News Releases

It-Tħaddim tal-Ħiliet tax-Xogħol fʼMalta: LFS tal-2022
NR177/2023,
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Ottubru 2023
Kważi nofs il-persuni li kienu jaħdmu qattgħu l-maġġoranza tal-ħin tax-xogħol tagħhom jużaw teknoloġiji diġitali.

Utilisation of Job skills

L-istatistika mogħtija f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet hija maħruġa mis-suġġett ad hoc tal-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (LFS) imwettaq matul l-2022 u parzjalment iffinanzjat bʼgħotjiet tal-Unjoni Ewropea1. L-LFS huwa stħarriġ imsejjes fuq il-familji u jintuża bħala għodda ta’ monitoraġġ madwar l-Unjoni Ewropea għall-assessjar tal-progress li jkun sar f’diversi sferi tal-istatistika tas-suq tax-xogħol u dik soċjali.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1642 ħejja l-qafas legali għall-ġbir tal-istatistika dwar il-ħiliet tax-xogħol. Is-suġġett ta ħarsa ġenerali lejn il-ħiliet marbutin max-xogħol u l-allokazzjonijiet tal-ħin rispettivi tagħhom. Diversi aspetti kienu esplorati bħall-involviment f’ħidmiet li jitolbu ċerta saħħa fiżika, ħidmiet li jinvolvu ħeffa tas-swaba’, it-twettiq ta’ kalkoli relattivament kumplessi, u l-qari ta’ dokumenti relatati max-xogħol. L-għan ta’ dan is-suġġett kien li janalizza l-ħidmiet tal-persuni kollha li kienu jaħdmu jew ta’ dawk li kienu qegħdin jaħdmu fl-24 xahar taʼ qabel. Huwa ffoka wkoll fuq l-għoti ta’ tagħrif komparabbli u fuq l-impjiegi li huma f’riskju ta’ awtomazzjoni.

It-tagħrif fʼdin l-istqarrija, li jiffoka biss fuq persuni li kienu qegħdin jaħdmu fiż-żmien tal-intervista, ikopri taħlita taʼ ħidmiet u metodi tax-xogħol. Il-popolazzjoni mistħarrġa hija magħmula min-nies li jaħdmu fl-età bejn il-15 u l-74 sena li jgħixu fʼdar privata (Tabella nru 1).

1 Nota: Is-sors taċ-ċifri fʼdin l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa l-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol, u għalhekk, ir-riżultati tal-Isħarriġ dwar il-Ħiliet taʼ Malta 2022 mhumiex imdaħħla fit-Tabelli.

Taqsima A: Ħiliet marbutin mal-impjieg

Ħin tax-xogħol użat għall-ħidmiet diġitali

Dan is-suġġett ittratta l-ħin iddedikat mill-persuni li kienu jaħdmu sabiex jużaw apparat diġitali għal għanijiet ta’ xogħol fl-impjieg ewlieni li kellhom. Dan jinkludi l-użu ta’ kompjuters, tablets u smartphones għal ħidmiet marbutin max-xogħol. L-akbar persentaġġ ta’ persuni li jaħdmu u li użaw teknoloġiji diġitali matul mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom kien irreġistrat fl-Iżvezja (60.7 fil-mija) u fil-Lussemburgu (60.6 fil-mija). Malta kklassifikat fis-sitt post fost is-27 Stat Membru tal-UE bl-ogħla perċentwal ta’ persuni li jużaw dan l-apparat fuq il-post tax-xogħol, b’sehem ta’ 49.6 fil-mija tal-popolazzjoni li kienet taħdem. Il-pajjiżi bl-inqas persentaġġi kienu r-Rumanija (20.5 fil-mija) u l-Bulgarija (22.5 fil-mija) (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Il-persentaġġ taʼ persuni madwar l-UE li fʼxogħolhom qattgħu mill-inqas nofs il-ħin jużaw apparat diġitali

No Data Found

Sors: Eurostat (tislit mis-suġġett ad hoc tal-EU-LFS 2022).

Ir-riżultati wrew li n-nisa għandhom it-tendenza li jqattgħu aktar mill-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet diġitali. Fil-fatt, 57.2 fil-mija tan-nisa qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq dawn il-ħidmiet meta mqabblin maʼ 44.1 fil-mija taʼ sħabhom irġiel (Ċart nru 2, Tabella nru 2).

Ċart nru 2. Il-persentaġġ taʼ ħin iddedikat fuq apparat diġitali bis-sess

Males

No Data Found

Females

No Data Found

Xejriet differenti fil-ħin tax-xogħol mogħti għall-ħidmiet diġitali kienu osservati fi gruppi ta’ etajiet differenti. Persentaġġ akbar ta’ persuni fil-kategorija tal-età taʼ bejn il-15 u l-34 sena, qattgħu aktar minn nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet diġitali. Il-persentaġġ niżel għal 47.0 fil-mija u 38.1 fil-mija għall-gruppi ta’ età ta’ bejn il-35 u l-54 sena u taʼ bejn il-55 u l-74 sena, rispettivament (Tabella nru 2).

Il-persentaġġ ta’ ħin li wieħed iqattaʼ juża apparat diġitali jiżdied aktar maʼ l-livell ta’ edukazzjoni jgħola. Fil-fatt, 18.9 fil-mija tal-persuni b’livell sekondarju ta’ edukazzjoni rrappurtaw li qattgħu aktar minn nofs il-ħin tagħhom jaħdmu fuq apparat diġitali. Il-persentaġġ huwa 54.5 punti perċentwali aktar baxx meta mqabbel ma’ persuni b’edukazzjoni terzjarja (Tabella nru 2).

Il-ħin imqatta’ fuq ħidmiet diġitali jvarja skont l-istat professjonali, b’tali ħidmiet ikunu aktar komuni qalb il-ħaddiema (52.6 fil-mija) meta mqabblin ma’ persuni li jaħdmu għal rashom (32.9 fil-mija) (Tabella nru 2). Il-maġġoranza tal-Maniġers (86.4 fil-mija), il-Ħaddiema klerikali (81.5 fil-mija) u l-Professjonisti (78.0 fil-mija) qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jużaw apparat diġitali. Il-Ħaddiema fʼimpjiegi elementari (93.2 fil-mija), il-Ħaddiema fil-qasam agrikolu, tal-forestrija u tas-sajd (90.6 fil-mija) u l-Ħaddiema tas-sengħa u snajja’ relatati (81.8 fil-mija) kienu l-gruppi taʼ ħaddiema li qattgħu l-inqas ħin fuq ħidmiet diġitali (Tabella nru 2).

Ħin tax-xogħol imqattaʼ fuq it-tħaddim tal-moħħ

Il-ħidmiet marbutin mat-tħaddim tal-moħħ tkejlu skont il-ħin mqatta’ fuq il-qari ta’ dokumenti relatati max-xogħol u t-twettiq ta’ kalkoli kumplessi fuq ix-xogħol. Ir-riżultati tal-LFS indikaw li, f’Malta, wieħed minn kull ħames ħaddiema qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jaqraw manwali u dokumenti tekniċi marbutin max-xogħol. Dan is-sehem kien 5.5 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE 27 (Ċart nru 3). Sadattant, inqas minn wieħed minn ħames persuni li kienu jaħdmu qattaʼ mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tiegħu fuq ħidmiet li kienu jeħtieġu l-manipulazzjoni u t-trasformazzjoni ta’ informazzjoni numerika (18.4 fil-mija). Is-sehem għal Malta kien ta’ 8.2 punti perċentwali ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE 27 ta’ 10.2 fil-mija (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Il-persentaġġ taʼ ħin imqattaʼ fuq il-qari u kalkoli kumplessi: Malta u l-EU 27

Sors: Eurostat (tislit mis-suġġett ad hoc tal-EU-LFS 2022).

Il-persentaġġ ta’ persuni li kienu jaħdmu u li qattgħu inqas ħin fuq ħidmiet tal-moħħ jonqos bl-età. Fil-fatt, fost dawk li huma iżgħar fl-età li kellhom bejn il-15 u l-34 sena, 24.9 fil-mija qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet ta’ qari, filwaqt li 20.8 fil-mija qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet taʼ kalkolu. Is-sehem kien aktar baxx għal dawk ta’ bejn 55 u 74 sena, b’16.4 fil-mija u 14.1 fil-mija biss irrappurtaw li mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom kien iddedikat għall-ħidmiet taʼ qari u taʼ kalkolu, rispettivament (Tabella nri 3 u 4).

Ir-riżultati mil-LFS urew ukoll rabta bejn l-ogħla livell ta’ edukazzjoni u l-ħin li l-impjegati jqattgħu fuq ħidmiet taʼ qari u taʼ kalkolu. Il-ħiliet li jirrikjedu taħbil il-moħħ kienu aktar komuni fost dawk b’livell terzjarju ta’ edukazzjoni. Fil-fatt, 35.1 fil-mija u 28.1 fil-mija tal-persuni b’edukazzjoni terzjarja qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet ta’ qari u taʼ kalkolu, rispettivament. Sadattant, inqas minn 10 fil-mija ta’ dawk b’livell sekondarju ta’ edukazzjoni jew inqas allokaw ħin tax-xogħol simili għal dawn il-ħidmiet.

Ħin tax-xogħol imqattaʼ fuq ħidmet l-idejn

Ix-xogħol tal-id tkejjel skont il-ħin mqatta’ fuq xogħol fiżiku iebes u fuq ħidmiet li jridu ħeffa tas-swaba’. Xogħol fiżiku jinvolvi l-użu taʼ saħħa u jirreferi għal attivitajiet bħal irfigħ, imbuttar, ġbid, ġarr taʼ oġġetti jew pożizzjonijiet li jgħejjuk. Kważi kwart tal-popolazzjoni li kienet taħdem qattgħet mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħha f’xogħol fiżiku (24.1 fil-mija), 3.3 punti perċentwali inqas mill-medja tal-UE 27 (Ċart nru 4).

Ħila oħra tinvolvi l-użu tal-idejn u tas-swaba’ bʼmod sinkronizzat mal-għajnejn. Aktar minn 75 fil-mija tal-persuni li kienu jaħdmu qattgħu ftit li xejn mill-ħin tax-xogħol tagħhom biex iwettqu ħidmiet li jkunu jeħtieġu din il-ħila. Dan kien 2.3 punti perċentwali ogħla meta mqabbel mal-medja tal-UE 27 (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Il-persentaġġ taʼ ħin imqattaʼ fuq ħidmiet fiżiċi u taʼ ħeffa tas-swabaʼ: Malta u l-UE 27

Sors: Eurostat (tislit mis-suġġett ad hoc tal-EU-LFS 2022).

Kien aktar probabbli li l-irġiel iqattgħu ħin fuq ħidmiet li jeħtieġu xogħol fiżiku. Fil-fatt, 30.1 fil-mija tal-irġiel kollha qattgħu aktar minn nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jagħmlu xogħol fiżiku. Dan is-sehem kien id-doppju ta’ dak għan-nisa (15.9 fil-mija) (Tabella nru 5).

Sehem akbar ta’ persuni li jaħdmu għal rashom għamlu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidma tal-idejn meta mqabblin maʼ sħabhom il-ħaddiema. Dan kien evidenti kemm għal xogħol fiżiku kif ukoll għal xogħol taʼ ħeffa fejn is-sehem ta’ persuni li jaħdmu għal rashom kien taʼ 14.8 u 13.9 punti perċentwali ogħla, rispettivament (Tabelli nri 5 u 6).

Fost dawk li kienu jaħdmu, il-Ħaddiema tas-sengħa u snajja’ relatati, u l-Ħaddiema fʼimpjiegi elementari qattgħu aktar ħin fʼħidma fiżika meta mqabblin maʼ gruppi oħrajn taʼ ħaddiema (Tabella nru 5). L-istess xejriet dehru fil-ħidmiet li jeħtieġu l-ħeffa. Dawn il-ħidmiet kienu aktar komuni qalb il-Ħaddiema tas-sengħa u snajja’ relatati (59.5 fil-mija), Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti, (23.3 fil-mija), u Tekniċi u professjonisti assoċjati (22.0 fil-mija) (Tabella nru 6).

Ħin tax-xogħol mqattaʼ fuq ħidmiet soċjali

Il-ħidmiet soċjali tkejlu bil-ħin imqatta’ fil-komunikazzjoni ma’ ħaddieħor għal għanijiet ta’ xogħol permezz tat-taħdit. Dan jista’ jseħħ kemm ma’ persuni mill-istess kumpanija kif ukoll ma’ persuni minn barra l-organizzazzjoni bħall-klijenti, il-pazjenti jew l-istudenti. B’mod ġenerali, żewġ terzi tal-popolazzjoni li taħdem f’Malta qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jikkomunikaw ma’ persuni oħra mill-istess kumpanija (Tabella nru 7). Sadattant, is-sehem ta’ persuni li qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jinteraġixxu ma’ persuni minn barra l-organizzazzjoni kien ferm aktar baxx (55.4 fil-mija) (Tabella nru 8).

Il-maġġoranza tal-persuni li kienu jaħdmu bħala Maniġers (81.5 fil-mija), Ħaddiema klerikali (76.6 fil-mija) u Professjonisti (71.3 fil-mija) qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jikkomunikaw ma’ persuni minn ġewwa l-organizzazzjoni. Is-sehem kien ħafna aktar baxx qalb il-Ħaddiema fʼimpjiegi elementari u l-Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti (53.2 fil-mija u 53.3 fil-mija, rispettivament) (Ċart nru 5).

Ċart nru 5. Il-persentaġġ taʼ ħin imqattaʼ fuq il-komunikazzjoni interna, bix-xogħol ewlieni

No Data Found

Nota. Il-kategoriji tal-Forzi armati u l-Ħaddiema fil-qasam agrikolu, tal-forestrija u tas-sajd kienu esklużi minn din it-tabella minħabba numri żgħar fil-kampjun.

Kważi 75 fil-mija tal-persuni kollha li kienu jaħdmu bħala Ħaddiema tas-servizzi u tal-bejgħ irrappurtaw li qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom f’komunikazzjoni ma’ persuni minn barra l-kumpanija. L-inqas persentaġġi kienu fost il-Ħaddiema elementari u l-Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti bi 52.7 fil-mija u 54.5 fil-mija rispettivament (Ċart nru 6).

Nota. Il-kategoriji tal-Forzi armati u l-Ħaddiema fil-qasam agrikolu, tal-forestrija u tas-sajd kienu esklużi minn din it-tabella minħabba numri żgħar fil-kampjun.

Ċart nru 6. Il-persentaġġ taʼ ħin imqattaʼ fuq il-komunikazzjoni esterna, bix-xogħol ewlieni

No Data Found

Ħin tax-xogħol mqattaʼ fuq l-għoti tal-pariri, it-taħriġ jew it-tagħlim

Kważi terz tal-persuni kollha li kienu jaħdmu qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jagħtu pariri, taħriġ jew tagħlim lil persuni oħra. Dan is-sehem kien ogħla għan-nisa meta mqabbel mal-irġiel b’ 34.1 fil-mija u 27.2 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 9). Ma dehret l-ebda differenza meta tqabblu l-livelli għal gruppi ta’ età differenti.

Il-ħin iddedikat lil dawn il-ħidmiet żdied mal-livell ta’ edukazzjoni ta’ dak li jkun, b’erbgħa minn kull għaxar persuni b’livell terzjarju ta’ edukazzjoni taw mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet li għandhom xʼjaqsmu mat-tmexxija. Is-sehem kien ħafna inqas għal dawk b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarju, sekondarju jew inqas (28.8 fil-mija u 18.4 fil-mija, rispettivament) (Tabella 9).

L-istimi tal-LFS urew li l-persuni li kienu jaħdmu bħala Professjonisti (46.5 fil-mija), il-Maniġers (40.1 fil-mija) u l-Ħaddiema tas-servizzi u tal-bejgħ (30.6 fil-mija) qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom fuq ħidmiet marbuta mat-tmexxija. Għall-kuntrarju tagħhom, il-maġġoranza tal-Ħaddiema fʼimpjiegi elementari u l-Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti qattgħu ftit li xejn ħin fuq it-tagħlim, it-taħriġ jew it-tmexxija taʼ persuni oħra (84.7 fil-mija u 78.4 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 9).

Taqsima B: Il-metodi tax-xogħol

Il-livell taʼ awtonomija fil-ħidmiet marbutin max-xogħol

L-awtonomija tkejjel il-punt sa fejn il-ħaddiema jistgħu jinfluwenzaw il-mod kif isir ix-xogħol. Dan l-aspett jigi mkejjel fuq żewġ dimensjonijiet; l-ordni u l-kontenut tal-ħidmiet. Il-persuni li għandhom awtonomija fil-ħidmiet tagħhom għandhom ċerta libertà li jiddeċiedu dwar kif jagħmlu xogħolhom f’termini tal-metodi, l-għodod jew s-sorsi ta’ informazzjoni użati. F’Malta, 39.3 fil-mija tal-popolazzjoni li kienet taħdem ħasset li kellha xi awtonomija, filwaqt li 34.7 fil-mija kellhom awtonomija kbira jew kbira ħafna fejn għandu xʼjaqsam mal-ordni u l-kontenut (Tabella nru 10).

L-influwenza fuq l-ordni u l-kontenut tax-xogħol żdiedet bl-età. Fil-fatt, ir-riżultati tal-LFS jindikaw li 29.6 fil-mija tal-persuni bejn il-15 u l-34 sena rrappurtaw influwenza kbira jew kbira ħafna fuq xogħolhom. Is-sehem żdied b’7.9 punti perċentwali fost dawk bejn il-35 u l-54 sena u 10.0 punti perċentwali oħra fost dawk li kellhom 55 sena u aktar (Tabella nru 10).

L-awtonomija tiżdied mal-ġerarkija tal-impjiegi bi grad akbar ta’ awtonomija fl-impjieg irrappurtata fost il-persuni mħaddmin bħala Maniġers (51.2 fil-mija), Professjonisti (40.4 fil-mija) u Tekniċi u professjonisti assoċjati (38.7 fil-mija) (Tabella nru 10).

Jidher ukoll li l-istat professjonali għandu effett fuq il-livell ta’ awtonomija fost in-nies li jaħdmu. Dwar dan, inħassu livelli ogħla ta’ awtonomija fix-xogħol fost il-persuni li jaħdmu għal rashom fejn kważi sitta minn kull 10 persuni jgħidu li għandhom livell kbir ħafna jew livell kbir ta’ awtonomija fʼħidmithom (Ċart nru 7). Is-sehem taʼ dawn kien id-doppju ta’ dak tal-ħaddiema (30.2 fil-mija) (Tabella nru 10).

Ċart nru 7. Il-livell taʼ awtonomija fix-xogħol tal-persuni li jaħdmu għal rashom

No Data Found

Ir-ripetizzjoni fil-ħidmiet marbutin max-xogħol

Xogħol ripetittiv jirreferi għal ħidmiet li huma magħmulin ta’ spiss mingħajr ebda varjazzjoni, bidla jew adattament. Fl-2022, aktar minn nofs il-popolazzjoni li taħdem għamlet ħidmiet ripetittivi fil-biċċa l-kbira jew fil-biċċa l-kbira ħafna (51.5 fil-mija). 31.5 fil-mija oħra għamlu ħidmiet ripetittivi sa ċertu punt, filwaqt li inqas minn 20 fil-mija tal-popolazzjoni li taħdem ħasset li l-ħidma tagħha ma kienetx ripetittiva (17.0 fil-mija) (Tabella nru 11).

Il-livell ta’ ripetizzjoni fix-xogħol għandu xʼjaqsam mal-livell ta’ edukazzjoni miksub mill-ħaddiema. Fost dawk b’livell ta’ edukazzjoni terzjarja, is-sehem ta’ ripetizzjoni fix-xogħol laħaq biss it-23.9 fil-mija, filwaqt li aktar minn sitta minn kull għaxar persuni b’livell ta’ edukazzjoni sekondarja raw li għandhom xogħol ripetittiv ħafna (Ċart nru 8).

Ċart nru 8. Il-livell taʼ xogħol ripetittiv bl-ogħla livell taʼ edukazzjoni

No Data Found

Ir-ripetizzjoni fil-ħidma tvarja skont ix-xogħol. Il-maġġoranza tal-Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti (75.8 fil-mija), Ħaddiema fʼimpjiegi elementari (74.6 fil-mija) u Ħaddiema klerikali (64.3 fil-mija) ħassew li ħidmithom kienet ripetittiva fil-biċċa l-kbira jew fil-biċċa l-kbira ħafna (Ċart nru 14). Sadattant, aktar minn kwart tal-persuni kollha impjegati bħala Maniġers u Professjonisti ħassew li ħidmithom ma kienetx ripetittiva jew li r-ripetizzjoni kienet sa ċertu punt (25.7 fil-mija u 25.9 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 11).

Standardizzazzjoni

L-istandardizzazzjoni tax-xogħol tirreferi għall-punt sa fejn persuna jkollha timxi maʼ proċeduri definiti b’mod strett sabiex tagħmel xogħolha. Proċeduri stretti huma regoli li jispeċifikaw iż-żmien u l-ordni tal-azzjonijiet, il-metodu li għandu jintuża biex isir ix-xogħol u l-użu u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu. Kważi nofs il-persuni li kienu jaħdmu f’Malta għamlu xogħol proċedurali fil-biċċa l-kbira jew fil-biċċa l-kbira ħafna. Il-proċeduri kienu aktar komuni qalb ċerti gruppi ta’ ħaddiema. Fil-fatt, il-maġġoranza tat-Tekniċi u professjonisti assoċjati (57.4 fil-mija), il-Ħaddiema li jħaddmu u li jimmuntaw magni tal-impjanti (55.6 fil-mija) u l-Ħaddiema klerikali (51.8 fil-mija) imxew maʼ proċeduri definiti b’mod strett fil-biċċa l-kbira ħafna jew fil-biċċa l-kbira (Tabella nru 12).

Methodological Notes

1. The data provided in this release is based on the Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1642 specifying the technical characteristics of the 2022 ad hoc subject ‘job skills’ and the eight- yearly variables on ‘pension and labour market participation’ in the labour force domain in accordance with Regulation (EU) 2019/1700 of the European Parliament and of the Council. The data was partly financed through EU grants.

2. The Labour Force Survey (LFS) is carried out on an ongoing basis using a quarterly gross sample of 3,200 private households. The objective is to have a continuous assessment of labour market trends given that the reference weeks are evenly spread throughout the 13 weeks of the quarter. One-fourth of the sample is made up of households who have been selected to participate in the LFS for the first time. Three-fourths of the quarterly sample is made up of households who were selected to participate in the survey in previous instances, either one quarter before, or one year before, or one year and a quarter before (2-(2)-2). Unless otherwise indicated, figures provided in this release refer to persons aged 15 and over and living in private households during the reference period. All criteria used for this survey match international methodologies used by the International Labour Organisation (ILO).

3.  The LFS is designed to satisfy the concepts and definitions as outlined by Eurostat. This allows the comparability of results with other EU member states and countries following ILO definitions of employment and unemployment. Occupations are classified according to the ISCO-08 classification (International Standard Classification of Occupations) whereas the economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes). Education attainment is classified according to ISCED 2011.

4. During 2022, the ad hoc module was carried out on a sample of persons taking part in the LFS survey for the first and fourth time.

5. Definitions:
 
Cognitive tasks: refer to the time spent reading work-related documents and performing complex calculations at work.
 

Dexterity: refers to fine motor skills requiring the co-ordination of small muscles in movements, usually involving the synchronisation of hands and fingers with the eyes. Such tasks require the skilful use of fingers, that is the ability to make precise coordinated movements in order to grasp, manipulate or assemble objects.

Educational Attainment:
˗ secondary or less level of education: comprising persons with no schooling, primary education, schools for children with special needs and persons who attained a secondary level education and have less than 2 ordinary level qualifications or equivalent. In the context of the ISCED classification, ‘low’ includes ISCED 0 to 2.
 
˗ post-secondary level of education: comprising persons with a secondary level education and having 2 ordinary level qualifications or equivalent or more, persons with a post-secondary level attainment who have at least obtained 1 intermediate or advanced level qualification or equivalent. In the context of the ISCED classification, ‘medium’ refers to ISCED 3 and 4.
 
˗ tertiary level of education: comprising persons with a tertiary level education and with qualifications ranging from University diploma to doctorate level. In the context of the ISCED classification, ‘high’ refers to ISCED 5 to 8.
 
Employed persons: all persons aged 15 to 74 years, during the reference week, were in one of the following categories:
˗ worked for at least 1 hour for pay or profit, including contributing family workers and paid casual work
 
˗ persons with a job or business who were temporarily not at work during the reference week but had an attachment to their job, including:
(a) persons not at work due to holidays, working time arrangements, sick leave, maternity or paternity leave;
(b) persons in job-related training or formal education;
(c) persons on parental leave, either receiving and/or being entitled to job-related income or benefits, or whose parental leave is expected to be 3 months or less;
(d) seasonal workers during the off-season, where they continue to regularly perform tasks and duties for the job or business, excluding fulfilment of legal or administrative obligations;
(e) persons temporarily not at work for other reasons where the expected duration of the absence is 3 months or less.
 
˗ unpaid family workers: refers to people who worked without pay in a family business or farm. Excluded from this definition are housewives.
 
Employees: are defined as persons who work for a public or private employer and who receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, payment by results or payment in kind.
 
Job autonomy measures how far the respondent in the main job can influence the way work is carried out or the extent to which this is predefined by the organisation. It measures one’s influence on the content and the order of his/her tasks.
 
Manual tasks: refer to the time spent doing tasks involving hard physical work and finger dexterity. Examples of tasks involving finger dexterity include drawing or repairing objects. Activities like typing (on a keyboard or smartphone) and handwriting are excluded.
 
Physical tasks: Such tasks entail intense muscular power and refer to activities such as lifting, pushing, pulling, carrying objects or assuming tiring positions.
 
Repetitive work: refers to tasks which are implemented frequently without any variation, change or adaptation.
 
Social tasks: refer to the time one spent interacting with other people for work purposes via verbal communication. Interaction can occur with persons from the same company like colleagues as well as with persons from outside the organisation like clients, customers, patients or students.
 
Standardisation of tasks: refers to the extent to which a person must follow strictly defined procedures in order to accomplish work tasks. Strict procedures are rules specifying the timing and order of actions, the method to be used to perform a task and the use and communication of its results.
 
Key:
:  Unreliable – less than 20 sample observations.
u  Under represented – between 20 and 49 sample observations.
 
7.  Percentage totals may not add up due to rounding.
 
8. Absolute changes between one survey estimate and another must be treated with caution since minor changes (i.e. less than 2,500 persons) might be the result of sampling error.
 
9.  More information is available from the NSO upon written request.
 
10.  More information relating to this news release may be accessed at:
 
11.  References to this news release are to be cited appropriately.
 
12.  A detailed news release calendar is available online.
 
13.  Eurostat figures may be accessed here.
 
14.  The source of the figures in this news release is the Labour Force Survey, therefore results from the Malta Skills Survey 2022 are not included in the tables.
It-Tħaddim tal-Ħiliet tax-Xogħol fʼMalta: LFS tal-2022
NR177/2023
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Ottubru 2023
Utilisation of Job skills
  • FʼMalta, kważi nofs il-persuni li kienu jaħdmu qattgħu il-maġġoranza tal-ħin tax-xogħol tagħhom jużaw teknoloġija diġitali.
  • Il-livell taʼ edukazzjoni jaffettwa l-ħin tax-xogħol mqattaʼ fuq ħidmiet taʼ qari u kalkoli, bi prevalenza taʼ persuni bʼedukazzjoni terzjarja jiddedikaw il-biċċa l-kbira taʼ ħinhom fuq ħidmiet bħal dawn.
  • Wieħed minn kull erbaʼ ħaddiema qattaʼ mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tiegħu fuq ħidma fiżika.
  • Kważi 70 fil-mija tal-persuni li kienu jaħdmu qattgħu mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol tagħhom jikkomunikaw maʼ persuni oħra mill-istess kumpanija.
  • Livell ogħla taʼ awtonomija fix-xogħol kien irrappurtat fost il-persuni li kienu jaħdmu bħala Maniġers (51.2 fil-mija) u Professjonisti (40.4 fil-mija).
Utilisation of Job Skills in Malta ver 2-01
european flag

L-implimentazzjoni tas-suġġett ad hoc dwar Il-Ħiliet tax-Xogħol fl-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (LFS) 2022 kien parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Malta flag
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content