Publications

Statistika tat-Trasport – l-edizzjoni tal-2023 (sena ta’ riferenza 2022)

Data tal-pubblikazzjoni: 12 ta’ Marzu 2024
Taqsira:

Il-pubblikazzjoni tal-Istatistika dwar it-Trasport – l-edizzjoni tal-2023, hija oħra fis-sensiela taʼ pubblikazzjonijiet tal-NSO dwar it-trasport. Bħalma ġara fl-edizzjonijiet taʼ qabel, hija tippreżenta ġabra ta’ statistika dettaljata dwar it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bit-triq, bil-baħar, u bl-ajru matul l-2022. It-tagħrif mogħti jagħmel din il-pubblikazzjoni waħda siewja għal diversi partijiet interessati, fosthom negozji, esperti fl-ippjanar urban u konsulenti fit-tmexxija  tal-portijiet.

Il-kummentarji dettaljati u t-tabelli, ċarts u mapep li jidhru magħhom jagħtu stampa aħjar dwar l-aspetti ewlenin ta’ din il-pubblikazzjoni. Barra minn hekk, l-istatistika mogħtija turi wkoll l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 matul is-snin ippreżentati.

Il-Punti Ewlenin tal-Pubblikazzjoni:

It-Trasport bl-Ajru

Fl-2022 …

… it-traffiku tal-passiġġieri fl-MIA laħaq b’kollox il-5,861,640.

… l-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-aktar żewġ destinazzjonijiet popolari f’termini tal-moviment totali tal-passiġġieri, u rreġistraw 1,322,699 u 1,060,264 moviment tal-passiġġieri, rispettivament.

It-Trasport bil-Baħar

Fl-2022 …

… l-istokk ta’ bastimenti rreġistrati taħt il-bandiera Maltija laħaq it-8,644.

… l-irkib tal-vapuri tal-kruċieri minn Malta żdied bi 63,187, filwaqt li l-inżul tal-passiġġieri tagħhom f’Malta żdied bi 62,359 fuq l-2021.

… ir-rata medja ta’ passiġġieri u vetturi għal kull vjaġġ li qasam bejn Malta u Għawdex laħqet il-140 u t-48 rispettivament.

… il-passiġġieri li nġarru bejn il-Belt Valletta u t-Tlitt Ibliet ammontaw għal 421,944, filwaqt li dawk li nġarru bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema ammontaw għal 688,487.

It-Trasport bit-Triq

Fl-2022 …

… l-għadd ta’ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati żdied b’1,578 fuq is-sena ta’ qabel, u laħaq 15,713, b’34.2 fil-mija tagħhom ikunu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port.

…  it-tidrib tat-traffiku żdied b’5.0 fil-mija fuq l-2021.

… il-ġrieħi li ġarrbu 11-il sewwieq, passiġġier wieħed, 15-il persuna bil-mixi u rikkieb ta’ serkin taż-żwiemel irriżultaw fatali.

… l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati żdied b’rata netta medja ta’ 33 vettura kuljum.

… il-karozzi tal-passiġġieri ammontaw għal 74.7 fil-mija tat-total ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati, filwaqt li l-iscooters li jitħaddmu bl-elettriku rreġistraw l-akbar żieda fuq l-2021.

… 58.7 fil-mija tal-vetturi bil-mutur liċenzjati kellhom magni petrol.

… vetturi bil-mutur li jaħdmu b’enerġija alternattiva rreġistraw żieda ta’ 54.9 fil-mija fuq l-2021.

… Il-vetturi ġodda li ngħataw liċenzja ġdida ammontaw għal 23,016, jew 9.4 fil-mija aktar mill-2021.

… 66.5 fil-mija tal-vetturi bil-mutur li ngħataw liċenzja ġdida kienu ġodda.

… in-numru ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati għal kull 1,000 resident niżel għal 784 minn 794 fl-2021.

… Id-distrett ta’ Għawdex u Kemmuna rreġistra l-akbar għadd ta’ vetturi għal kull 1,000 resident b’1,053, filwaqt li t-Tramuntana tal-Port rreġistra l-inqas proporzjon b’673 vettura għal kull 1,000 resident.

… b’kollox insterqu 309 vetturi, żieda ta’ 27.2 fil-mija fuq l-2021.

… b’kollox inħarġu 308,444 kontravenzjoni marbutin mat-trasport mill-Pulizija, mill-Gwardjani u minn Transport Malta. Il-kontravenzjonijiet mill-kameras tas-sewqan qawwi laħqu l-50,782 jew medja ta’ 139 kuljum.

… 36.8 fil-mija ta’ dawk b’liċenzja tas-sewqan kellhom bejn l-40 u d-59 sena.

… il-vjaġġi tan-nies bit-Trasport Pubbliku laħqu d-49,222,425; żieda ta’ 39.8 fil-mija fuq l-2021.

… b’2,321 miljun km jew 79.5 fil-mija tad-distanza kollha vvjaġġata, il-karozzi tal-passiġġieri kienu l-aktar tip ta’ vetturi misjuqa.

 

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.