News Releases

In-Nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-Funzjoni Tagħha: 2022

NR 016/2024                          Data tal-Ħruġ: 29 taʼ Jannar 2024

Fl-2022, il-Ħarsien soċjali baqaʼ fiċ-ċentru tan-nefqa tal-gvern u kien jgħodd mal-25.6 fil-mija tan-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali. Dan kien segwit min-nefqiet fuq l-Affarijiet ekonomiċi u s-Saħħa.

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti tagħrif dwar il-klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-Gvern (COFOG), li hija l-metodoloġija użata biex tkun analizzata l-istruttura tan-nefqa tal-gvern.

Fl-2022, in-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali żdiedet b’€287.7 miljun fuq l-2021 sabiex laħqet is-€6,866.2 miljun. In-nefqa fuq il-Ħarsien soċjali baqgħet l-ogħla waħda u laħqet il-€1,759.5 miljun, żieda ta’ €110.2 miljuni fuq l-2021, biż-żieda ewlenija rrappurtata fil-benefiċċji soċjali (€100.7 miljun).

B’kollox intefqu €1,550.8 miljun fuq l-Affarijiet ekonomiċi, żieda ta’ €113.3-il miljun fuq l-2021. Biċċa mill-infiq tal-gvern li laħqet it-€312.2-il miljun kienet mogħtija għal inizjattivi ta’ għajnuna għall-enerġija biex jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi tal-enerġija, filwaqt li €105.2 miljuni oħra ntefqu fuq miżuri tal-gvern marbutin mal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, €144.7 miljun ingħataw għal inizjattivi li appoġġjaw ir-ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru. Dawn it-tliet miżuri tal-gvern jaqgħu taħt is-sussidji.

L-infiq sħiħ fuq is-Saħħa kien ta’ €966.1 miljun; tnaqqis ta’ €31.9 miljun li kien riżultat ta’ tnaqqis fin-nefqa fuq is-saħħa pubblika meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan kien segwit min-nefqiet fuq l-Edukazzjoni u s-Servizzi pubbliċi ġenerali, li ammontaw għal €872.9 miljun u €839.9 miljun, rispettivament. Iż-żieda fin-nefqa tal-Edukazzjoni kienet ġejja l-aktar minn kumpens ogħla lill-impjegati (€19.8-il miljun), il-Formazzjoni tal-kapital gross (€10.5 miljuni) u l-Konsum intermedju (€9.5 miljuni). (Tabelli nri 1 u 4).

Fl-2022, l-akbar biċċa min-nefqa tal-Gvern Ġenerali marret fuq il-Ħarsien soċjali, li kienet tammonta għal 25.6 fil-mija tan-nefqa sħiħa, bʼżieda taʼ 0.6 punti perċentwali fuq l-2021. Wara dan kien hemm l-Affarijiet ekonomiċi (22.6 fil-mija), is-Saħħa (14.1 fil-mija), l-Edukazzjoni (12.7 fil-mija) u s-Servizzi pubbliċi ġenerali (12.3 fil-mija). Id-Difiża u l-Akkomodazzjoni u l-kumditajiet tal-komunità kellhom l-inqas sehem minn nefqa kollha, b’1.2 u 1.6 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. In-nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-funzjoni tagħha: 2018-2021

fʼeluf tal-ewro

No Data Found

Ċart nru 2: In-nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-funzjoni tagħha bħala % tan-nefqa kollha

Bħas-snin ta’ qabel, meta jitqiesu l-komponenti tan-nefqa tal-Gvern Ġenerali skont il-funzjoni għall-2022, biċċa kbira tan-nefqa tal-gvern kienet magħmula minn pagi u salarji (26.7 fil-mija), Benefiċċji soċjali fi flus jew għamliet oħrajn (21.7 fil-mija), Konsum intermedju (19.5 fil-mija) u Sussidji (12.2 fil-mija) (Tabella nru 4).

Tabella nru 5 taqsam fid-dettall in-nefqa tal-Gvern Ġenerali billi teżamina l-funzjoni tat-tieni livell tal-klassifikazzjoni COFOG. L-akbar sehem tan-nefqa tal-gvern intefqet fuq ix-Xjuħija (€1,081.7 miljun) li tirrappreżenta 15.8 fil-mija tan-nefqa kollha tal-Gvern Ġenerali. Din kienet segwita min-nefqa fuq is-Servizzi tal-isptar, li ammontat għal €563.2 miljun, jew 58.3 fil-mija tan-nefqa fuq is-Saħħa. Barra minn hekk, parti konsiderevoli mill-infiq tal-Gvern Ġenerali ntefaq fuq Organi eżekuttivi u leġiżlattivi, Affarijiet finanzjarji, fiskali u esterni (€481.3 miljun), segwiti minn total ta’ €451.6 miljun u €428.7 miljun fuq Affarijiet ġenerali tal-ekonomija, l-kummerċ u x-xogħol; u Fjuwil u enerġija, rispettivament (Tabella nru 5).

Methodological Notes

1. All data in this News Release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7) and the COFOG classifications as published in the Government Finance Statistics Manual 2014 (ISBN 978-1-49834-376-3). These methodologies are mandatory for all EU Member States.
 
2. Member States are requested to transmit the data in this News Release twelve months after the end of the reference period.
 
3. Data in this News Release provides information about expenditure of the General Government sector divided into the main COFOG (Classification of the Functions of Government) categories and ESA 2010 categories.
 
4. The Classification of the Functions of Government (COFOG) classifies government expenditure into ten main categories (divisions known as the ‘COFOG 1st level’ breakdown): general public services; defence; public order and safety; economic affairs; environmental protection; housing and community affairs; health; recreation, culture and religion; education; social protection. These divisions are further broken down into ‘groups’ (COFOG 2nd level).
 
5. Figures may not add up due to rounding.
 
6. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision.
 
7. More information relating to this News Release may be accessed at:
 

Glossary

Statistical Concepts

 
European statistics comparable to data in this News Release are available at: EUROSTAT Website/Homepage/Statistics Database
  
For further information please submit a request through the online form.
 

In-Nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-Funzjoni Tagħha: 2022

NR 016/2024                          Data tal-Ħruġ: 29 taʼ Jannar 2024

  • Fl-2022, il-ħarsien soċjali baqaʼ fiċ-ċentru tan-nefqa tal-gvern u kien jgħodd mal-25.6 fil-mija tan-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali. Warajh, kien hemm in-nefqiet fuq l-Affarijiet ekonomiċi u s-Saħħa.
  • Fl-2022, in-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali żdiedet b’€287.7 miljun fuq l-2021 sabiex laħqet is-€6,866.2 miljun. Meta mifhuma bħala persentaġġ tal-PDG, in-nefqa fl-2022 kienet taʼ 39.3 fil-mija; tnaqqis mill-42.9 fl-2021.
  • Il-tliet taqsimiet ewlenin tan-nefqa fl-2022 kienu l-kumpens ʼl-impjegati (26.7 fil-mija), il-benefiċċji soċjali fi flus jew għamliet oħrajn (21.7 fil-mija) u l-konsum intermedju (19.5 fil-mija).
  • Fl-2022, l-akbar sehem min-nefqa tal-gvern marret għax-Xjuħija (€1,081.7 miljun), Servizzi tal-isptar (€563.2 miljun) u Organi eżekuttivi u leġiżlattivi, Affarijiet finanzjarji, fiskali u esterni (€481.3 miljun).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content