabat bin-nefqa ras għal ras taqbeż l-€1,500. Min-naħa l-oħra, iż-Żebbug, il-Munxar u l- Għarb irreġistraw l-inqas nefqa ras għal ras li kienet taʼ inqas minn €1,000.

02 L-EDUKAZZJONI

Tfal taʼ qabel il-primarja: Sena skolastika 2021/2022

… l-akbar proporzjon ta’ studenti ta’ qabel il-primarja kienu joqogħdu u jattendu skola fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port.

… is-sehem tal-istudenti ta’ qabel il-primarja li jattendu l-iskejjel tal-istat u indipendenti ammonta għal 72.0 u 17.7 fil-mija rispettivament.

Studenti tal-primarja: Sena skolastika 2021/2022

… 27,039 student kienu rreġistrati fl-edukazzjoni primarja. L-iskejjel tal-istat baqgħu l-aktar popolari bi 58.1 fil-mija tal-istudenti kollha fil-livell primarju.

Studenti tas-sekondarja: Sena skolastika 2021/2022

… 21,994 student kienu rreġistrati fl-edukazzjoni sekondarja. Il-biċċa l-kbira tal-istudenti attendew istituzzjonijiet fl-istess distrett ta’ fejn joqogħdu ħlief għal l-istudenti residenti fid-distrett tal-Punent, fejn il-biċċa l-kbira minnhom marru f’  istituzzjonijiet li jinsabu fid-distrett tat- Tramuntana tal-Port.

Edukazzjoni ġenerali postsekondarja: Sena skolastika 2021/2022

… 4,494 adoloxxent kienu rreġistrati fl-edukazzjoni ġenerali postsekondarja, li 75.5 fil-mija minnhom marru fʼistituzzjonijiet tal-istat. Il-biċċa l-kbira tal-istudenti attendew istituzzjonijiet li jinsabu fid-distrett tat- tramuntana tal-Port, b’59.5 fil-mija.

Edukazzjoni postsekondarja oħra u terzjarja – Sena skolastika 2021/2022

… 24,151 student attendew korsijiet full-time jew part-time; żieda taʼ 4.3 fil-mija meta mqabblin mas-sena akkademika 2020/2021.

… il-biċċa l-kbira tal-istudenti li joqogħdu Malta, u Għawdex u Kemmuna kienu nisa bʼ55.7 fil-mija. L-akbar sehem ta’ studenti rġiel u nisa ħarġu mit-Tramuntana tal-Port b’31.3 u 29.4 fil-mija, rispettivament.

Gradwati għal kull 1,000 resident – Sena skolastika 2021/2022

… is-sehem ta’ gradwati f’livell 6 tal-MQF għal kull 1,000 resident kien l-ogħla fid-distretti tal- Punent u tat-Tramuntana tal-Port b’5.7 u 5.6, rispettivament, filwaqt li dak għal livell 7 tal-MQF kien l-ogħla fid-distretti tal-Punent u tax-Xlokk b’4.9 u 4.4 għal kull 1,000 resident, rispettivament.

03 IS-SUQ TAX-XOGĦOL

L-impjiegi bil-post tar-residenza: 2022

… 245,059 resident taʼ Malta ħadmu fuq bażi full-time, żieda taʼ 8.6 fil-mija meta mqabblin mal- 2021.

… 81.6 fil-mija tar-residenti taʼ Malta ħadmu fis-settur privat.

… 17,702 residenti taʼ Għawdex u Kemmuna kellhom impjieg full-time, żieda taʼ 5.7 fil-mija meta mqabblin mal-2021.

… 66.0 fil-mija tar-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna ħadmu fis-settur privat.

L-impjiegi bil-post tax-xogħol: 2022

… l-impjiegi full-time fir-reġjun taʼ Malta kienu taʼ 249,100, żieda taʼ 8.6 fil-mija fuq l-2021.

… L-ogħla proporzjon ta’ impjiegi full-time fir-reġjun ta’ Malta kien irreġistrat fil- kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-trasport u l-ħażna; l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) li ammontaw għal 24.5 fil-mija tat-total.

… l-impjiegi full-time fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 13,661, żieda taʼ 4.8 fil-mija fuq l-2021.

… l-irġiel full-time fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kienu fil-biċċa l-kbira jaħdmu fil- kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-trasport u l-ħażna; u l-attivitajiet tal-akkomodazzjoni u servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I), filwaqt li n-nisa kienu jaħdmu l-aktar fl-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-edukazzjoni; l-attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q).

Ħaddiema li jivvjaġġaw: 2022

… residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li jaħdmu fuq bażi full-time fir-reġjun taʼ Malta kienu bʼkollox 3,494, li minnhom, 54.8 fil-mija ħadmu fis-settur pubbliku u l-bqija ħadmu fis-settur privat.

Qgħad: 2022

… 27.0 fil-mija tal-persuni qiegħda kienu joqogħdu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port.

… 34.0 fil-mija tat-total kienu fil-grupp tal-età taʼ 50 sena u aktar.

Salarju bażiku medju fis-sena: 2022

… is-salarju bażiku medju fis-sena tal-impjegati kien stmat €20,989.

… is-salarju bażiku medju rreġistrat tal-irġiel kien ta’ €22,096, filwaqt li s-salarju bażiku medju fis-sena tan-nisa kien ta’ €19,605. L-ogħla salarji bażiċi annwali medji kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa kienu rreġistrati fid-distrett tal-Punent.

04 L-EKONOMIJA

Il-Valur Miżjud Gross (VMG) bil-prezz bażiku: 2022

… għar-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna l-VMG żdied bi 15.3 u 14.8 fil-mija rispettivament fuq l-2021.

… l-industriji kollha fir-reġjun ta’ Malta rreġistraw żidiet fil-VMG, bl-akbar żieda (43.1 fil-mija) tkun rreġistrata fl-industriji tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-trasport u l-ħażna; u l-attivitajiet tal-akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I).

… il-maġġoranza tal-industriji fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena ta’ qabel, bl-industriji tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-trasport u l-ħażna; u l-attivitajiet tal-akkomodazzjoni u servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) jirreġistraw l-akbar żieda, 38.1 fil-mija.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) bil-prezzijiet tas-suq u ż-żieda tal-impjiegi: 2017-2022

… minkejja li, sena għal sena, l-impjiegi żdiedu fiż-żewġ  reġjuni, iż-żieda fl-impjiegi waqgħet lura meta mqabbla mt-tkabbir tal-PDG matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief għall-2020 meta r-rata tat-tibdil fil-PDG kienet negattiva fiż-żewġ reġjuni.

… ras għal ras, il-PDG fir-reġjun ta’ Għawdex u  Kemmuna kien ta’ 55.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess stimi fil-livell nazzjonali.

In-negozji attivi fil-livell tal-unità lokali: 2022

… il-popolazzjoni attiva kollha tan-negozji fil-livell tal-unitajiet lokali f’MALTA ammontat għal 57,526, żieda ta’ 1.1 fil-mija, jew 605 unitajiet attivi, fuq l-2021.

… il-biċċa l-kbira tan-negozji attivi kienu joperaw fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (34.4 fil-mija), filwaqt li d-distrett ta’ Għawdex u Kemmuna kien  jirrappreżenta l-inqas sehem b’7.6 fil-mija tan-negozji attivi kollha fil-livell tal-unitajiet lokali.

Il-Permessi għall-Bini  Residenzjali: 2023

… kienu approvati 1,695 permess tal-bini għal total ta’ 8,112-il residenza ġdida.

… b’458 permess u 2,211-il residenza ġdida, l-akbar numri ta’ permessi tal-bini ta’  residenzi ġodda approvati kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port,  rispettivament.

… il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati f’MALTA kienu magħmulin minn appartamenti (70.9 fil-mija) u penthouses b’1,271 unità.

05 IT-TRASPORT

5.1 Trasport bit-triq

Liċenzji: 2023

… il-vetturi bil-liċenzja fʼMALTA laħqu l-438,567 bl-akbar proporzjon ikun irreġistrat fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (25.5 fil-mija).

… Il-karozzi tal-passiġġieri kienu jgħoddu 73.8 fil-mija tal-vetturi kollha bil-liċenzja.

… id-detenturi taʼ liċenzja tas-sewqan ammontaw għal 277,837, żieda taʼ 0.4 fil-mija fuq l-2022. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellu l-akbar għadd (26.1 fil-mija). Id-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna kellu 9.6 fil-mija tat-total.

Indikaturi tat-trasport: 2022-2023

… fi tmiem l-2022, l-għadd taʼ vetturi għal kull 1,000 detentur taʼ liċenzja tas-sewqan kien taʼ 1,529. Id-distrett tat-Tramuntana rreġistra l-ogħla proporzjon taʼ vetturi, 1,053 għal kull 1,000 resident, filwaqt li d-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-aktar  proporzjon baxx bʼ673 vettura għal kull 1,000 resident.

… fl-2023, l-età medja tal-karozzi tal-passiġġieri fʼMALTA kienet taʼ 15.73-il sena. Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port kellu l-ogħla età medja tal-karozzi tal-passiġġieri, 17.11- il sena, segwit mid-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, 16.57-il sena.

… fl-2023, l-għadd taʼ nies li vvjaġġaw bit-trasport pubbliku kienu bʼkollox 67,241,760, li minnhom 4.3 fil-mija biss  kienu fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna.

Aċċidenti tat-traffiku: 2023

… l-aċċidenti tat-traffiku rrappurtati żdiedu bʼ4.5 fuq l-2022, bʼ35.8 fil-mija tal-aċċidenti kollha rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port. Id-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna kellu l-inqas għadd taʼ aċċidenti rrappurtati, 956 każ.

… Birkirkara kienet il-lokalità bl-ogħla rata taʼ aċċidenti tat-traffiku, bʼ1,084 każ, segwita minn Ħal Qormi u San Pawl Il-Baħar.

Kontravenzjonijiet: 2023

… il-kontravenzjonijiet  marbutin mat-traffiku maħruġin mill-Pulizija naqsu bi 11.1 fil-mija mill- 2022, filwaqt li dawk maħruġin mill-Gwardjani naqsu bʼ6.8 fil-mija. Il-biċċa l-kbira taʼ dawn il-kontravenzjonijiet kienu maħruġin fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port.

… San Pawl il-Baħar irreġistra l-akbar għadd taʼ kontravenzjonijiet maħruġin mill-Gwardjani, total taʼ 17,872, filwaqt li San Ġiljan kellu l-akbar għadd taʼ kontravenzjonijiet maħruġin minn Transport Malta, li laħqu l-4,953.

… il-kontravenzjonijiet mill-kameras tas-sewqan qawwi għaddew bʼkollox 41,410. Il-kamera li qabdet l-akbar għadd taʼ vetturi li kienu qed jaqbżu l-limitu tas-sewqan kienet dik imwaħħla fʼTul il-Kosta, in-Naxxar, li qabdet 7,457 kontravenzjoni.

5.2 Trasport bil-Baħar

Stokk taʼ dgħajjes tas-sajd: 2023

… l-istokk taʼ dgħajjes tas-sajd kien taʼ 2,729, bl-akbar proporzjon minnhom ikunu MPVs, 44.4 fil-mija. Il-biċċa l-kbira tad-dgħajjes tas-sajd kienu rreġistrati fid-distrett tax-Xlokk, 27.9 fil-mija. Id-dgħajjes tas-sajd irreġistrati fid-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 21.5 fil-mija.

Trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex imħaddem mill-Gozo Channel Co Ltd: 2023

… il-passiġġieri u l-vetturi li vvjaġġaw bejn Malta u Għawdex żdiedu bi 15.5 fil-mija u 4.1 fil-mija, rispettivament, meta mqabblin mal-2022.

… it-traffiku tal-passiġġieri li oriġina miċ-Ċirkewwa kien l-akbar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt, filwaqt li mix-xatt tal-Imġarr kien l-akbar fil-Ħdud u s-Sibtijiet.

…il-passiġġieri li użaw is-servizz tal-fast ferry ammontaw għal 693,361, filwaqt li l-vjaġġi kollha ammontaw għal 7,417.

06 IT-TURIŻMU

6.1 Stħarriġ fuq in-naħa tal-Provvista (l-Operaturi) Akkomodazzjoni kollettiva

Fl-2023

… fir-reġjun ta’ Malta l-għadd taʼ persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva laħaq iż-2,145,111, żieda ta’ 24.4 fil-mija mill-2022, filwaqt li l-iljieli mgħoddijin żdiedu b’20.5 fil-mija.

… fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna l-għadd taʼ persuni li qattgħu xi ljieli fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva żdied bʼ21.4 fil-mija biex laħaq il-108,088, filwaqt li l-iljieli mgħoddijin telgħu bʼ21.8 fil-mija.

… l-akbar ammonti taʼ persuni li qattgħu xi ljieli fi  stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (48.0 fil-mija tal-mistednin totali). Il-biċċa l-kbira tal-iljieli mgħoddijin kienu mqattgħin ukoll fid-distrett tat- Tramuntana tal-Port (45.6
fil-mija tal-iljieli mgħoddijin kollha).

… l-istabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva fid-distretti tat-Tramuntana tal-Port u tat- Tramuntana laqgħu għandhom 85.0 fil-mija tal-persuni mhux residenti.

… id-distrett tat-Tramuntana tal-Port ħa l-akbar proporzjon taʼ ljieli mgħoddijin minn persuni mhux residenti (49.6 fil-mija).

… il-biċċa l-kbira tar-residenti li qattgħu xi ljieli fl-istabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva rreġistraw fid-distrett tat-Tramuntana u ammontaw għal 36.2 fil-mija, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-iljieli mgħoddijin mir-residenti kienu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (43.0 fil-mija).

… bʼ5.3 iljieli, id-distrett tat-Tramuntana kellu l-itwal tul medju taż-żjajjar. Warajh, kien hemm id-distrett tat-Tramuntana tal-Port (4.2 iljieli).

… l-ogħla rata taʼ okkupanza netta kienet irreġistrata fid-distrett tat-Tramuntana bʼ67.3 fil-mija. Wara, kien hemm id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port bʼ61.9 fil-mija.

… il-biċċa l-kbira tal- istabbilimenti taʼ akkomodazzjoni kollettiva attivi kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (39.1 fil-mija), segwit mid-distrett tan-Nofsinhar tal-Port (21.1 fil-mija).

… l-akbar proporzjon taʼ sodod kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port, bʼ45.0 fil-mija tas-sodod kollha, segwit mid-distrett tat-Tramuntana bʼ41.0 fil-mija.

Stabbilimenti Self-Catering fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna

Fi tmiem l-2023

… l-akkomodazzjonijiet self-catering irreġistrati kollha kienu jgħoddu 78.1 fil-mija tal-istokk kollu taʼ sodod fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna.

… stabbilimenti self-catering oħra, li jinkludu appartamenti u vilel bil-pixxina, kienu  jgħoddu aktar minn nofs tal-bini kollu attiv mgħammar għall-vaganzi.

6.2 Stħarriġ fuq in-naħa tad-Domanda (Il-Viżitaturi)

Turiżmu Intern

… fl-2022, il-vjaġġi domestiċi kollha minn u lejn Malta, u r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 369,000, tnaqqis ta’ 5.0 fil-mija meta mqabbel mal-2021.

It-turisti interni …
… bħala medja qagħdu 2.7 ljieli.
… kienu l-aktar fl-età ta’ bejn il-25 u l-44 sena (46.5 fil-mija).
… ivvjaġġaw għal btala (83.9 fil-mija).

Ir-residenti ta’ Malta li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna għal tul ta’ mill-inqas lejl wieħed

… kienu jgħoddu 72.0 fil-mija tat-turisti kollha (interni + dawk li ġew minn barra) li żaru dan ir-reġjun.

… u li qagħdu fi stabbilimenti kummerċjali mhux mikrijin, naqsu b’10.7 fil-mija fuq l-2021, filwaqt li dawk li qagħdu  f’akkomodazzjonijiet mikrijin naqsu ukoll, b’6.5 fil-mija, fl-istess żmien.

… huma stmati li nefqu €57.8 miljun, 23.1 fil-mija inqas meta mqabblin mal-2021.

… ir-residenti ta’ Għawdex u Kemmuna li vvjaġġaw lejn ir-reġjun ta’ Malta żdiedu bil-kbir minn 27,466 fl-2021 għal 37,545 fl-2022.

Turiżmu Lejn Malta

… fl-2023, il-wasliet tat-turisti żdiedu bil-kbir minn 2,286,597 fl-2022 għal 2,975,670. Aktar
minn nofs dawn it-turisti ġew MALTA b’linji tal-ajru ta’ spiża baxxa (61.3 fil-mija).

It-turisti li żaru r-reġjun ta’ Malta biss (destinazzjoni waħda) …
… laħqu 2.8 miljuni, żieda ta’ 1.3 darbiet meta mqabbla mal-2022.
… aktar qagħdu fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija (89.9 fil-mija).
… qagħdu medja taʼ 6.6 ljieli, tnaqqis taʼ 0.5 lejl mill-2022.
… ivvjaġġaw l-aktar bʼlinji tal-ajru ta’ spiża baxxa (61.6 fil-mija) u bʼlinji tal-ajru oħra (36.4 fil-mija).
… kellhom nefqa stmata għal €2.5 biljuni.

It-turisti li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna biss (destinazzjoni waħda) …
… ammontaw għal 158,378, żieda taʼ 22.7 fil-mija fuq 2022.
… aktar qagħdu fi  stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija (73.0 fil-mija); il-maġġoranza (63.4 fil-mija) għażlu akkomodazzjoni mhux kollettiva.
… qagħdu medja taʼ 9.4 ljieli, tnaqqis taʼ 0.5 lejl mill-2022.
… ivvjaġġaw l-aktar bʼlinji tal-ajru ta’ spiża baxxa (57.6 fil-mija) u bʼlinji tal-ajru oħra (42.1 fil-mija).
… kellhom nefqa stmata għal €82.3 miljun. In-nefqa mhux tal-pakkett kienet kważi tliet darbiet ogħla mill-komponent tal-pakkett.
… fl-2022, dawk li qagħdu ġurnata fʼGħawdex u Kemmuna ammontaw għal 90.8 fil-mija tat-turisti kollha fʼGħawdex u Kemmuna, u kienu bʼkollox 1,556,079 viżitatur.

It-turisti li żaru ż-żewġ reġjuni matul iż-żjara tagħhom (żewġ destinazzjonijiet) …
… ammontaw għal 2.6 fil-mija tal-vjaġġi kollha tat-turiżmu lejn Malta.
… għaddew bʼkollox 77,066, żieda taʼ 19.7 fil-mija fuq l-2022.
… aktar qagħdu fi  stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija (91.2 fil-mija).
… qagħdu medja taʼ 10.2 iljieli, tnaqqis taʼ 0.3 ta lejl mill-2022.
… ivvjaġġaw l-aktar bʼlinji tal-ajru ta’ spiża baxxa (54.9 fil-mija) u bʼlinji tal-ajru oħra (40.3 fil-mija).
… kellhom nefqa stmata għal €88.4 miljun. In-nefqa mhux tal-pakkett kienet kważi sitt
darbiet ogħla min-nefqa tal-pakkett.

6.3 Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri

Fl-2023

… 309 vapuri tal-kruċieri żaru MALTA bi 814,603 passiġġieri, dawn tal-aħħar b’żieda ta’ kważi 1.7 darbiet il-passiġġieri li żaru fl-2022.

… 27,153 passiġġier għadda mill-inqas lejl wieħed fuq il-vapur irmiġġat.

… 20 vapur tal-kruċieri żaru r-reġjun ta’ Għawdex u  Kemmuna b’6,745 passiġġier.

07 Il-BIEDJA U S-SAJD

7.1 Biedja: 2023

Frott u Ħaxix: 2023

… 93.8 fil-mija tal-ħaxix kollu, jew €22.0 miljun, kien imkabbar fir-reġjun ta’ Malta.

… 89.8 fil-mija tal-frott kollu, jew €3.5 miljuni, kien imkabbar fir-reġjun ta’ Malta.

… ir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna ta b’kemm jiswew €1.9 miljun f’ħaxix u €0.2 miljun fi frott.

Bhejjem u liċenzji: 2023

… 73.0 tal-liċenzji kollha kienu rreġistrati fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li Għawdex u Kemmuna
kellhom is-27.0 fil-mija li jifdal.

… l-akbar għadd ta’ bhejjem imrobbijin fir-reġjun ta’ Malta kien dak tal-majjali, filwaqt li dak fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien dak tal-baqar.

7.2 Sajd: 2023

… b’kollox 2.0 miljun kilogramma ta’ ħut maqbud kienu rreġistrati f’MALTA fl-2023, li minnhom 91.2 fil-mija kienu rreġistrati minn sajjieda Maltin.

… il-valur tal-ħut kollu maqbud mis-sajjieda Għawdxin kien jammonta għal 10.2 fil-mija tal-valur tal-ħut kollu maqbud irreġistrat f’MALTA.

08 IR-RIŻORSI

8.1 Ilma

Bejn l-2018 u l-2023

… il-konsum tal-ilma fʼMALTA rreġistra żieda taʼ 12.0 fil-mija.

… il-persentaġġ taʼ telf mit-netwerk niżel minn 11.4 għal 9.5 fil-mija.

… l-ogħla u l-ibxax punti staġjonali kienu aktar immarkati fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna,
magħrufin minn żidiet aktar qawwija fid-domanda matul ix-xhur tas-sajf.

… l-impjant tat-tisfija tal-ilma fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna pproduċa kważi 2.0 miljuni m3 ta’ ilma, li wassal għal tnaqqis ta’ 22.9 fil-mija fil-produzzjoni tal-ilma tal-pjan fl-istess reġjun.

Fl-2023

… il-persentaġġ ta’ telf min-netwerk fir-reġjun ta’ Malta kien inqas minn dak ta’ Għawdex u Kemmuna, b’4.4 punti perċentwali anqas.

8.2 Skart

Fl-2022

… meta mqabbel mal-2018, il-ġbir bieb bieb ta’ skart  riċiklabbli niexef magħżul kien akbar b’25.2 fil-mija fir-reġjun ta’ Malta u bi 11.6 fil-mija fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna.

… meta mqabbel mal-2018, il-ġbir ta’ skart riċiklabbli niexef magħżul mill-bring-in sites kien taʼ 17.5 fil-mija anqas mill-2018 fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li f’Għawdex u Kemmuna naqas bi 38.2 fil-mija għal 415-il tunnellata.

… il-ġbir ta’ karti, plastik u metall imħallat (borża griża/ħadra) f’MALTA kien jirrappreżenta l-akbar sehem (89.4 fil-mija) tal-ġbir bieb bieb ta’ skart riċiklabbli niexef u rreġistra żieda ta’ 20.5 fil-mija fuq l-2018.

… il-ġbir tal-ħġieġ kien jagħmel l-akbar sehem mill-materjal kollu miġbur permezz tal-bring-in sites fir-reġjun ta’ Malta, b’71.7 fil-mija. Min-naħa l-oħra, il-ġbir tal-karti kien jirrappreżenta l-akbar sehem tal-materjal kollu miġbur permezz tal-bring-in sites fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna, bir-rata ta’ 42.9 fil-mija.

… l-iskart miġbur miċ-ċentri għall-iskart goff żdied b’2,965 tunnellata fir-reġjun ta’ Malta fuq l- 2018 u laħaq it-30,444 tunnellata.

… 94.8 fil-mija tal-iskart kollu li nġabar miċ-ċentri għall-iskart goff f’MALTA kien ikklassifikat bħala mhux perikoluż.

… il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali f’MALTA ammontat għal 328,394 tunnellata, żieda ta’ 0.5 fil-mija għar-reġjun ta’ Malta u żieda ta’ 6.5 fil-mija fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna fuq l- 2018.

8.3 Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs)

Fl-2023

… l-ammont ta’ installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajċi kien ta’ 33,818 li minnhom 85.4 fil-mija kienu mwaħħlin fir-reġjun ta’ Malta u 14.6 fil-mija kienu fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna.

… id-distrett tat-Tramuntana tal-Port u d-distrett tal-Punent kellhom 43.9 fil-mija tal-tal-pannelli fotovoltajċi fir-reġjun ta’ Malta.

… is-settur domestiku kellu 93.4 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin u 44.7 fil-mija tal-kWp kollu.

… is-setturi kummerċjali u pubbliċi kellhom 5.8 fil-mija u 0.8 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi, u 52.7 u 2.6 fil-mija tal-kWp kollu, rispettivament.

… il-biċċa l-kbira tal-enerġija kienet iġġenerata fid-distretti tax-Xlokk u tat-Tramuntana tal-Port bi 22.9 fil-mija u bi 17.4 fil-mija tal-GWh kollu, rispettivament.

… id-disa’ lokalitajiet ta’ quddiem nett – meta tqabbel l-għadd kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin fis-settur domestiku għal kull elf persuna residenti – kollha kienu jinsabu fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna.

… ir-rata tal-qawwa massima ta’ sistema medja ta’ pannelli fotovoltajċi fis-settur  domestiku kienet tilħaq it-3.4 kWp, filwaqt li dik fis-setturi kummerċjali u pubbliċi laħqet l-64.6 kWp u l- 21.5 kWp, rispettivament.

… il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet bʼ6.7 fil-mija, u kienet stmata li kellha valur taʼ 309.3 GWh.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.